This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32008R0153
Commission Regulation (EC) No 153/2008 of 21 February 2008 fixing the export refunds on pigmeat
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 153/2008 tal- 21 ta’ Frar 2008 li jistabbilixxi r-rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni fis-settur tal-laħam tal-majjal
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 153/2008 tal- 21 ta’ Frar 2008 li jistabbilixxi r-rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni fis-settur tal-laħam tal-majjal
ĠU L 48, 22.2.2008, p. 7–8
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
22.2.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 48/7 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 153/2008
tal-21 ta’ Frar 2008
li jistabbilixxi r-rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni fis-settur tal-laħam tal-majjal
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2759/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 fuq organizzazzjoni komuni fis-suq tal-laħam tal-majjal (1), u b’mod partikolari Artikolu 13(3), it-tieni inċiż, tiegħu;
Billi:
(1) |
Skond l-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2759/75, id-differenza bejn il-prezzijiet fis-suq dinji tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1 tar-Regolament imsemmi u l-prezzijiet ta’ dawn il-prodotti fil-Komunità jistgħu jkunu koperti minn rifużjoni ta’ l-esportazzjoni. |
(2) |
Fid-dawl tal-qagħda tas-suq tal-laħam tal-majjal, kif osservata fil-preżent, jeħtieġ li jiġu definiti rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni f’konformità mar-regoli u l-kriterji msemmija fl-Artikolu 13 tar-Regolament (KEE) Nru 2759/75. |
(3) |
Skond l-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KEE) Nru 2759/75, ir-rifużjonijiet jistgħu jkunu differenti skond id-destinazzjonijiet meta l-qagħda tas-suq dinji, jew l-esiġenzi speċifiċi ta’ ċerti swieq, jagħmluha neċessarja li jinbidlu r-rifużjonjiet fuq il-prodotti msemmija fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KEE) Nru 2759/75, skond id-destinazzjoni. |
(4) |
Ir-rifużjonijiet ma għandhomx jingħataw għajr fuq il-prodotti awtorizzati għall-moviment ħieles fil-Komunità, u li jkollhom il-marka ta’ sanità pprovduta fl-Artikolu 5(1)(a) tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 853/2004 tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixi ċerti regoli speċifiċi ta’ l-iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (2). Dawn il-prodotti jeħtiġilhom ukoll jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 852/2004 tad-29 ta’ April 2004 dwar l-iġjene ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel (3), kif ukoll tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 854/2004 tad-29 ta’ April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman (4). |
(5) |
Il-Kumitat ta' Ġestjoni tal-laħam tal-majjal ma ħariġx opinjoni fiż-żmien stipulat mill-president tiegħu, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Il-prodotti li jgawdu minn rifużjonjiet ta’ l-esportazzjoni pprovduti fl-Artikolu 13 tar-Regolament (KEE) Nru 2759/75 u l-ammonti ta’ dawn ir-rifużjonijiet huma speċifikati fl-Anness ma’ dan ir-Regolament, b’riserva tal-kundizzjoni magħmula fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.
2. Il-prodotti li jistgħu jgawdu minn rifużjoni skond il-paragrafu 1 jeħtiġilhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolamenti (KE) Nru 852/2004 u (KE) Nru 853/2004, u b’mod partikolari, jeħtiġilhom ikunu ppreparati fi stabbilimenti awtorizzati u jissodifaw ir-rekwiżiti tal-marka tas-sanità definiti fl-Anness I, Sezzjoni I, Kapitolu III, tar-Regolament (KE) Nru 854/2004.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-22 ta’ Frar 2008.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 21 ta’ Frar 2008.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 282, 1.11.1975, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2005 (ĠU L 307, 25.11.2005, p. 2). Ir-Regolament (KEE) Nru 2759/75 ser jinbidel bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1) mill-1 ta' Lulju 2008.
(2) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55. Corrigendum fil-ĠU L 226, 25.6.2004, p. 22. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1243/2007 (ĠU L 281, 25.10.2007, p. 8).
(3) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1. Corrigendum fil-ĠU L 226, 25.6.2004, p. 3.
(4) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206. Corrigendum fil-ĠU L 226, 25.6.2004, p. 83. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006.
ANNESS
Rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni fis-settur tal-laħam tal-majjal, applikabbli mit-22 ta’ Frar 2008
Il-kodiċi tal-prodott |
Id-destinazzjoni |
L-unità tal-kejl |
L-ammont tar-rifużjoni |
0203 11 10 9000 |
A00 |
EUR/100 kg |
31,10 |
0203 21 10 9000 |
A00 |
EUR/100 kg |
31,10 |
0203 12 11 9100 |
A00 |
EUR/100 kg |
31,10 |
0203 12 19 9100 |
A00 |
EUR/100 kg |
31,10 |
0203 19 11 9100 |
A00 |
EUR/100 kg |
31,10 |
0203 19 13 9100 |
A00 |
EUR/100 kg |
31,10 |
0203 19 55 9110 |
A00 |
EUR/100 kg |
31,10 |
0203 22 11 9100 |
A00 |
EUR/100 kg |
31,10 |
0203 22 19 9100 |
A00 |
EUR/100 kg |
31,10 |
0203 29 11 9100 |
A00 |
EUR/100 kg |
31,10 |
0203 29 13 9100 |
A00 |
EUR/100 kg |
31,10 |
0203 29 55 9110 |
A00 |
EUR/100 kg |
31,10 |
0203 19 15 9100 |
A00 |
EUR/100 kg |
19,40 |
0203 19 55 9310 |
A00 |
EUR/100 kg |
19,40 |
0203 29 15 9100 |
A00 |
EUR/100 kg |
19,40 |
0210 11 31 9110 |
A00 |
EUR/100 kg |
54,20 |
0210 11 31 9910 |
A00 |
EUR/100 kg |
54,20 |
0210 19 81 9100 |
A00 |
EUR/100 kg |
54,20 |
0210 19 81 9300 |
A00 |
EUR/100 kg |
54,20 |
1601 00 91 9120 |
A00 |
EUR/100 kg |
19,50 |
1601 00 99 9110 |
A00 |
EUR/100 kg |
15,20 |
1602 41 10 9110 |
A00 |
EUR/100 kg |
29,00 |
1602 41 10 9130 |
A00 |
EUR/100 kg |
17,10 |
1602 42 10 9110 |
A00 |
EUR/100 kg |
22,80 |
1602 42 10 9130 |
A00 |
EUR/100 kg |
17,10 |
1602 49 19 9130 |
A00 |
EUR/100 kg |
17,10 |
NB: Il-kodiċijiet tal-prodotti kif ukoll il-kodiċijiet tad-destinazzjonijiet serje «A » huma definiti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3846/87 (ĠU L 366, 24.12.1987, p. 1), kif emendat. |