EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008R0204

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 204/2008 ta’ l- 4 ta’ Marzu 2008 li jistabbilixxi d-dazji ta' l-importazzjoni għar-ross parzjalment imnaddaf jew imnaddaf mill- 5 ta’ Marzu 2008

ĠU L 60, 5.3.2008, p. 21–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/204/oj

5.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 60/21


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 204/2008

ta’ l-4 ta’ Marzu 2008

li jistabbilixxi d-dazji ta' l-importazzjoni għar-ross parzjalment imnaddaf jew imnaddaf mill-5 ta’ Marzu 2008

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1785/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 f'dak li jirrigwarda s-sistema ta' l-importazzjoni tar-ross (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 1(b) tiegħu,

Billi:

(1)

Fuq il-bażi ta' l-informazzjoni li tressqitilha mill-awtoritajiet kompetenti, il-Kummissjoni jirriżultalha li ngħataw liċenzji għall-importazzjoni tar-ross parzjalment imnaddaf jew imnaddaf li jaqa' taħt il-kodiċi NC 1006 30, għal kwantità ta' 192 418 tunnellata għall-perjodu mill-1 ta’ Settembru 2007 sad-29 ta’ Frar 2008. Għaldaqstant jeħtieġ li jinbidel id-dazju ta' l-importazzjoni għar-ross parzjalment imnaddaf jew imnaddaf li jaqa' taħt il-kodiċi NC 1006 30.

(2)

Id-definizzjoni tad-dazju applikabbli għandha sseħħ fi żmien 10 ijiem minn tmiem il-perjodu msemmi hawn fuq. Għaldaqstant jeħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ mingħajr dewmien,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-dazju ta' l-importazzjoni applikabbli għar-ross parzjalment imnaddaf jew imnaddaf li jaqa' taħt il-kodiċi NC 1006 30 huwa ta' EUR 175 it-tunnellata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 4 ta’ Marzu 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 96. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 797/2006 (ĠU L 144, 31.5.2006, p. 1). Ir-Regolament (KEE) Nru 1785/2003 għandu jinbidel bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1) u jibda jgħodd mill-1 ta’ Settembru 2008.


Top