Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008D0782

2008/782/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas- 7 ta' Ottubru 2008 li tikkoreġi d-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/5/KE li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE biex tinkludi captan, folpet, formetanate u methiocarb bħala sustanzi attivi (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 5583) Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU L 268, 9.10.2008, p. 31–31 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 13/06/2011

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/782/oj

9.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 268/31


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-7 ta' Ottubru 2008

li tikkoreġi d-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/5/KE li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE biex tinkludi captan, folpet, formetanate u methiocarb bħala sustanzi attivi

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 5583)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2008/782/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (1), u b’mod partikolari t-tieni inċiż tat-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 6(1) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/5/KE (2) fiha żball li jrid jiġi kkoreġut, jiġifieri l-valur tal-livell massimu ta' impurità ta' captan fl-Anness tagħha.

(2)

Jeħtieġ li l-korrezzjoni tibda sseħħ mid-data tad-dħul fis-seħħ tad-Direttiva 2007/5/KE. Dan l-effett retroattiv ma jfixkel id-drittijiet tal-ebda individwi.

(3)

Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Direttiva 2007/5/KE fil-kolonna “Purità” tar-ringiela 151 li tikkonċerna l-captan, it-tielet inċiż “Carbon tetrachloride mhux aktar minn 0,01 g/kg” jinbidel b' “Carbon tetrachloride mhux aktar minn 0,1 g/kg”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta' Ottubru 2007.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 7 ta’ Ottubru 2008.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.

(2)   ĠU L 35, 8.2.2007, p. 11.


Top