EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008L0047

Direttiva tal-Kummissjoni 2008/47/KE tat- 8 ta' April 2008 li temenda għall-finijiet ta' l-adattament għall-progress tekniku, id-Direttiva tal-Kunsill 75/324/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri relatati mad-dispensuri ta' l-ajrusols Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU L 96, 9.4.2008, p. 15–28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2008/47/oj

9.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 96/15


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2008/47/KE

tat-8 ta' April 2008

li temenda għall-finijiet ta' l-adattament għall-progress tekniku, id-Direttiva tal-Kunsill 75/324/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri relatati mad-dispensuri ta' l-ajrusols

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 75/324/KEE ta' l-20 ta' Mejju 1975 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar id-dispensuri ta' l-ajrusols (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5 u 10(3) tagħha,

Billi:

(1)

Il-progress tekniku u l-innovazzjoni għamlu possibbli t-tqegħid fis-suq ta' numru li qed jiżdied ta' dispensuri ta' l-ajrusols b'disinn tekniku kumpless u karatteristiċi differenti minn dawk tradizzjonali. Madankollu, id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 75/324/KEE m'humiex biżżejjed biex jiggarantixxu livell għoli ta' sigurtà għal dispensuri ta' l-ajrusols simili li m'humiex tradizzjonali. Id-disinn individwali ta' ajrusols mhux tradizzjonali jista' joħloq perikli fis-sigurtà li m'humiex indirizzati bid-dispożizzjonijiet tas-sigurtà tad-Direttiva, li huma adattati għad-disinn magħruf ta' l-ajrusols tradizzjonali. Għalhekk, analiżi tal-periklu huwa meħtieġ li jitwettaq mill-manifattur sabiex ikopri l-aspetti kollha tas-sigurtà b'mod adegwat.

(2)

Fejn adatt l-analiżi tal-periklu trid tindirizza r-riskju li jirriżulta milli wieħed jibla' bin-nifs l-isprej li joħroġ mid-dispensur ta' l-ajrusol taħt kundizzjonijiet ta' l-użu li jistgħu jiġu previsti, filwaqt li jittieħed kont tad-daqs tal-qtar u d-distribuzzjoni tad-daqs b'mod konġunt mal-kwalitajiet fiżiċi u kimiċi tal-kontenut, minħabba li jekk jinbelgħu bin-nifs, il-qtar ta' l-ajrusol jistgħu jkollhom effetti negattivi fuq is-saħħa għall-utent taħt kundizzjonijiet ta' l-użu simili, anke jekk id-dispensur ta' l-ajrusol huwa kklassifikat kif suppost u ttikkettjat skond id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 1999/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Mejju 1999 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri rigward il-klassifikazzjoni, pakkeġġjar u tikkettjar ta' preparazzjonijiet perikolużi (2).

(3)

Il-klawsola ta' sigurtà li tinsab fl-Artikolu 10 tad-Diretttiva 75/324/KEE ġiet applikata minn Stat Membru wieħed. Il-miżura ta' salvagwardjar adottata hi ġġustifikata fid-dawl tar-riskju ta' fjammabbiltà mqajjem, taħt kundizzjonijiet normali jew raġonevoli ta' l-użu li jistgħu jiġu previsti, mis-sustanza li hemm fid-dispensur ta' l-ajrusol.

(4)

Id-definizzjoni kurrenti ta' kontenuti fjammabbli mhix biżżejjed biex tiggarantixxi livell għoli ta' sigurtà fil-każijiet kollha. B'mod partikulari, minħabba li xi kontenuti mxerrda mid-dispensuri ta' l-ajrusols mhux definiti bħala fjammabbli skond il-kriterji elenkati fl-Anness VI għad-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE tas-27 ta' Ġunju 1967 rigward l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettjar ta' sustanzi perikolużi (3), dawn jistgħu jwasslu li jaqbdu f'kundizzjonijiet normali jew raġonevoli ta' l-użu li jistgħu jiġu previsti meta jintuża d-dispensur ta' l-ajrusols. Aktar minn hekk, il-kriterji kurrenti għall-fjammabbiltà jindirizzaw biss sostanzi kimiċi u preparazzjonijiet li ma jiħdux kont sewwa tal-kundizzjonijiet fiżiċi speċjali ta' l-isprej ta' l-ajrusols jew kundizzjonijiet speċjali ta' l-użu.

(5)

Sabiex jinkiseb l-aħjar livell ta' sigurtà u meta wieħed jikkunsidra l-ispeċifitajiet tad-dispensuri ta' l-ajrusols, il-kriterji l-ġodda għall-klassifikazzjoni tal-fjammabbiltà tad-dispensuri ta' l-ajrusols għandha tindirizza wkoll il-perikli relatati mat-tferrix tal-kontenuti tad-dispensuri ta' l-ajrusols u l-kundizzjonijiet speċjali għall-użu tad-dispensuri ta' l-ajrusols minflok biss il-kwalitajiet fiżiċi u kimiċi tal-kontenuti nfushom.

(6)

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 75/324/KEE li hi fis-seħħ bħalissa tobbliga li kull dispensur ta' l-ajrusols mimli jiġi mniżżel f'banju ilma jaħraq sabiex jiġi evalwat jekk hemmx xi ħruġ jew jinfaqax. Madankollu, dispensuri ta' l-ajrusols sensittivi għas-sħana ma jifilħux għal dan it-test. Il-progress tekniku għamel possibbli metodi ta' ttestjar alternattivi għall-valutazzjoni finali tad-dispensuri ta' l-ajrusols għar-reżistenza li jinfaqgħu u għall-ħruġ, li jiggarantixxu l-istess livell ta' sigurtà.

(7)

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 75/324/KEE li hi fis-seħħ bħalissa jipprevedu għall-possibbiltà ta' l-użu ta' sistema ta' ttestjar li tippermetti riżultat ekwivalenti għal dak tal-metodu tal-banju ta' l-ilma, soġġett għal ftehim tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 6. Madankollu, din il-proċedura tidher li hi ferm diffiċli li tiġi implimentata fil-prattika, u għalhekk qatt ma ntużat. Għalhekk, sabiex l-operaturi ekonomiċi jkunu jistgħu jibbenefikaw mill-progress tekniku mingħajr ma jikkompromettu l-livell kurrenti ta' sigurtà billi jiggarantixxu l-livell adatt ta' perizja teknika, huwa meħtieġ li jiġu approvati metodi alternattivi ta' ttestjar, minflok mill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 6 tad-Direttiva, minn awtoritajiet kompetenti relevanti maħtura mill-Istati Membri taħt id-Direttiva tal-Kunsill 94/55/KE tal-21 ta' Novembru 1994 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri fir-rigward tat-trasport ta' oġġetti perikolużi bit-triq (4).

(8)

Kien hemm tħassib dwar is-sigurtà wara li nfaqgħu u ħarġu l-ajrusols minn dispensuri ta' l-ajrusols tal-metall li ssaħħnu għal temperaturi għoljin, bħal fil-każ ta' ġewwa karozza esposta għar-radjazzjoni tax-xemx. Huwa għalhekk meħtieġ li jiġi limitat il-livell massimu tal-mili għall-istess valur għat-tipi kollha ta' dispensuri ta' l-ajrusols.

(9)

Il-parti l-kbira ta' propellanti li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent u li ma jaqbdux huma gassijiet kumpressati. Madankollu, minħabba t-telf ta' pressa f'dispensuri ta' l-ajrusols li jużaw gassijiet kumpressati bħala propellanti meta jaslu lejn l-aħħar tipikament ikunu anqas effiċjenti sabiex joħorġu l-kontenut. Konsegwentement, l-użu ta' gassijiet kumpressati bħala propellanti għandu jiġi nkuraġġit billi tiżdied il-pressa massima interna tad-dispensuri ta' l-ajrusols, sal-punt li ma jkunx hemm periklu għall-konsumaturi.

(10)

Id-Direttiva 75/324/KEE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan.

(11)

Il-miżuri previsti f'din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat għall-Addattament għall-Progress Tekniku tad-Direttiva dwar id-dispensuri ta' l-ajrusols,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva 75/324/KEE qed tiġi emendata kif imniżżel fl-Anness li jinsab ma' din id-Direttiva.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw sad-29 ta' Ottubru 2009 il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawn id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

L-Istati Membri għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mid-29 ta' April 2010.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b’din ir-referenza meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir din ir-referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jgħaddu lill-Kummissjoni t-testi tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jaddottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dik tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 8 ta’ April 2008.

Għall-Kummissjoni

Günter VERHEUGEN

Viċi President


(1)  ĠU L 147, 9.6.1975, p. 40. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 807/2003 (ĠU L 122, 16.5.2003, p. 36).

(2)  ĠU L 200, 30.7.1999, p.1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1; kif ikkoreġuta bil-ĠU L 136, 29.5.2007, p. 3).

(3)  ĠU 196, 16.8.1967, p. 1. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2006/121/KE tal-Parlament Ewopew u tal-Kunsill (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 850; kif ikkoreġuta bil-ĠU L 136, 29.5.2007, p. 281).

(4)  ĠU L 319, 12.12.1994, p. 7. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/89/KE (ĠU L 305, 4.11.2006, p. 4).


ANNESS

Id-Direttiva 75/324/KEE hija hawnhekk emendata kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 8, jiżdied il-paragrafu 1a li ġej:

“1a.   Fejn dispensur ta' l-ajrusols fih komponenti fjammabbli kif definit fil-punt 1.8 ta' l-Anness imma d-dispensur ta' l-ajrusols m'huwiex ikkunsidrat bħala ‘fjammabbli’ jew ‘estremament fjammabbli’ skond il-kriterji stabbiliti fil-punt 1.9 ta' l-Anness, il-kwantità ta' materjal fjammabbli li hemm fid-dispensur ta' l-ajrusols trid tiġi dikjarata b'mod ċar fuq it-tikketta, fil-forma li ġejja li tkun tinqara u mingħajr ma tista' titħassar: ‘X% bil-piż tal-kontenut huwa fjammabbli’.”;

(2)

L-Artikolu 9a huwa revokat.

(3)

L-Anness huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-Punt 1.8 huwa mibdul b'dan li ġej:

“1.8.   Kontenut li jaqbad

Il-kontenut ta' l-ajrusols għandu jkun ikkunsidrat bħala fjammabbli jekk ikun fih xi wieħed mill-kontenuti li huma klassifikati bħala fjammabbli:

(a)

likwidu fjammabbli tfisser likwidu li fih punt fejn jieħu n-nar ta' mhux aktar minn 93 °C.

(b)

solidu fjammabbli tfisser sostanza jew taħlita solida li hija kombustibbli bil-lest, jew tista' tikkawża jew tikkontribwixxi għal nar bħala riżultat tal-frizzjoni. Solidi kombustibbli bil-lest huma trab, granulari, jew sostanzi jew taħlitiet mgħaġġna li huma perikolużi jekk jistgħu jinxtegħlu faċilment b'kuntatt qasir ma' sors ta' nar, bħal suffarina, u jekk il-fjamma tinfirex malajr.

(ċ)

gass fjammabbli tfisser gass jew taħlita tal-gass li għandha firxa fjammabbli ma' l-arja għal 20 °C u pressjoni standard ta' 1,013 bar.

Din id-definizzjoni ma tkoprix sostanzi jew taħlitiet piroforiċi, li jisħnu waħedhom jew li jirreaġixxu ma' l-ilma, li qatt ma jkunu komponenti ta' kontenuti ta' ajrusols.”;

(b)

Il-punt 1.9 li ġej huwa mdaħħal:

“1.9.   Ajrusols fjammabbli

Għall-għanijiet ta' din id-Direttiva, ajrusol huwa kkunsidrat bħala ‘mhux fjammabbli’, ‘fjammabbli’ jew ‘estremament fjammabbli’ skond is-sħana kimika tal-kombustjoni u l-kontenut tal-piż tal-komponenti fjammabbli, kif ġej:

(a)

L-ajrusol huwa klassifikat bħala ‘estremament fjammabbli’ jekk ikun fih 85 % jew aktar tal-komponenti fjammabbli u s-sħana kimika tal-kombustjoni taqbeż jew hija ugwali għal 30 kJ/g;

(b)

L-ajrusol huwa klassifikat bħala 'mhux fjammabbli' jekk ikun fih 1 % jew anqas tal-komponenti fjammabbli u s-sħana kimika tal-kombustjoni hija anqas minn 20 kJ/g.

(ċ)

L-ajrusols l-oħra kollha jkunu sottomessi għall-proċeduri tal-klassifikazzjoni tal-fjammabbiltà jew jiġu klassifikati bħala ‘estremament fjammabbli’. It-test tad-distanza biex jaqbdu, it-test fi spazju magħluq u t-test tal-fjammabbiltà tal-fowm għandhom jikkonformaw mal-punt 6.3.

1.9.1.   Ajrusols ta' sprej fjammabbli

Fil-każ ta' ajrusols sprej il-klassifikazzjoni għandha ssir filwaqt li jittieħed kont tas-sħana kimika tal-kombustjoni u fuq il-bażi tar-riżultati tad-distanza biex jaqbdu, kif ġej:

(a)

Jekk is-sħana kimika tal-kombustjoni hija anqas minn 20 kJ/g:

(i)

L-ajrusol huwa klassifikat bħala ‘fjammabbli’ jekk jaqbad f'distanza li hija ugwali jew akbar minn 15ċm imma anqas minn 75ċm;

(ii)

L-ajrusol huwa klassifikat bħala ‘estremament fjammabbli’ jekk jaqbad f'distanza ta' 75 ċm jew aktar;

(iii)

Jekk ma jaqbadx fit-test tad-distanza, għandu jsir it-test ta’ l-ispazju magħluq u f’dan il-każ l-ajrusol jiġi klassifikat bħala fjammabbli jekk il-ħin ekwivalenti huwa anqas minn jew ugwali għal 300 s/m3 jew jekk id-deflagrazzjoni tad-densità hija anqas jew ugwali għal 300 g/m3; inkella l-ajrusol jiġu klassifikat bħala ‘mhux fjammabbli’;

(b)

Jekk is-sħana kimika tal-kombustjoni hija ugwali għal jekk aktar minn 20 kJ/g, l-ajrusol jiġi klassifikat bħala ‘estremament fjammabbli’ jekk jaqbad f’distanza ta’ 75 ċm jew aktar; inkella l-ajrusol jiġi klassifikat bħala ‘fjammabbli’.

1.9.2.   Ajrusols ta’ fowm fjammabbli

Fil-każ ta’ ajrusols tal-fowm, il-klassifikazzjoni għandha ssir fuq il-bażi tar-riżultati tat-test tal-fjammabbiltà tal-fowm.

(a)

Il-prodott ta’ l-ajrusol għandu jiġi klassifikat bħala ‘estremament fjammabbli’ jekk:

(i)

l-għoli tal-fjamma huwa 20ċm jew aktar u l-fjamma ddum 2s jew aktar;

jew

(ii)

l-għoli tal-fjamma huwa 4 ċm jew aktar u l-fjamma ddum 7s jew aktar.

(b)

Il-prodott ta’ l-ajrusol li ma jilħaqx il-kriterji f’(a) huwa klassifikat bħala ‘fjammabbli’ jekk l-għoli tal-fjamma huwa 4ċm jew aktar u l-fjamma ddum 2 s jew aktar.”

(ċ)

Il-punt 1.10. li ġej jiddaħħal:

“1.10.   Sħana Kimika tal-Kombustjoni

Is-sħana kimika tal-kombustjoni ΔHc għandha tiġi determinata permezz ta’

(a)

regoli aċċettati tat-teknoloġija, deskritti eż. Fi standards bħal ASTM D 240, ISO 13943 86.1 to 86.3 u NFPA 30B, jew li jinsabu f’litteratura xjentifikament stabbilita

jew

(b)

l-applikazzjoni tal-metodu ta’ kalkolazzjoni li ġej:

Is-sħana kimika tal-kombustjoni (ΔHc), f’kilojoules għal kull gramma (kJ/g), tista’ tiġi kalkolata bħala l-prodott tas-sħana teoretika tal-kombustjoni (ΔHcomb), u l-effiċjenza tal-kombustjoni, ġeneralment anqas minn 1,0 (effiċjenza tal-kombustjoni tipika hija 0,95 jew 95 %).

Għal formulazzjoni komposta ta’ ajrusol, is-sħana kimika tal-kombustjoni hija l-ġabra tas-sħanat imkejla tal-kombustjoni, għall-kombustjoni tal-komponenti individwali, kif ġej:

Formula

fejn:

ΔHc

=

sħana kimika tal-kombustjoni (kJ/g) tal-prodott;

wi%

=

frazzjoni tal-massa tal-komponenti fil-prodott;

ΔHc(i)

=

sħana speċifika tal-kombustjoni (kJ/g) ta’ komponenti fil-prodott.

Il-persuna responsabbli għall-immarkitjar tad-dispensur ta’ l-ajrusol trid tiddeskrivi l-metodu użat għad-determinar tas-sħana kimika tal-kombustjoni f’dokument li għandu jkun disponibbli f’lingwa uffiċjali tal-Komunità fl-indirizz speċifikat fuq it-tikketta skond punt (a) ta’ l-Artikolu 8(1), jekk is-sħana kimika tal-kombustjoni hija użata bħala parametru għall-evalwazzjoni tal-fjammabbiltà ta’ l-ajrusol skond id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.”

(d)

Id-dispożizzjoni l-ġdida tiddaħħal wara punt 2 “Dispożizzjonijiet ġenerali” u qabel punt 2.1:

“Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċjali ta’ l-Anness dwar il-kundizzjonijiet relatati mal-periklu tal-fjammabbiltà u l-pressjoni, il-persuna responsabbli għall-immarkitjar tad-dispensuri ta’ l-ajrusol għandha l-obbligu li tanalizza l-periklu sabiex tidentifika dawk li japplikaw għad-dispensuri ta’ l-ajrusol. Fejn adatt, dan l-analiżi għandu jinkludi konsiderazzjoni tar-riskji li jirriżultaw milli wieħed jibla’ bin-nifs l-isprej li joħroġ mid-dispensur ta’ l-ajrusol taħt kundizzjonijiet ta’ l-użu normali u prevedibbli b’mod raġonevoli, filwaqt li jittieħed kont tad-distribuzzjoni tad-daqs tal-qtar f’rabta mal-kwalitajiet fiżiċi u kimiċi tal-kontenut. Din imbagħad trid tiddiżinja, tibni u tittestja u, jekk ikun applikabbli, tfassal abbozz ta’ dikjarazzjonijiet rigward l-użu, filwaqt li tieħu kont ta’ l-analiżi.”

(e)

Il-Punt 2.2(b) huwa sostitwit b’li ġej:

“(b)

Fejn ajrusol huwa klassifikat bħala ‘fjammabbli’ jew ‘estremament fjammabbli’ skond il-kriterji tal-punt 1.9:

Is-simbolu tal-fjamma, skond il-mudell fl-Anness II għad-Direttiva 67/548/KEE;

L-indikazzjoni ‘fjammabbli’ jew ‘estremament fjammabbli’, li tiddependi fuq il-klassifikazzjoni ta’ l-ajrusol bħala ‘fjammabbli’ jew ‘estremament fjammabbli’.”

(f)

Il-Punti 2.3(a) u 2.3(b) huma sostitwiti b’li ġej:

“(a)

Hu x’inhu l-kontenut, kull prekawzjoni addizzjonali ta’ l-operar li twissi lill-konsumaturi b'perikli speċifiċi tal-prodott; jekk id-dispensur ta' l-ajrusol huwa akkompanjat b'istruzzjonijiet separati għall-użu, dan ta’ l-aħħar irid jirrifletti wkoll prekawzjonijiet simili ta’ operazzjoni;

(b)

Fejn l-ajrusol huwa klassifikat bħala ‘fjammabbli’ jew ‘estremament fjammabbli’ skond il-kriterji tal-punt 1.9, it-twissijiet li ġejjin:

Il-frażijiet tas-sigurtà S2 u S16 stabbiliti fl-Anness IV mad-Direttiva 67/548/KEE;

‘tisprejjax fuq fjamma mikxufa jew materjal inkandexxenti’.”

(g)

Il-punt 2.4 li ġej huwa mdaħħal:

“2.4.   Volum tal-fażi likwida

Il-volum tal-fażi likwida f’50 °C ma tridx taqbeż 90 % tal-kapaċità netta.”

(h)

Il-Punt 3.1.2. huwa mibdul b'li ġej:

“3.1.2.   Mili

F’50 °C, il-pressa tad-dispensur ta’ l-ajrusol ma tridx taqbeż it-12-il bar.

Madankollu, jekk l-ajrusol ma fihx gass jew taħlita ta’ gassijiet li għandhom firxa fjammabbli ma’ l-arja f’20 °C u pressjoni standard ta’ 1,013 bar, il-pressa massima permessibbli f’50 °C hija 13,2 bar.”

(i)

Il-punti 3.1.3, 4.1.5, u 4.2.4 huma mħassra.

(j)

Il-Punt 6.1.4. huwa mibdul b'li ġej:

“6.1.4.   Spezzjoni finali tad-dispensuri ta’ l-ajrusol mimlija

6.1.4.1.   Id-dispensuri ta' l-ajrusols għandhom jiġu soġġetti għal wieħed mill-metodi ta' ttestjar li ġejjin.

(a)   Test ġo banju ilma jaħraq

Kull dispensur ta’ l-ajrusol mimli għandu jingħaddas ġo banju ilma jaħraq.

(i)

It-temperatura ta’ l-ilma tal-banju u d-dewmien tat-test għandhom ikunu tali li l-pressa interna tilħaq dik li ssir mill-kontenut tiegħu f’temperatura uniformi ta’ 50 °C.

(ii)

Kull dispensur ta’ l-ajrusol li juri ħsara permanenti viżibbli jew ikun hemm ħruġ minnu jrid jiġi rifjutat.

(b)   Metodi ta' ttestjar finali tas-sħana

Metodi oħra sabiex jissaħħan il-kontenut tad-dispensuri ta’ l-ajrusol jistgħu jintużaw jekk jiggarantixxu li l-pressjoni u t-temperatura f’kull dispensur ta’ l-ajrusol mimli jilħqu l-valuri meħtieġa għat-test tal-banju bl-ilma jaħraq u bihom jinstabu l-ħsarat u l-ħruġ bl-istess preċiżjoni bħal fil-każ tat-test ta' l-ilma jaħraq.

(ċ)   Metodi ta' ttestjar finali tal-kesħa

Metodu alternattiv ta’ ttestjar finali tal-kesħa jista’ jiġi użat jekk huwa skond id-dispożizzjonijiet ta’ metodu alternattiv għat-test ta’ banju ta’ ilma jaħraq għad-dispensur ta’ l-ajrusol speċifikat fil-punt 6.2.4.3.2.2 ta’ l-Anness A għad-Direttiva 94/55/KE.

6.1.4.2.   Għal dispensuri ta’ l-ajrusol li l-kontenut tagħhom ikollu trasformazzjoni fiżika jew kimika li tibdel il-karatteristiċi tal-pressa wara li jimtlew u qabel jintużaw l-ewwel darba, il-metodi ta’ ttestjar finali tal-kesħa skond il-punt 6.1.4.1(ċ) għandhom jiġu applikati.

6.1.4.3.   F’każ ta’ metodi ta’ ttestjar skond il-punti 6.1.4.1 (b) u 6.1.4.1 (ċ):

(a)

Il-metodu ta' ttestjar irid ikun approvat minn awtorità kompetenti.

(b)

Il-persuna responsabbli għall-immarkitjar tad-dispensuri ta’ l-ajrusols trid tissottometti applikazzjoni għall-approvazzjoni lill-awtorità kompetenti. L-applikazzjoni trid tiġi akkumpanjata bil-fajl tekniku li jiddeskrivi l-metodu.

(ċ)

Il-persuna responsabbli għall-immarkitjar tad-dispensuri ta’ l-ajrusols trid, għal skopijiet ta’ sorveljanza, iżżomm l-approvazzjoni ta’ l-awtorità kompetenti, il-fajl tekniku li jiddeskrivi l-metodu u, jekk applikabbli, ir-rapporti ta’ kontroll disponibbli fl-indirizz speċifikat fuq it-tikketta skond il-punt (a) ta’ l-Artikolu 8(1).

(d)

Il-fajl tekniku jrid jiġi stabbilit b’lingwa uffiċjali tal-Komunità jew kopja ċertifikata tiegħu trid tkun disponibbli.

(e)

‘awtorità kompetenti’ tfisser l-awtorità maħtura f’kull Stat Membru skond id-Direttiva 94/55/KE.”

(k)

Il-punt 6.3 li ġej huwa mdaħħal:

“6.3.   Testijiet fuq il-fjammabbiltà ta’ l-ajrusols

6.3.1.   It-test tad-distanza li fiha jaqbdu għal ajrusols sprej

6.3.1.1.   Introduzzjoni

6.3.1.1.1.

Dan l-istandard tat-test jiddeskrivi l-metodu biex tiġi determinata d-distanza tat-tqabbid għal sprej ajrusol sabiex jiġi evalwat ir-riskju assoċjat ta’ nar. L-ajrusol huwa sprejjat fid-direzzjoni ta’ sors li jqabbad f’intervalli ta’ 15ċm biex jiġi osservat jekk jaqbadx u l-kombustjoni sostnuta ta' l-isprej. Il-qbid u kombustjoni sostnuta hija definita meta fjamma stabbli tinżamm għal 5 s mill-anqas. Is-sors tat-tqabbid huwa definit bħala burner tal-gass bi fjamma blu mhux luminuża għolja 4-5 ċm.

6.3.1.1.2.

Dan it-test japplika għal prodotti ta’ l-ajrusol b’distanza ta’ sprej ta’ 15 ċm jew aktar. Prodotti ta’ l-ajrusol b’distanza ta' sprej ta’ anqas minn 15 ċm bħal fowmijiet, ‘mousses’, ġellijiet u għaġniet jew li huma ffittjati b’metering valve, huma esklużi minn dan it-test. Prodotti ta’ l-ajrusol li jiddispensaw fowmijiet, mousses, ġellijiet u għaġniet huma suġġetti għal testjar taħt it-test tal-fjammabbiltà tal-fowm.

6.3.1.2.   Apparat u materjal

6.3.1.2.1.

L-apparat li ġej huwa meħtieġ:

Ilma tal-banju li jinżamm f'20 °C

preċiż sa ± 1 °C

Miżien tal-laboratorju kalibrat

preċiż sa ± 0,1 g

Kronometru (stopwatch)

preċiż sa ± 0,2 s

Miżien gradwat, appoġġ u morsa

gradwazzjonijiet f’ċm

Burner tal-gass bl-appoġġ u bil-morsa

 

Termometru

preċiż sa ± 1 °C

Igrometru

preċiż sa ± 5 %

Arloġġ tal-pressjoni

preċiż sa ± 0,1 bar

6.3.1.3.   Proċedura

6.3.1.3.1.   Kundizzjonijiet ġenerali

6.3.1.3.1.1.

Qabel l-ittestar, kull dispensur ta’ l-ajrusol għandu jkun kundizzjonat u imbagħad imħejji billi jitbattal għal madwar sekonda. L-għan ta’ din l-azzjoni huwa li jitneħħa l-materjal li m'huwiex omoġenju mit-tubu.

6.3.1.3.1.2.

L-istruzzjonijiet għall-użu għandhom jiġu segwiti b'mod strett, inkluż jekk id-dispensur huwiex intenzjonat li jiġi użat f'pożizzjoni wieqfa jew rasu 'l isfel. Meta jkun meħtieġ li jitħawwad, ħawdu immedjatament qabel l-ittestjar.

6.3.1.3.1.3.

It-test għandu jitwettaq f'ambjent mingħajr żiffa iżda fejn hemm ventilazzjoni, b'temperatura kontrollata ta' 20 °C ± 5 °C u umdità relattiva fil-firxa ta' 30 – 80 %.

6.3.1.3.1.4.

Kull dispensur ta’ l-ajrusol għandu jiġi ttestjat:

(a)

meta mimli skond il-proċedura sħiħa, bil-burner tal-gass fil-firxa ta' distanza ta' 15 - 90 cm mill-azzjonatur tal-bott ta' l-ajrusol;

(b)

meta jkun nominalment mimli 10 – 12 % (% bil-massa) test wieħed biss, f'distanza ta' 15 ċm mill-azzjonatur meta l-isprej minn bott mimli ma jkunx qabad jew bid-distanza tat-tqabbid ta' l-isprej ta' bott mimli u 15 ċm.

6.3.1.3.1.5.

Matul it-test, il-bott għandu jkun pożizzjonat kif indikat fl-istruzzjonijiet tat-tabella. Is-sors tat-tqabbid għandu jkun pożizzjonat skond dan.

6.3.1.3.1.6.

Il-proċedura li ġejja teħtieġ ittestjar ta' l-isprej f'intervalli ta' 15ċm bejn il-fjamma u l-azzjonatur ta' l-isprej, fil-firxa ta' 15-90 ċm. Huwa effiċjenti li l-bidu jkun minn distanza ta' 60 ċm bejn il-fjamma u l-azzjonatur ta' l-ajrusol. Id-distanza bejn il-fjamma tal-burner u l-azzjonatur ta' l-ajrusol għandha tiżdied bi 15 ċm fil-każ ta' tqabbid ta' l-isprej f'distanza ta' 60 ċm. Id-distanza għandha titnaqqas bi 15 ċm fil-każ ta' ebda nar f'distanza ta' 60 ċm bejn il-fjamma u l-azzjonatur ta' l-ajrusol. L-għan tal-proċedura huwa li tiġi determinata d-distanza massima bejn l-azzjonatur ta' l-ajrusol u l-fjamma tal-burner li twassal għal kombustjoni sostnuta ta' l-isprej jew biex jiġi determinat li t-tqabbid ma seħħx f'distanza ta' 15 ċm bejn il-fjamma u l-azzjonatur ta' l-ajrusol.

6.3.1.3.2.   Proċedura tat-test

(a)

Minimu ta' 3 dispensuri ta' l-ajrusols għal kull prodott għandhom ikunu kundizzjonati għal 20 °C ± 1 °C b'għall-anqas 95 % tad-dispensur mgħarraq fl-ilma għal mill-anqas 30 min qabel kull test (jekk l-ajrusol jiġi mgħarraq kollu, 30 min ta' kundizzjonar huma biżżejjed);

(b)

Ikkonforma mal-kundizzjonijiet ġenerali. Irrekordja t-temperatura u l-umdità relattiva ta' l-ambjent;

(ċ)

Iżen id-dispensur ta' l-ajrusol u nnota l-massa tiegħu;

(d)

Iddetermina l-pressa interna u r-rata inizjali tat-tbattil f'20 °C ± 1 °C (biex telimina dispensuri bil-ħsara jew li huma mimlija parzjalment);

(e)

Poġġi il-burner tal-gass fuq wiċċ ċatt orizzontali jew waħħal il-burner permezz ta' morsa;

(f)

Ixgħel il-burner tal-gass; il-fjamma m'għandhiex tkun luminuża u madwar 4-5 ċm għolja;

(g)

Qiegħed l-orifiċju tal-ħruġ ta' l-azzjonatur fid-distanza meħtieġa mill-fjamma. L-ajrusol għandu jkun ittestjar fil-pożizzjoni maħtura li jiġi użat, eż. wieqaf jew rasu 'l isfel;

(h)

Qiegħed l-orifiċju ta' l-azzjonatur u l-fjamma fl-istess livell, u żgura li l-orifiċju huwa dirett lejn u allinjat mal-fjamma (ara Figura 6.3.1.1). L-isprej għandu joħroġ fuq il-parti ta' fuq tal-fjamma;

Figura 6.3.1.1

Image

(i)

Ikkonforma mal-kundizzjonijiet ġenerali rigward l-ixxejkjar tad-dispensur;

(j)

Agħfas il-valv tad-dispensur ta' l-ajrusol, biex il-kontenut idum ħiereġ għal 5s, sakemm ma jaqbadx. Jekk jaqbad, kompli agħfas u ħu nota ta' kemm iddum il-fjamma għal 5 s, mill-bidu ta' meta jibda jaqbad;

(k)

Innota r-riżultati tat-tqabbid għad-distanza bejn il-burner tal-gass u d-dispensur ta' l-ajrusol fit-tabella provduta;

(l)

Jekk ma jkunx hemm tqabbid matul pass (j), l-ajrusol għandu jiġi ttestjat f'orjentazzjonijiet alternattivi, eż. rasu l'isfel għal prodotti li għandhom jiġu użati wieqfa, biex tiċċekkja jekk jaqbadx;

(m)

Irrepeti passi (g) sa (l) darbtejn oħra (total ta' 3) għall-istess bott bl-istess distanza bejn il-burner tal-gass u l-azzjonatur ta' l-ajrusol;

(n)

Irrepeti l-proċedura tat-test għal żewġ bottijiet oħra ta' l-ajruol ta' l-istess prodott bl-istess distanza bejn il-burner tal-gass u l-azzjonatur ta' l-ajrusol;

(o)

Irrepeti passi (g) sa (n) tal-proċedura tat-test f'distanza bejn 15 u 90 ċm bejn l-azzjonatur tal-bott ta' l-ajrusol u l-fjamma tal-burner li jiddependi fuq ir-riżultat ta' kull test (ara wkoll 6.3.1.3.1.4 u 6.3.1.3.1.5);

(p)

Jekk jaqbad f'15 ċm, il-proċedura tispiċċa għal bottijiet li kienu mimlija fil-bidu. Il-proċedura tispiċċa wkoll meta jaqbad u jkun hemm kombustjoni sostnuta f'distanza ta' 90 ċm. Jekk it-tqabbid ma jinkisibx f'distanza ta' 15ċm, niżżel li t-tqabbid ma seħħx. Id-distanza massima bejn il-fjamma tal-burner u l-azzjonatur ta' l-ajrusol li għalih ġie osservat tqabbid u kombustjoni sostnuta huwa nnutat bħala ‘d-distanza ta' tqabbid’, fiċ-ċirkostanzi l-oħra kollha;

(q)

Test wieħed għandu jsir ukoll fuq 3 bottijiet mimlija bil-livell nominali ta' 10-12 %. Dawn il-bottijiet għandhom jiġu ttestjati bejn l-azzjonatur ta' l-ajrusol u l-fjamma tal-burner ta' ‘distanza ta' tqabbid minn fjamma ta' bottijiet mimlija + 15 ċm’;

(r)

Battal il-bott ta' l-ajrusol sa livell ta' mili nominali ta' 10-12 % (bil-massa) f'waqtiet ta' 30s massimu. Osserva minimu ta' perjodu ta' ħin ta' 300s bejn sprejjatura u oħra. Matul dan il-perjodu interim id-dispensuri għandhom jitqiegħda ġol-banju bl-ilma għall-ikkondizzjonar;

(s)

Irrepeti passi (g) sa (n) għal bottijiet ta' l-ajrusol mimlija nominalment 10-12 %, waqt li tħalli barra passi (l) u (m). Dan it-test għandu jitwettaq biss bl-ajrusol f'pożizzjoni waħda, eż wieqaf jew rasu 'l isfel, li jikkorrispondi ma' dik li pproduċiet it-tqabbid (jekk kien hemm) għal bottijiet mimlija;

(t)

Irrekordja r-riżultati kollha fit-Tabella 6.3.1.1 kif muri hawn taħt.

6.3.1.3.2.1.   L-esperimenti kollha għandhom jitwettqu taħt kappa tad-dħaħen f'kamra ventilata tajjeb. Il-ventilazzjoni tal-kappa tad-dħaħen u tal-kamra jridu jinxtegħlu għall-anqas għal 3 min wara kull test. Ħu l-prekawzjonijiet kollha meħtieġa biex tevita li tibla' bin-nifs il-prodotti tal-kombustjoni.

6.3.1.3.2.2.   Il-bottijiet b'livell ta' mili nominali ta' 10-12 % għandhom jiġu ttestjati darba biss. It-tabelli tar-riżultati jeħtieġu riżultat wieħed biss għal kull bott indikat.

6.3.1.3.2.3.   Meta t-test fil-pożizzjoni li fiha d-dispensur huwa mfassal biex jiġi użat tati riżultat negattiv, it-test għandu jiġi ripetut fil-pożizzjoni tad-dispensur li x'aktarx tirriżulta f'riżultat pożittiv.

6.3.1.4.   Metodu ta' evalwazzjoni tar-riżultati

6.3.1.4.1.   Ir-riżultati kollha għandhom jiġu rreġistrati. It-Tabella 6.3.1.1 t'hawn taħt turi l-mudell għat-‘tabella tar-riżultati’ li għandha tintuża.

Tabella 6.3.1.1

Data

Temperatura … °C

Umdità relattiva … %

L-isem tal-prodott

 

Volum nett

 

Bott 1

Bott 2

Bott 3

Livell ta' mili fil-bidu

 

%

%

%

Distanza tad-dispensur

Test

1

2

3

1

2

3

1

2

3

15 ċm

Qabad?

IVA jew LE

 

 

 

30 ċm

Qabad?

IVA jew LE

 

 

 

45 ċm

Qabad?

IVA jew LE

 

 

 

60 ċm

Qabad?

IVA jew LE

 

 

 

75 ċm

Qabad?

IVA jew LE

 

 

 

90 ċm

Qabad?

IVA jew LE

 

 

 

Osservazzjonijiet – inkluż il-pożizzjoni tal-bott

 

 

 

 

6.3.2.   Test ta' tqabbid fi spazju magħluq

6.3.2.1.   Introduzzjoni

Dan l-istandard tat-test jiddeskrivi l-metodi għall-valutazzjoni tal-fjammabbiltà ta' prodotti li joħorġu minn dispensuri ta' l-ajrusol minħabba l-propensità biex jaqbdu fi spazju magħluq. Il-kontenut tad-dispensur ta' l-ajrusol jiġu sprejjati f'kontenitur ċilindriku li jkun fih xemgħa taqbad. Jekk jaqbad, il-ħin u l-ammont li ħareġ għandhom jiġu rreġistrati.

6.3.2.2.   Apparat u materjal

6.3.2.2.1.   L-apparat li ġej huwa meħtieġ:

Kronometru (stopwatch)

preċiż sa ± 0,2 s

Banju bl-ilma ji jinżamm f'20 °C

preċiż sa ± 1 °C

Miżien tal-laboratorju kalibrat

preċiż sa ± 0,1 g

Termometru

preċiż sa ± 1 °C

Igrometru

preċiż sa ± 5 %

Arloġġ tal-pressjoni

preċiż sa ± 0,1 bar

Kontenitur ċilindriku għall-ittestjar

kif deskritt hawn taħt

6.3.2.2.2.   Tħejjija ta' l-apparat għat-test.

6.3.2.2.2.1.   Kontenitur ċilindriku b'volum ta' madwar 200 dm3, b'dijametru ta' madwar 600mm u twil madwar 720mm u miftuħ minn naħa waħda għandu jiġi modifikat kif ġej:

(a)

Sistema ta' għeluq li tikkonsisti minn għatu biċ-ċappetti għandha titqiegħed fin-naħa l-miftuħa; jew

(b)

Film tal-plastik oħxon 0.01 sa 0.02mm jista' jintuża bħala sistema ta' għeluq. Jekk it-test jitwettaq b'film tal-plastik dan irid jiġi użat kif deskritt hawn taħt: Ġebbed il-film tul il-parti l-miftuħa taċ-ċilindru u żommu f'postu b'lastku. Is-saħħa tal-lastku għandha tkun tali li meta titqiegħed madwar iċ-ċilindru li jkun imserraħ fuq il-ġenb, din tiġġebbed biss 25mm meta piż ta' .45kg jitqiegħed fl-aktar punt baxx. Aqta' xaqq ta' 25mm fil-film, billi tibda 50mm mit-tarf taċ-ċilindru. Kun ċert li l-film huwa stirat;

(ċ)

Fin-naħa l-oħra taċ-ċilindru taqqab toqba b'dijametru ta' 50mm, 100mm mit-tarf, b'tali mod li l-orifiċju jkun fuq nett meta r-reċipjent jitqiegħed mindud u lest għat-test (Figra 6.3.2.1.)

Figura 6.3.2.1

Image

(d)

Qiegħed xemgħa tal-pitrolju bix-xemgħa b'dijametru 20 sa 40 mm u twila 100mm fuq appoġġ tal-metall 200 x 200 mm. Ix-xemgħa għandha tiġi sostitwita meta jkollha għoli ta' anqas minn 80 mm. Il-fjamma tax-xemgħa hija protetta mill-azzjoni ta' l-isprej b'diflettur wiesa' 150 mm u għoli 200 mm. Dan il-qies jinkludi l-biċċa angolata 45° magħmula 150 mm mill-bażi tad-diflettur (Figura 6.3.2.2.);

Figura 6.3.2.2

Image

(e)

Ix-xemgħa mqiegħda fuq appoġġ tal-metall tista' titqiegħed fin-nofs bejn iż-żewġ naħat taċ-ċilindru (Figura 6.3.2.3);

Figura 6.3.2.3

Image

(f)

Iċ-ċilindru jitqiegħed fl-art jew fuq appoġġ fejn it-temperatura hija madwar 15 °C u 25 °C. Il-prodott li jiġi ttestjat jiġi sprejjat fiċ-ċilindru ta' madwar 200 dm3 fejn ikun hemm sors ta' nar.

6.3.2.2.2.2.   Ġeneralment, il-prodott iħalli l-ajrusol f'angolu ta' 90° ma' l-assi vertikali tal-bott. It-tfassil ta' l-apparat u l-proċedura deskritta jirreferu għal dan it-tip ta' prodott ta' l-ajrusol. Fil-każ ta' ajrusol li jitħaddmu b'mod mhux tas-soltu (eż. dispensuri ta' l-ajrusols li jisprejjaw vertikalment) ikun meħtieġ li jiġu rreġistrati t-tibdiliet lit-tagħmir u l-proċeduri skond il-prattiċi tajba tal-laboratorju, bħal ISO/IEC 17025:1999 Kundizzjonijiet ġenerali għall-kompetenza tal-laboratorji ta' l-ittestjar u l-kalibrazzjoni.

6.3.2.3.   Proċedura

6.3.2.3.1.   Kundizzjonijiet ġenerali

6.3.2.3.1.1.

Qabel l-ittestjar, kull dispensur ta' l-ajrusol għandu jiġi kkundizzjonat u imbagħad sprejjat għal madwar sekonda. L-iskop ta' din l-azzjoni huwa li jitneħħa materjal mhux omoġenju mill-ponta tat-tubu.

6.3.2.3.1.2.

L-istruzzjonijiet għall-użu għandhom jiġu segwiti b'mod strett, inkluż jekk id-dispensur huwiex intenzjonat li jiġi użat f'pożizzjoni wieqfa jew rasu 'l isfel. Meta jkun meħtieġ li jitħawwad, ħawdu immedjatament qabel l-ittestjar.

6.3.2.3.1.3.

It-test għandu jitwettaq f'ambjent mingħajr żiffa iżda fejn hemm ventilazzjoni, b'temperatura kontrollata ta' 20 °C ± 5 °C u umdità relattiva fil-firxa ta' 30 – 80 %.

6.3.2.3.2.   Proċedura tat-test

(a)

Minimu ta' 3 dispensuri ta' l-ajrusols għal kull prodott għandhom ikunu kundizzjonati għal 20 °C ± 1 °C b'għall-anqas 95 % tad-dispensur mgħarraq fl-ilma għal mill-anqas 30 min (jekk l-ajrusol jiġi mgħarraq kollu, 30 min ta' kundizzjonar huma biżżejjed);

(b)

Kejjel jew ikkalkola l-volum propja taċ-ċilindru f'dm3;

(ċ)

Ikkonforma mal-kundizzjonijiet ġenerali. Irrekordja t-temperatura u l-umdità relattiva ta' l-ambjent;

(d)

Iddetermina l-pressa interna u r-rata inizjali tat-tbattil f'20 °C ± 1 °C (biex telimina dispensuri bil-ħsara jew li huma mimlija parzjalment);

(e)

Iżen wieħed mid-dispensuri ta' l-ajrusol u nnota l-massa tiegħu;

(f)

Ixgħel ix-xemgħa u applika s-sistema ta' l-għeluq (l-għatu jew il-film tal-plastik);

(g)

Qiegħed l-azzjonatur ta' l-orifiċju tad-dispensur ta' l-ajrusol 35 mm jew eqreb għal sprejjatura wiesgħa tal-prodott, miċ-ċentru tat-toqba tad-dħul taċ-ċilindru. Ixgħol il-kronometru (stopwatch) u segwi l-istruzzjonijiet għall-użu tal-prodott; idderieġi l-isprej lejn iċ-ċentru ta' l-estremità tan-naħa l-oħra (għatu jew film tal-plastik). L-ajrusol għandu jkun ittestjat fil-pożizzjoni maħtura li jiġi użat, eż. wieqaf jew rasu ’l isfel;

(h)

Sprejja sakemm jaqbad. Waqqaf il-kronometru u nnota l-ħin li għadda. Iżen mill-ġdid id-dispensur ta' l-ajrusol u nnota l-massa tiegħu;

(i)

Ħalli l-arja ġdida tidħol u naddaf iċ-ċilindru billi tneħħi r-residwi kollha li jistgħu jaffettwaw it-testijiet sussegwenti. Ħalli ċ-ċilindru jiksaħ jekk ikun hemm bżonn;

(j)

Irrepeti l-passi tal-proċedura tat-test (d) sa (i) għal żewġ dispensuri ta' l-ajrusols oħra ta' l-istess prodott (3 b'kollox, nota: kull dispensur jiġi ttestjat darba);

6.3.2.4.   Metodu ta' evalwazzjoni tar-riżultati

6.3.2.4.1.   Rapport tat-test li jkun fih l-informazzjoni li ġejja għandu jitfassal:

(a)

Il-prodott ittestjat u r-referenzi tiegħu;

(b)

Il-pressa interna u r-rata ta' ħruġ tad-dispensur ta' l-ajrusol;

(ċ)

It-temperatura u l-umdità relattiva ta' l-arja tal-kamra;

(d)

Għal kull test, il-ħin(ijiet) tal-ħruġ meħtieġa biex jaqbad (jekk il-prodott ma jaqbadx, iddikjara dan);

(e)

Il-massa tal-prodott sprejjat matul kull test (fi grammi);

(f)

Il-volum propja taċ-ċilindru (f'dm3).

6.3.2.4.2.   Il-ħin ekwivalenti (teq) meħtieġ biex ikun hemm tqabbid f'metru kubu wieħed, jista' jiġi kkalkulat kif ġej:

Formula

6.3.2.4.3.   Id-densità tad-deflagrazzjoni (Ddef) meħtieġa biex jinkiseb tqabbid matul it-test tista' tiġi kkalkulata wkoll bil-mod li ġej:

Formula

6.3.3.   Test tal-fjammabbiltà tal-fowm ta' ajrusol

6.3.3.1.   Introduzzjoni

6.3.3.1.1.   Dan l-istandard tat-test jiddeskrivi l-metodu biex tiġi determinata l-fjammabbiltà ta' sprej ta' l-ajrusol li joħroġ fil-forma ta' fowm, mousse, ġell jew għaġina. Ajrusol li minnu joħroġ fowm, mousse, ġell jew għaġina sprejjat (madwar 5 g) fuq ħgieġa u sors ta' tqabbid (xemgħa, niċċa, suffarina jew lighter) jitqiegħed fuq il-bażi tal-ħġieġa biex jiġi osservat jekk jaqbadx jew ikunx hemm kombustjoni sostnuta tal-fowm, mousse, ġell jew għaġina. It-tqabbid huwa definit bħala li tinżamm fjamma stabbli għal mill-anqas 2 s u minimu ta' 4 ċm għolja.

6.3.3.2.   Apparat u materjal

6.3.3.2.1.   L-apparat li ġej huwa meħtieġ:

Miżien gradwat, appoġġ u morsa

gradwazzjonijiet f’ċm

Ħġieġa reżistenti għan-nar b'dijametru ta' madwar 150mm

 

Kronometru (stopwatch)

preċiż sa ± 0,2 s

Xemgħa, niċċa, suffarina jew lighter

 

Miżien tal-laboratorju kalibrat

preċiż sa ± 0,1 g

Ilma tal-banju li jinżamm f'20 °C

preċiż sa ± 1 °C

Termometru

preċiż sa ± 1 °C

Igrometru

preċiż sa ± 5 %

Arloġġ tal-pressjoni

preċiż sa ± 0,1 bar

6.3.3.2.2.   Il-ħġieġa titqiegħed fuq wiċċ li ma jaqbadx f'żona fejn m'hemmx żiffa u li tista' tiġi ventilata wara kull test. Il-miżien gradwat jiġi mqiegħed eżattament wara l-ħġieġa u jinżamm vertikali permezz ta' appoġġ u morsa.

6.3.3.2.3.   Il-miżien jitqiegħed b'tali mod li l-oriġini tiegħu tkun f'livell mal-bażi tal-ħġieġa fuq medda orizzontali.

6.3.3.3.   Proċedura

6.3.3.3.1.   Kundizzjonijiet ġenerali

6.3.3.3.1.1.

Qabel l-ittestjar, kull dispensur ta' l-ajrusol għandu jiġi kkundizzjonat u imbagħad sprejjat għal madwar sekonda. L-iskop ta' din l-azzjoni huwa li jitneħħa materjal mhux omoġenju mill-ponta tat-tubu.

6.3.3.3.1.2.

L-istruzzjonijiet għall-użu għandhom jiġu segwiti b'mod strett, inkluż jekk id-dispensur huwiex intenzjonat li jiġi użat f'pożizzjoni wieqfa jew rasu 'l isfel. Meta jkun meħtieġ li jitħawwad, ħawdu immedjatament qabel l-ittestjar.

6.3.3.3.1.3.

It-test għandu jitwettaq f'ambjent mingħajr żiffa iżda fejn hemm ventilazzjoni, b'temperatura kontrollata ta' 20 °C ± 5 °C u umdità relattiva fil-firxa ta' 30 – 80 %.

6.3.3.3.2.   Proċedura tat-test

(a)

Minimu ta' erba' dispensuri ta' l-ajrusols għal kull prodott għandhom ikunu kundizzjonati għal 20 °C ± 1 °C b'għall-anqas 95 % tad-dispensur mgħarraq fl-ilma għal mill-anqas 30min qabel kull test (jekk l-ajrusol jiġi mgħarraq kollu, 30 min ta' kundizzjonar huma biżżejjed);

(b)

Ikkonforma mal-kundizzjonijiet ġenerali. Irrekordja t-temperatura u l-umdità relattiva ta' l-ambjent;

(ċ)

Iddetermina l-pressa interna f'20 °C ± 1 °C (biex telimina dispensuri bil-ħsara jew li huma mimlija parzjalment);

(d)

Kejjel l-ammont li ħareġ jew ir-rata tal-fluss tal-prodott ta' l-ajrusol eżaminat, sabiex l-ammont tal-prodott li ħareġ ikun jista' jiġi mkejjel b'mod preċiż;

(e)

Iżen wieħed mid-dispensuri ta' l-ajrusol u nnota l-massa tiegħu;

(f)

Fuq il-bażi ta' l-ammont li ħareġ li ġie mkejjel jew ir-rata tal-fluss u wara li ssegwi l-istruzzjonijiet tal-manifatturi, ħalli madwar 5 g tal-prodott fiċ-ċentru tal-ħġieġa nadifa bil-għan li tipproduċi ballun mhux aktar għoli minn 25mm;

(g)

Fi żmien 5s milli joħroġ il-materjal, applika s-sors ta' tqabbid mat-tarf tal-kampjun fil-bażi tiegħu u fl-istess ħin ixgħel il-kronometru (stopwatch). Jekk ikun meħtieġ, is-sors tan-nar għandu jitneħħa mit-tarf tal-kampjun wara żewġ sekondi, sabiex tosserva b'mod ċar jekk ikunx qabad. Jekk ma jkunx jidher li qabad, is-sors tan-nar għandu jiġi applikat mill-ġdid mat-tarf tal-kampjun;

(h)

Jekk jaqbad innota l-punti li ġejjin:

(i)

L-għoli massimu tal-fjamma f'ċm fuq il-bażi tal-ħġieġa;

(ii)

Kemm iddum il-fjamma f's;

(iii)

Nixxef u iżen mill-ġdid id-dispensur ta' l-ajrusol u kkalkula l-piż tal-prodott rilaxxat;

(i)

Ivventila ż-żona tat-test immedjatament wara kull test;

(j)

Jekk ma jaqbadx u l-prodott li joħroġ jibqa' fil-forma ta' fowm jew għaġina matul il-perjodu ta' l-użu, passi (e) sa (i) għandhom jiġu ripetuti. Ħalli l-prodott joqgħod għal 30 sek, 1 min, 2 min jew 4 min, qabel ma tapplika s-sors tan-nar;

(k)

Irrepeti l-passi tal-proċedura tat-test (e) sa (j) darbtejn oħra (total ta' 3) għall-istess bott;

(l)

Irrepeti l-passi tal-proċedura tat-test (e) sa (k) għal żewġ bottijiet oħra ta' l-ajrusol (total ta' 3 bottijiet) għall-istess prodott.

6.3.3.4.   Metodu ta' evalwazzjoni tar-riżultati

6.3.3.4.1.   Rapport tat-test li jkun fih l-informazzjoni li ġejja għandu jitfassal:

(a)

jekk il-prodott jixgħelx;

(b)

l-għoli massimu tal-fjamma f'ċm;

(ċ)

dewmien tal-fjamma f's;

(d)

il-piż tal-prodott ittestjat.”


Top