Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008R0924

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 924/2008 tad- 19 ta' Settembru 2008 li jiffissa l-livell kwantitattiv għall-esportazzjonijiet taz-zokkor u l-isoglukożju barra mill-kwota sa tmiem is-sena tas-suq 2008/2009

    ĠU L 252, 20.9.2008, p. 7–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/09/2009: This act has been changed. Current consolidated version: 30/08/2009

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/924/oj

    20.9.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 252/7


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 924/2008

    tad-19 ta' Settembru 2008

    li jiffissa l-livell kwantitattiv għall-esportazzjonijiet taz-zokkor u l-isoglukożju barra mill-kwota sa tmiem is-sena tas-suq 2008/2009

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u partikolarment l-Artikolu 61, l-ewwel subparagrafu, il-punt (d) flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Skond l-Artikolu 61, l-ewwel subparagrafu, il-punt (d), tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, iz-zokkor jew l-isoglukożju li jiġi prodott lil hinn mill-kwota msemmija fl-Artikolu 7 ta’ dak ir-Regolament jista’ jiġi esportat biss skond il-limitu kwantitattiv li għandu jiġi ffissat.

    (2)

    Regoli dettaljati tal-implimentazzjoni għall-esportazzjonijiet lil hinn mill-kwota, b’mod partikolari rigward il-ħruġ ta’ liċenzji tal-esportazzjoni, huma stipulati bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 (2). Madankollu, il-limitu kwantitattiv għandu jkun iffissat għal kull sena tas-suq, fid-dawl tal-opportunitajiet possibbli fis-swieq tal-esportazzjoni.

    (3)

    Għal ċerti produtturi Komunitarji taz-zokkor u l-isoglukożju, l-esportazzjonijiet mill-Komunità jirrappreżentaw parti importanti tal-attivitajiet ekonomiċi tagħhom, u stabbilixxew swieq tradizzjonali barra mill-Komunità. L-esportazzjonijiet taz-zokkor u l-isoglukożju lejn dawn is-swieq jistgħu ikunu ekonomikament vijabbli anke mingħajr l-għoti ta’ rifużjonijiet tal-esportazzjoni. Minħabba f’hekk, jeħtieġ li jiġi ffissat limitu kwantitattiv għall-esportazzjonijiet taz-zokkor u tal-isoglukożju lil hinn mill-kwota, b’tali mod li l-produtturi Komunitarji kkonċernati jistgħu jkomplu jfornu lis-swieq tradizzjonali tagħhom.

    (4)

    Għas-sena tas-suq 2008/2009, huwa stmat li l-iffissar tal-limitu kwantitatttiv għal 650 000 tunnellata, f’ekwivalenti taz-zokkor abjad, għall-esportazzjonijiet taz-zokkor lil hinn mill-kwota, u għal 50 000 tunnellata, f’materja niexfa, għall-isoglukożju lil hinn mill-kwota, jkun jikkorrispondi għad-domanda fis-suq.

    (5)

    L-esportazzjonijiet tal-Komunità lejn ċerti destinazzjonijiet fil-qrib u lejn pajjiżi terzi li jagħtu trattament preferenzjali tal-importazzjoni lil prodotti Komunitarji bħalissa huma f'pożizzjoni kompetittiva partikolarment favorevoli. Barra minn hekk, biex jitnaqqas kemm jista’ jkun ir-riskju tal-frodi u biex ma jitħalla jsir l-ebda abbuż assoċjat mal-importazzjoni mill-ġdid jew mad-dħul mill-ġdid fil-Komunità ta’ zokkor jew isoglukożju lil hinn mill-kwota, ċerti destinazzjoniiet fil-qrib għandhom ikunu eskluzi mid-destinazzjonijiet eliġibbli.

    (6)

    Fid-dawl ta’ anqas riskju ta’ frodi eventwali rigward l-isoglukożju minħabba n-natura tal-prodott, għandhom ikunu eżenti minn din l-esklużjoni dawk il-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent li l-awtoritajiet tagħhom jeħtiġilhom joħorġu ċertifikat tal-esportazzjoni għall-konferma tal-oriġini tal-prodotti taz-zokkor jew tal-isoglukożju li għandhom ikunu esportati lill-Komunità.

    (7)

    Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-kumitat ta’ ġestjoni għall-organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Iffissar tal-limitu kwantitattiv għall-esportazzjonijiet ta’ isoglukożju lil hinn mill-kwota

    1.   Għas-sena tas-suq 2009/2009, li tirrikorri mill-1 ta’ Ottubru 2008 sat-30 ta’ Settembru 2009, il-limitu kwantitattiv imsemmi fl-Artikolu 61, l-ewwel subparagrafu, il-punt (d) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għandu jkun 650 000 tunnellata għall-esportazzjonijiet mingħajr rifużjoni ta’ zokkor abjad lil hinn mill-kwota kopert bil-kodiċi tan-NM 1701 99.

    2.   L-esportazzjonijiet fi ħdan il-limitu kwantitattiv iffissat fil-paragrafu 1 għandhom ikunu permessi għad-destinazzjonijiet kollha, għajr:

    a)

    pajjiżi terzi: l-Andorra, il-Liechtenstein, is-Santa Sede (l-Istat tal-Vatikan), San Marino, il-Kroazja, il-Bożnija u l-Ħerzegovina, il-Montenegro, l-Albanija u l-eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u s-Serbja, kif ukoll il-Kosovo skond ir-Riżoluzzjoni 1244/99 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti;

    b)

    it-territorji tal-Istati Membri li ma jagħmlux parti mit-territorju doganali tal-Komunità: il-Gżejjer Faeroe, Greenland, Ħelgoland, Ceuta, Melilla, il-Muniċipji ta' Livigno u ta' Campione d'Italia, u ż-żoni tar-Repubblika ta' Ċipru fejn il-Gvern tar-Repubblika ta' Ċipru ma jeżerċitax kontroll effettiv;

    c)

    it-territorji Ewropej li għar-relazzjonijiet esterni tagħhom huwa responsabbli Stat Membru li ma jiffurmax parti mit-territorju doganali tal-Komunità: Ġibiltà.

    Artikolu 2

    Iffissar tal-limitu kwantitattiv għall-esportazzjonijiet ta’ isoglukożju lil hinn mill-kwota

    1.   Għas-sena tas-suq 2009/2009, li tirrikorri mill-1 ta’ Ottubru 2008 sat-30 ta’ Settembru 2009, il-limitu kwantitattiv imsemmi fl-Artikolu 61, l-ewwel subparagrafu, il-punt (d) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għandu jkun 50 000 tunnellata, f’materja niexfa, għall-esportazzjonijiet mingħajr rifużjoni ta’ isoglukożju lil hinn mill-kwota kopert bil-kodiċijiet tan-NM 1702 40 10, 1702 60 10 u 1702 90 30.

    2.   L-esportazzjonijiet fi ħdan il-limitu kwantitattiv iffissat fil-paragrafu 1 għandhom ikunu permessi għad-destinazzjonijiet kollha, għajr:

    a)

    pajjiżi terzi: l-Andorra, il-Liechtenstein, is-Santa Sede (l-Istat tal-Vatikan), San Marino, il-Bożnija u l-Ħerzegovina, il-Montenegro, l-Albanija u l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja;

    b)

    it-territorji tal-Istati Membri li ma jagħmlux parti mit-territorju doganali tal-Komunità: il-Gżejjer Faeroe, Greenland, Ħelgoland, Ceuta, Melilla, il-Muniċipji ta' Livigno u ta' Campione d'Italia, u ż-żoni tar-Repubblika ta' Ċipru fejn il-Gvern tar-Repubblika ta' Ċipru ma jeżerċitax kontroll effettiv;

    c)

    it-territorji Ewropej li għar-relazzjonijiet esterni tagħhom huwa responsabbli Stat Membru li ma jiffurmax parti mit-territorju doganali tal-Komunità: Ġibiltà.

    3.   L-esportazzjonijiet tal-prodotti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu permessi biss meta jissodisfaw il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006.

    Artikolu 3

    Id-dħul fis-seħħ

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Għandu japplika mill-1 ta’ Ottubru 2008.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 19 ta’ Settembru 2008.

    Għall-Kummissjoni

    Mariann FISCHER BOEL

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

    (2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.


    Top