Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008R0485

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 485/2008 tas- 26 ta’ Mejju 2008 dwar l-iskrutinju mill-Istati Membri fuq transazzjonijiet li jiffurmaw parti mis-sistema ta’ finanzjament tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (Verżjoni kodifikata)

ĠU L 143, 3.6.2008, p. 1–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2013; Imħassar b' 32013R1306

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/485/oj

3.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 143/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 485/2008

tas-26 ta’ Mejju 2008

dwar l-iskrutinju mill-Istati Membri fuq transazzjonijiet li jiffurmaw parti mis-sistema ta’ finanzjament tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija

(Verżjoni kodifikata)

IL- KUNSILL ta’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 4045/89 tal-21 ta’ Diċembru 1989 dwar l-iskrutinju mill-Istati Membri fuq transazzjonijiet li jiffurmaw parti mis-sistema ta’ finanzjament mis-sezzjoni ta’ Garanziji tal-Gwida Agrikola u tal-Fond ta’ Garanziji ta’ l-Unjoni Ewropea u li qed iħassar id-Direttiva Nru 77/435/KEE (2) ġie emendat kemm-il darba (3) b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmi Regolament għandu jiġi kkodifikat.

(2)

Skond Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 fuq il-finanzjament tal-politika agrikola komuni (4), l-Istati Membri jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex tiġi żgurata protezzjoni effettiva ta’ l-interessi finanzjarji tal-Komunità u partikularment sabiex tiġi aċċertata l-ġenwinità u l-konformità tal-operazzjoni iffinanzjata mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (EAFRD) u jipprevjeni u jsegwi irregolaritajiet u sabiex jirkupra somom mitlufa bħala riżultat ta’ irregolaritajiet jew negliġenza.

(3)

Skrutinju ta’ dokumenti kummerċjali ta’ l-impriżi li jirċievu jew li jagħmlu pagament jistgħu jkunu mezz effettiv ħafna ta’ sorveljanza tat-transazzjonijiet li jiffurmaw parti mis-sistema ta’ finanzjament tal-FAEG. Dan l-iskrutinju jissuplementa spezzjonijiet oħra li diġà jsiru mill-Istati Membri. Barra minn dan, dispożizzjonijiet nazzjonali dwar l-iskrutinju li huma aktar estensivi minn dawk li hemm f’dan ir-Regolament m’humiex affetwati minnu.

(4)

Id-dokumenti wżati bħala bażi għal dan l-iskrutinju għandhom ikunu stabbiliti b’mod illi jippermetti li jsir skrutinju sħiħ.

(5)

L-impriżi li għandom jkunu skrutinati għandhom jintgħażlu skond il-bażi tan-natura tat-transazzjonijiet li jsiru fuq responsabilità tagħhom u rendikont ta’ l-impriżi li qed jirċievu jew jagħmlu pagamenti skond l-importanza finanzjarja tagħhom fis-sistema ta’ finanzjament tal-FAEG.

(6)

Barra minn dan, huwa neċessarju li jiġi provdut numru minimu ta’ spezzjonijiet ta’ dokumenti kummerċjali. Dan in-numru għandu jkun stabbilit b’metodu li jeskludi differenzi sostanzjali bejn l-Istati Membri skond differenzi fl-istruttura ta’ l-ispiża tal-FAEG. Dan il-metodu jista’ jitwaqqaf billi jirreferu għan-numru ta’ impriżi ta’ ċerta importanza finanzjarja fis-sistema ta’ finanzjament tal-FAEG.

(7)

Il-poteri ta’ l-uffiċjali responsabbli mill-iskrutinju u l-obbligazzjonijiet ta’ l-impriżi sabiex jagħmlu d-dokumenti kummerċjali disponibbli lil dawn l-uffiċjali għal perjodu speċifikat u sabiex jissupplixxu dik l-informazzjoni li tista’ tintalab lilhom għandha tkun definita. Għandu jkun stipulat ukoll illi dokumenti kummerċjali jistgħu f’ċerti każi jinqabdu.

(8)

Huwa neċessarju li tkun organiżżata kooperazzjoni bejn l-Istati Membri minħabba l-istruttura ta’ interpretazzjoni tan-negozju fil-kamp ta’ l-agrikoltura u bil-ħsieb li jseħħ il-funzjonament tas-suq intern. Huwa wkoll neċessarju li jkun hemm sistema ta’ dokumentazzjoni ċentrallizzata dwar impriża riċevitur jew ħlasijiet stabbiliti f’pajjiżi terzi li jitwaqqfu fuq-livel tal-Komunità.

(9)

Filwaqt illi hija r-responsabilità ta’ l-Istati Membri fl-ewwel waqt li jaddotaw il-programmi ta’ skrutinju tagħhom, huwa neċessarju illi dwan il-programmi jkunu komunikati lill-Kummissjoni sabiex din tkun tista tassumi l-irwol tagħha ta’ superviżjoni u koordinazzjoni u tassigura illi l-programmi jkunu addottati fuq il-bażi ta’ kriterji xierqa. L-iskrutinju jista’ għalhekk ikun konċentrat fuq setturi jew impriżi fejn ir-riskju ta’ frodi huwa għoli.

(10)

Huwa essenzjali illi kull Stat Membru jkollu dipartiment speċjali għas-sorveljanza ta’ l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u għal koordinament ta’ l-iskrutinju li jsir skond dan ir-Regolament. L-uffiċjali tad-dipartiment jistgħu jagħmlu spezzjonijiet ta’ l-impriżi skond dan ir-Regolament.

(11)

Id-Dipartimenti li jwettqu l-iskrutinju skond dan ir-Regolament għandhom ikunu organizzati indipendentement mid-Dipartimenti li jwettqu l-iskrutinju qabel il-ħlas.

(12)

L-informazzjoni miġbura matul l-iskrutinju ta’ dokumenti kummerċjali għandha tkun protetta bis-sigriet professjonali.

(13)

Għandhom isiru arranġamenti għal skambju ta’ informazzjoni fil-livell tal-Komunità sabiex ir-riżultati ta’ l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament ikun jista’ jintuża għal effett akbar,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Dan ir-Regolament għandu x’jaqsam ma’ l-iskrutinju tad-dokumenti kummerċjali ta’ dawk l-entitajiet li jkunu jirċievu jew iħallsu pagamenti li jkollhom x’jaqsmu direttament jew indirettament mas-sistema tal- finanzjament tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG), jew ir-rappreżentanti tagħhom, minn hawn ‘il quddiem imsejjħa “intrapriżi”, sabiex jiġi aċċertat jekk transazzjonijiet li jifformaw parti mis-sistema ta’ finanzjament mill-FAEG ikunux attwalment twettqu u esegwiti b’mod korrett.

2.   Dan ir-Regolament m’għandux japplika għal miżuri koperti bis-sistema integrata ta’ l-amministrazzjoni u l-kontroll li jaqgħu taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa (5). Il-Kummissjoni għandha, skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 41(2) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, tistabbilixxi lista ta’ miżuri oħra li għalihom dan ir-Regolament ma japplikax.

3.   Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:

(a)

“dokumenti kummerċjali” tfisser il-kotba, reġistri, fatturi u dokumenti li jappoġġjawhom, rekords taż-żamm tal-kotba, tal-produzzjoni u dwar il-kwalità, u korrispondenza li għandha x’taqsam ma’ l-attività kummerċjali ta’ l-impriża, kif ukoll dettalji kummerċjali, fi kwalunke forma li jistgħu ikunu fiha, inkluża l-informazzjoni maħżuna elettronikament, sakemm dawn id-dokumenti jew l-informazzjoni jkollhom x’jaqsmu direttament jew indirettament mat-transazzjonijiet li ssir riferenza għalihom fil-paragrafu 1;

(b)

“terza persuna” tfisser kull persuna naturali jew legali direttament jew indirettament konnessa mat-transazzjonijiet imwettqa fis-sistema tal-FAEG.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom jagħmlu skrutinju ta’ dokumenti kummerċjali ta’ l-impriżi u jieħdu in konsiderazzjoni t-transazzjonijiet li għandhom ikunu skrutinati. L-Istati Membri għandhom jassiguraw illi l-għażla ta’ l-impriżi għall-iskrutinju tagħti l-aħjar assigurazzjoni possibbli ta’ l-effiċjenza tal-miżuri sabiex jipprevjenu u jsibu l-irregolaritajiet skond is-sistema ta’ finanzjament tal-FAEG. Inter alia, l-għażla għandha tieħu in konsiderazzjoni l-importanza finanzjarja ta’ l-impriżi f’dik is-sistema u fatturi oħra ta’ riskju.

2.   L-iskrutinju li jagħmel riferenza għalih il-paragrafu 1 għandu japplika, għal kull perjodu ta’ skrutinju li l-paragrafu 7 jagħmel riferenza għalih għal numru ta’ impriżi li jistgħu ikunu mhux anqas minn nofs l-impriżi li l-irċevuti jew pagamenti, jew somom tagħhom, skond is-sistema ta’ finanzjament tal-FAEG, ammontaw għal aktar minn EUR 150 000 fis-sena finanzjarja tal-FAEG għas-sena kalendarja preċedenti għall-imsemmi perjodu ta’ skrutinju.

3.   Fir-rigward ta’ kull perjodu kurrenti ta’ skrutinju, l-Istati Membri għandhom, mingħajr preġudizzju għall-obbligazzjonijiet tagħhom kif definiti fil-paragrafu 1, jagħżlu l-impriżi li għandhom jiġu skrutinizzati skond il-bażi ta’ l-analiżi tar-riskju fis-settur ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni, u għall-miżuri l-oħrajn kollha meta huwa prattikabbli li jsir hekk. L-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni il-proposti tagħhom għall-użu tal-analiżi tar-Riskju. Il-proposti għandhom jinkludu l-informazzjoni kollha rilevanti dwar it-trattament li għandu jintuża, il-metodi ta’ teknika, il-kriterji u l-metodu ta’ l-implimentazzjoni. Għandhom jiġu preżentati mhux aktar tard mill-1 ta’ Diċembru tas-sena preċedenti tal-perjodu tal-iskrutinju li għalih għandhom jiġu applikati. L-Istati Membri għandhom jieħdu akkont tal-kummenti tal-Kummissjoni dwar il-proposti, li għandhom jingħataw fi żmien tmien ġimgħat mill-wasla tagħhom.

4.   Għal miżuri li għalihom Stat Membru jqis li l-użu ta’ l-analiżi tar-riskju ma jkunx prattikabbli, għandu jkun obbligatorju għall-impriżi li s-somma tad-dħul jew tal-ħlasijiet tagħhom jew is-somma ta’ dawk iż-żewġ ammonti fi ħdan is-sistema ta’ finanzjament tal-FAEG kienet aktar minn EUR 350 000 u li ma jkunux ġew skrutinizzati skond dan ir-Regolament matul xi wieħed miż-żewġ perjodi ta’ skrutinju preċedenti, li jiġu skrutinizzati.

5.   Impriżi li l-irċevuti tagħhom jew pagamenti jammontaw għal inqas minn EUR 40 000 għandhom ikunu skrutiniżżati skond dan ir-Regolament għar-raġunijiet speċifiċi li jkunu indikati mill-Istati Membri biss fil-programm annwali kif jagħmel riferenza għalih Artikolu 10 jew mill-Kummissjoni fi kwalunkwe emenda proposta għal dak il-programm.

6.   F’każijiet xierqa, l-iskrutinju li hemm fil-paragrafu 1 għandu jiġi estiż għall-persuni naturali u ġuridiċi li magħhom l-impriżi li huma skond Artikolu 1 huma assoċjati u għal dawk il-persuni naturali jew ġuridiċi li jistgħu jkunu rilevanti sabiex jintlaħqu l-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 3.

7.   Il-perjodu ta’ skrutinju għandu jdum mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Ġunju tas-sena ta’ wara.

L-iskrutinju għandu jkopri perjodu ta’ mill-inqas 12-il xahar li jintemmu waqt il-perjodu ta’ skrutinju ta’ qabel; jista’ jiġi estiż għal perjodi, li għandhom jiġu stabbiliti mill-Istat Membru, li jiġu qabel jew wara l-perjodu ta’ 12-il xahar.

8.   L-iskrutinju li jsir skond dan ir-Regolament m’għandux jippreġudika l-ispezzjonijiet mibdija skondl-Artikoli 36 u 37 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005.

Artikolu 3

1.   L-eżattezza tad-dettalji primarji taħt l-iskrutinju għandha tkun verifikata b’numru ta’ kontrolli bir-reqqa, inklużi, meta jkun meħtieġ, id-dokumenti kummerċjali ta’ partijiet terzi, xierqa skond il-grad ta’ riskju ppreżentat, inklużi, inter alia:

(a)

paraguni mad-dokumenti kummerċjali ta’ fornituri, klienti, ġarrara u partijiet terzi oħrajn;

(b)

verifiki fiżiċi, meta xieraq, fuq il-kwantità u n-natura tal-ħażniet;

(ċ)

tixbieh mar-rekords ta’ flussi finanzjarji li jwasslu jew huma konsegwenza ta’ transazzjonjiet li jsiru fi ħdan is-sistema ta’ finanzjament tal-FAEG, u

(d)

jiċċekkja, fejn jidħlu ż-żamma tal-kotba u reġistri ta’ attività finanzjarja li juru fiż-żmien ta’ l-iskrutinju, li d-dokumenti miżmuma mill-aġenzija li tkun tagħmel il-ħlas ta’ għajnuna lill-benefiċjarju huma preċiżi.

2.   B’mod partikolari, billi l-impriżi huma rikjesti li jżommu rekords ta’ ħażniet fi ktieb speċifiku skond dispożizzjonijiet tal-Komunità jew nazzjonali, l-iskrutinju ta’ dawn ir-rekords għandu, fil-każijiet xierqa jinkludi tixbieh mad-dokumenti kummerċjali u, fejn xieraq, mal-kwantitajiet attwali fil-ħażniet.

3.   Fl-għażla ta’ transazzjonijiet biex jiġu verifikati, għandu jittieħed akkont sħiħ tal-grad tar-riskju preżentat.

Artikolu 4

L-impriżi għandhom iżommu d-dokumenti kummerċjali għal mill-anqas tlett snin, li jibdew mill-aħħar tas-sena meta jkunu saru.

L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu perjodu itwal ta’ kemm dawn id-dokumenti jistgħu jinżammu.

Artikolu 5

1.   Il-persuni responsabbli għall-impriża, jew terzi persuni, għandhom jassiguraw li d-dokumenti kummerċjali kollha u l-informazzjoni addizzjonali jiġu provduti lill-uffiċjali responsabbli għall-iskrutinju jew lill-persuni maħtura għal dak l-iskop. Dettalji maħżuna elettronikament għandhom ikunu provduti fuq medja xieraq li tappoġġa d-dettalji.

2.   L-uffiċjali responsabbli mill-iskrutinju jew il-persuni awtorizzati għal dan l-iskop jistgħu jitolbu li partijiet jew kopji tad-dokumenti li jagħmel riferenza għalihom il-paragrafu 1 tingħata lilhom.

3.   Meta, waqt l-iskrutinju mwettaq skond dan ir-Regolament, id-dokumenti kummerċjali miżmuma sabiex fil-futur iżżomm rekords bħal dawk skond kif meħtieġ mill-Istat Membru responsabbli għall-iskrutinju, mingħajr preġudizzju għall-obbligazzjonijiet stipulati fir-Regolamenti l-oħrajn li għandhom x’jaqsmu mas-settur involut.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu d-data li minnha dawk ir-rekords għandhom jibdew jinżammu.

Meta d-dokumenti kummerċjali kollha jew parti minnhom meħtieġa sabiex jiġu skrutinizzati skond dan ir-Regolament ikunu jinsabu għand l-impriża fl-istess grupp kummerċjali, soċjetà bi sħab jew assoċjazzjoni ta’ l-impriżi mmexxija fuq bażi unifikata bħall-impriża li tkun qed tiġi skrutinizzata, sew jekk tkun tinsab ‘il ġewwa jew ‘il barra mit-territorju tal-Komunità, l-impriża għandha tipprovdi dawk id-dokumenti kummerċjali lill-uffiċjali responsabbli għall-iskrutinju, f’post u ħin li jiġi deċiż mill- Istati Membri responsabbli għat-twettiq ta’ l-iskrutinju.

Artikolu 6

1.   L-Istati Membri għandom jassiguraw illi l-uffiċjali responsabbli għall-iskrutinju għandhom l-awtorità illi jaqbdu dokumenti kummerċjali, jew li jordnaw illi jinqabdu. Dan id-dritt għandu jiġi eżerċitat b’rispett għad-dispożizzjonijiet nazzjonali rilevanti u m’għandhomx jaffettwaw l-applikazzjoni tar-regoli li jirregolaw proċeduri f’materji kriminali li jikkonċernaw il-qbid ta’ dokumenti.

2.   L-Istati Membri għandhom jaddottaw il-miżuri xierqa sabiex jippenalizzaw il-persuni naturali jew ġuridiċi li jonqsu milli jagħmlu l-obbligazzjonijiet tagħhom skond dan ir-Regolament.

Artikolu 7

1.   L-Istati Membri għandhom jgħinu lil xulxin għall-iskopijiet tat-twettieq ta’ l-iskrutinju kif hemm ipprovdut dwar dan fl-Artikoli 2 u 3 fil-każijiet li ġejjin:

(a)

meta impriża jew terza persuna hija stabbilita fi Stat Membru li mhux dak li fih il-ħlas ta’ l-ammont f’dan il-każ kien jew kellu jsir jew jasal;

(b)

meta impriża jew terza persuna hija stabbilita fi Stat Membru li mhux dak li fih jinsabu d-dokumenti u l-informazzjoni meħtieġa għall-iskrutinju.

Il-Kummissjoni tista’ tikkoordina azzjonijiet konġunti li jinvolvu assistenza reċiproka bejn żewġ Stati Membri jew aktar. Dispożizzjonijiet għal dik il-koordinazzjoni għandhom jiġu stabbiliti skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 41(2) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005.

Fejn żewġ Stati Membri jew iżjed minn tnejn jinkludu fil-programm mibgħut taħt l-Artikolu 10 (2) xi proposta għal azzjoni konġunta li tinvolvi għajnuna reċiproka estensiva, il-Kummissjoni tista’, jekk tkun mitluba, tippermetti tnaqqis sa massimu ta’ 25 % ta’ l-iżgħar għadd ta’ skrutinji kif stabbilit taħt l-Artikolu 2(2) sa (5) għall-Istati Membri kkonċernati.

2.   Waqt l-ewwel tlett xhur wara s-sena finanzjarja ta’ ħlas tal-FAEG, l-Istati Membri għandhom jibgħatu lista ta’ l-impriżi li ssir riferenza għalihom f’punt (a) tal-paragrafu 1 lil kull Stat Membru li fih dik l-impriża hija stabbilita. Il-lista għandu jkollha fiha d-dettalji kollha meħtieġa sabiex l-Istat Membru tad-destinazzjoni jkun jista’ jidentifika l-impriża u jesegwixxi l-obbligazzjonijiet ta’ skrutinju tiegħu. L-Istat Membru tad-destinazzjoni għandu jkun responsabbli għall-iskrutinju ta’ dawk l-impriżi skond l-Artikolu 2. Kopja ta’ kull lista għandha tintbagħat lill-Kummissjoni.

L-Istat Membru li jirċevi jew jagħmel il-pagament jista’ jitlob lill-Istat Membru li fih l-impriża hija stabbilita sabiex jiskrutinizza wħud mill-impriżi fuq dik il-lista skond l-Artikolu 2, waqt li jindika għalfejn huwa meħtieġ li jagħmel dik it-talba u partikolarment ir-riskji assoċjati magħha.

L-Istat Membru li jirċevi t-talba għandu jieħu akkont kif jixraq tar-riskji assoċjati mal-impriża, li għandhom jiġu kkomunikati mill-Istat Membru li jkun qiegħed jagħmel it-talba.

L-Istat Membru li jirċevi t-talba għandu jinforma lill-Istat Membru li jagħmel it-talba bl-azzjoni meħuda wara it-talba. Meta jsir l-iskrutinju ta’ l-impriża fuq il-lista, l-Istat Membru li jkun irċeva t-talba u li jkun wettaq l-iskrutinju għandu jinforma lill-Istat Membru li jkun għamel it-talba bir- riżultati ta’ dak l-iskrutinju mhux aktar tard minn tlett xhur wara t-tmiem tal-perjodu tal-iskrutinju.

Deskrizzjoni fil-qosor ta’ dawn it-talbiet għandha tintbagħat lill-Kummissjoni kull tlett xhur, mhux aktar minn xahar wara li jagħlaq il-perijodu ta’ tlett xhur. Il-Kummissjoni tista’ tesiġi li kopja ta’ talbiet individwali tiġi fornita.

3.   Matul l-ewwel tlett xhur wara s-sena finanzjarja tal-pagament tal-FAEG, l-Istati Membri għandhom jibgħatu lill-Kummissjoni lista ta’ l-impriżi stabbiliti f’pajjiż terz li għalihom il-pagament ta’ l-ammont f’dak il-każ ikun sar jew suppost li kellu jsir jew li jkun wasal f’dak l-Istat Membru.

4.   Jekk informazzjoni addizzjonali tkun meħtieġa minn Stat Membru ieħor bħala parti mill-iskrutinju ta’ xi intrapriża skond l-Artikolu 2, u b’mod partikolari ċċekkjar bejn żewġ naħat skond l-Artikolu 3, talbiet speċifiċi għal skrutinju jistgħu jsiru waqt li juru r-ragunijiet għat-talba. Deskrizzjoni fil-qosor ta’ talbiet speċifiċi għandha tintbaghat lill-Kummissjoni kull tlett xhur. Il-Kummissjoni tista’ tesiġi li kopja ta’ talbiet individwali tiġi fornita.

It-talba għal skrutinju għandha tintlaqa’ mhux aktar tard minn sitt xhur wara li tkun waslet; ir-riżultati ta’ l-iskrutinju għandhom jitwasslu mingħajr telf ta’ żmien lill-Istat Membru u lill-Kummissjoni. In-notifika lill-Kummissjoni għandha tkun kull tlett xhur, mhux aktar minn xahar wara li jagħlaq il-perijodu ta’ tlett xhur.

5.   Skond il-proċedura stabilita fl-Artikolu 41(2) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-kondizzjonijiet minimi dwar il-kontenut tat-talbiet li ssir referenza għalihom fil-paragrafi 2 u 4 ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 8

1.   Informazzjoni miġbura matul l-iskrutinju kif mitlub f’dan ir-Regolament għandu jittieħed bħala protett bis-sigriet professjonali. Ma jistax ikun komunikat lil xi persuni ħlief dawk li, minħabba d-doveri tagħhom fl-Istati Membri jew fl-istituzzjonijiet tal-Komunitajiet, huma mitluba li jkollhom din l-informazzjoni jew sabiex ikunu jistgħu jagħmlu dawk d-doveri.

2.   Dan l-Artikolu m’għandux jippreġudika dispożizzjonijiet nazzjonali li għandom x’jaqsmu ma’ proċeduri legali.

Artikolu 9

1.   Qabel l-1 ta’ Jannar li jsegwi l-perjodu ta’ skrutinju l-Istati Membri għandom jibgħatu lill-Kummissjoni rapport dettaljat dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

Ir-rapport għandu juri d-diffikultajiet li ltaqgħu magħhom u l-miżuri li ttieħdu sabiex jingħelbu u jagħmlu, fejn hu xieraq, suġġerimenti għal titjib.

2.   L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandu jkollhom tibdil regolari ta’ opinjonijiet dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

3.   Il-Kummissjoni għandha ta’ kull sena tevalwa il-progress miksub, fir-rapport annwali dwar l-amministrazzjoni tal-fondi li jagħmel riferenza għalihom Artikolu 43 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005.

Artikolu 10

1.   L-Istati Membri għandhom jippreparaw programmi għall-iskrutinju li jrid isir skond Artikolu 2 matul il-perjodu ta’ skrutinju sussegwenti.

2.   Kull sena, qabel il-15 ta’ April, l-Istati Membri għandhom jibgħatu lill-Kummissjoni il-programm li jagħmel riferenza għalih il-paragrafu 1 u għandom jispeċifikaw:

(a)

in-numru ta’ impriżi li ser ikunu skrutiniżżati u jinqasmu skond is-settur fuq il-bażi ta’ l-ammonti li għandhom x’jaqqsmu magħhom;

(b)

il-kriterji addottati sabiex sar dan il-programm.

3.   Il-programmi mwaqqfa mill-Istati Membri u mgħaddija lill-Kummissjoni, għandhom jiġu implimentati mill-Istati Membri, jekk, fi żmien tmien ġimgħat, il-Kummissjoni m’ għarrfitx il-kummenti tagħha.

4.   L-emendi magħmula mill-Istati Membri għall-programmi għandhom ikunu suġġetti għall-istess proċedura.

5.   B’mod eċċezzjonali, f’kull stadju, il-Kummissjoni tista’ titlob l-inklużjoni ta’ kategorija partikolari ta’ l-impriża fil-programm ta’ xi wieħed jew aktar mill-Istati Membri.

Artikolu 11

1.   F’kull Stat Membru dipartiment speċjali għandu jkun responsabbli għas-sorveljanza ta’ l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u għall-:

(a)

eżekuzzjoni ta’ l-iskrutinju li qed jiġi provdut għalih mill-uffiċjali impjegati direttament mid-dipartiment speċifiku, jew

(b)

koordinament jew is-sorveljanza ġenerali tal-skrutinju magħmul mill-uffiċjali li tappartjeni għal dipartimenti oħra.

L-Istati Membri jistgħu wkoll jipprovdu illi l-iskrutinju li ser isir skond dan ir-Regolament ikun imqassam bejn d-dipartiment speċjali u dipartimenti nazzjonali ohra, basta illi dan ta’ l-ewwel ikun responsabbli għall-koordinament tagħhom.

2.   Id-dipartiment jew dipartimenti responsabbli għall-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandu jkun organiżżat b’mod illi jkun indipendenti mid-dipartimenti jew fergħat ta’ dipartimenti responsabbli għall-pagamenti u għall-iskrutinju li jsir qabel il-pagament.

3.   Sabiex jiġi assigurat illi dan ir-Regolament ikun applikat korrettement id-dipartiment speċjali li hemm riferenza għalih fil-paragrafu 1 għandu jieħu l-miżuri kollha neċessarji.

4.   Id-dipartiment speċjali għandu jkun responsabbli wkoll għall-:

(a)

taħriġ ta’ uffiċjali nazzjonali responsabbli sabiex iwettqu l-iskrutinju li jagħmel riferenza għalih dan ir-Regolament, sabiex jippermettilhom jakkwistaw biżżejjed għarfien sabiex iwettqu d-doveri tagħhom;

(b)

amministrazzjoni tar-rapporti u għal kull dokument ieħor li għandu x’jaqsam ma’ l-iskrutinji mwettqa u provdut għalih b’dan ir-Regolament;

(ċ)

il-preparazzjoni u l-Komunika tar-rapporti li jagħmel riferenza għalihom Artikolu 9(1) u l-programmi li jagħmel riferenza għalihom Artikolu 10.

5.   Id-dipartiment speċjali għandu jingħata mill-Istat Membru konċernat il-poteri kollha neċċessarji sabiex jwettaq l-inkarigi li jagħmlu riferenza għalihom il-paragrafi 3 u 4.

Għandu ikun magħmul min-numru ta’ uffiċjali li huma biżżejjed u li huma mħarrġa b’mod adegwat għat-twettiq ta’ dawk ix-xogħlijiet.

6.   Dan l-Artikolu ma japplikax meta n-numru minimu ta’ impriżi li għandhom ikunu kontrollati, skond l-Artikolu 2(2) sa (5), huwa anqas minn 10.

Artikolu 12

L-ammonti f’ewro li jidhru f’dan ir-Regolament għandhom ikunu konvertiti fejn xieraq fil-munità nazzjonali billi tiġi applikata r-rata ta’ kambju li tkun qed titħaddem fl-ewwel jum tax-xogħol tas-sena meta jibda l-perjodu ta’ skrutinju u jkun publikat fis-serje Ċ tal-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropeja.

Artikolu 13

Regoli dettaljati dwar it-twettiq ta’ dan ir-Regolament għandhom ikunu adottati fejn hemm bżonn, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 41(2) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005.

Artikolu 14

Artikoli 36 u 37 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 għandhom japplikaw għall-iskrutinju ta’ spiża speċifika finanzjata mill-Komunità skond dan ir-Regolament.

Artikolu 15

1.   B’rispett għal-liġijiet nazzjonali rilevanti, l-uffiċjali tal-Kummissjoni għandhom ikollhom aċċess għad-dokumenti kollha preparati jew fid-dawl ta’ jew wara l-iskrutinju skond dan ir-Regolament u għall-informazzjoni miżmuma, inklużi dawk miġbura fis-sistemi ta’ l-ipproċessar ta’ l-informazzjoni. Din id-data għandha tiġi pprovduta ma’ talba fuq medja xierqa li tappoġġa d-dettalji.

2.   L-iskrutinji referuti fl-Artikolu 2 għandhom jitwettqu mill-uffiċjali tal-Istati Membri.

L-uffiċjali tal-Kummissjoni jistgħu jieħdu sehem f’dawn l-iskrutinji. Huma ma jistgħux jeżercitaw il-poteri ta’ skrutinju mogħti lil uffiċjali nazzjonali; b’dankollu, għandu jkollhom aċċess għall-istess fond u għall-istess dokumenti bħall-uffiċjali ta’ l-Istati Membri.

3.   Fil-każ ta’ skrutinji li jsiru permezz ta’ l-Artikolu 7, l-uffiċjali ta’ l-Istat Membru li jagħmlu t-talba jistgħu jkunu preżenti, bi qbil ma’ l-Istat Membru li jkun irċieva t-talba, għall-iskrutinju fl-Istat Membru li jkun irċieva t-talba u jkollhom aċċess għall-istess fond u l-istess dokumenti bħall-uffiċjali ta’ dak l-Istat Membru.

L-uffiċjali ta’ l-Istat Membru li jagħmel it-talba li jkunu preżenti għall-iskrutinji fl-Istat Membru li jkun irċieva t-talba għandhom f’kull ħin ikunu jistgħu jipproduċu prova tal-kapaċità uffiċjali tagħhom. L-iskrutinji għandhom f’kull ħin jitwettqu mill-uffiċjali ta’ l-Istat Membru li jirċievi t-talba.

4.   Meta dispożizzjonijiet nazzjonali dwar il-proċeduri kriminali jirriservaw ċerti atti għall-uffiċjali nominati speċifikament mill-liġi nazzjonali, l-uffiċjali tal-Kummissjoni, u lanqas l-uffiċjali tal-Istat Membru referuti fil-paragrafu 3, m’għandhom jieħdu sehem f’dawn l-atti. Fi kwalunkwe każ, m’għandhomx jieħdu parti fi, partikolarment, żjajjar fid-dar jew l-interrogazzjoni formali tal- persuni fil-kuntest tal-liġi kriminali tal-Istat Membru. Għandhom, b’dankollu, jkollhom aċċess għall-informazzjoni miksuba b’dak il-mod.

Artikolu 16

Ir-Regolament (KE) Nru 4045/89, kif emendat bir-Regolamenti elenkati f’Anness I, huwa mħassar.

Referenzi għar-Regolament li ġie mħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness II.

Artikolu 17

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata wara l-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropeja.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 26 ta’ Mejju 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

D. RUPEL


(1)  Opinjoni tad-19 ta’ Ġunju 2007 (għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  ĠU L 388, 30.12.1989, p. 18. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2154/2002 (ĠU L 328, 5.12.2002, p. 4).

(3)  Ara l-Anness I.

(4)  ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1 Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1437/2007 (ĠU L 322, 7.12.2007, p. 1)

(5)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 293/2008 (ĠU L 90, 2.4.2008, p. 5).


ANNESS I

REGOLAMENT IMĦASSAR FLIMKIEN MA’ L-EMENDI SUĊĊESSIVI TIEGĦU

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4045/89

(ĠU L 388, 30.12.1989, p. 18)

 

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3094/94

(ĠU L 328, 20.12.1994, p. 1)

 

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3235/94

(ĠU L 338, 28.12.1994, p. 16)

Artikolu 1(1) biss

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2154/2002

(ĠU L 328, 5.12.2002, p. 4)

 


ANNESS II

TABELLA TA’ KORRELAZZJONI

Ir-Regolament (KEE) Nru 4045/89

Dan ir-Regolament

Artikolu 1(1)

Artikolu 1(1)

Artikolu 1(2)

Artikolu 1(3), il-kliem tal-bidu u Artikolu 1 (3)(a)

Artikolu 1(3)

Artikolu 1(3)(b)

Artikolu 1(4)

Artikolu 1(2)

Artikolu 1(5)

Artikolu 2(1)

Artikolu 2(1)

Artikolu 2(2), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 2(2)

Artikolu 2(2), it-tieni subparagrafu

Artikolu 2(3)

Artikolu 2(2) it-tielet subparagrafu

Artikolu 2(2), ir-raba’ subparagrafu

Artikolu 2(4)

Artikolu 2(2), il-ħames subparagrafu

Artikolu 2(5)

Artikolu 2(3)

Artikolu 2(6)

Artikolu 2(4)

Artikolu 2(7)

Artikolu 2(5)

Artikolu 2(8)

Artikolu 3(1), il-kliem tal-bidu

Artikolu 3(1), il-kliem tal-bidu

Artikolu 3(1), l-ewwel inċiż

Artikolu 3(1)(a)

Artikolu 3(1), it-tieni inċiż

Artikolu 3(1)(b)

Artikolu 3(1), it-tielet inċiż

Artikolu 3(1)(ċ)

Artikolu 3(1), ir-raba’ inċiż

Artikolu 3(1)(d)

Artikolu 3(2)

Artikolu 3(2)

Artikolu 3(3)

Artikolu 3(3)

Artikolu 4

Artikolu 4

Artikolu 5

Artikolu 5

Artikolu 6

Artikolu 6

Artikolu 7(1), l-ewwel subparagrafu, il-kliem tal-bidu

Artikolu 7(1), l-ewwel subparagrafu, il-kliem tal-bidu

Artikolu 7(1), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel inċiż

Artikolu 7(1), l-ewwel subparagrafu, punt (a)

Artikolu 7(1), l-ewwel subparagrafu, it-tieni inċiż

Artikolu 7(1), l-ewwel subparagrafu, punt (b)

Artikolu 7(1), it-tieni subparagrafu

Artikolu 7(1), it-tieni subparagrafu

Artikolu 7(1), it-tielet subparagrafu

Artikolu 7(1), it-tielet subparagrafu

Artikoli 7(2), (3), (4) u (5)

Artikoli 7(2) sa (5)

Artikolu 8

Artikolu 8

Artikolu 9(1)

Artikolu 9(1), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 9(2)

Artikolu 9(1), it-tieni subparagrafu

Artikolu 9(3)

Artikolu 9(2)

Artikolu 9(4)

Artikolu 9(3)

Artikolu 9(5)

Artikolu 10(1)

Artikolu 10(1)

Artikolu 10(2), kliem tal-bidu

Artikolu 10(2), kliem tal-bidu

Artikolu 10(2), l-ewwel inċiż

Artikolu 10(2)(a)

Artikolu 10(2), it-tieni inċiż

Artikolu 10(2)(b)

Artikoli 10(3), (4) u (5)

Artikoli 10(3), (4) u (5)

Artikolu 11(1), l-ewwel subparagrafu, il-kliem tal-bidu

Artikolu 11(1), l-ewwel subparagrafu, il-kliem tal-bidu

Artikolu 11(1), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel inċiż

Artikolu 11(1), l-ewwel subparagrafu, punt (a)

Artikolu 11(1), l-ewwel subparagrafu, it-tieni inċiż

Artikolu 11(1), l-ewwel subparagrafu, punt (b)

Artikolu 11(1), it-tieni subparagrafu

Artikolu 11(1), it-tieni subparagrafu

Artikoli 11(2) u (3)

Artikoli 11(2) u (3)

Artikolu 11(4), il-kliem tal-bidu

Artikolu 11(4), il-kliem tal-bidu

Artikolu 11(4), l-ewwel inċiż

Artikolu 11(4)(a)

Artikolu 11(4), it-tieni inċiż

Artikolu 11(4)(b)

Artikolu 11(4), it-tielet inċiż

Artikolu 11(4)(ċ)

Artikoli 11(5) u (6)

Artikoli 11(5) u (6)

Artikolu 18

Artikolu 12

Artikolu 19

Artikolu 13

Artikolu 20

Artikolu 14

Artikolu 21

Artikolu 15

Artikolu 22

Artikolu 16

Artikolu 23

Artikolu 17

Anness I

Anness II


Top