Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008D0322

    2008/322/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 18 ta' April 2008 li testendi l-validità tad-Deċiżjoni 2006/502/KE li teħtieġ li l-Istati Membri jieħdu miżuri biex jiżguraw li fis-suq jitqiegħdu biss lajters li huma reżistenti għat-tfal u li jipprojbixxu t-tqegħid fis-suq ta' lajters innovattivi (novelty lighters) (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 1442) Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 109, 19.4.2008, p. 40–40 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 11/05/2017

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/322/oj

    19.4.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 109/40


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tat-18 ta' April 2008

    li testendi l-validità tad-Deċiżjoni 2006/502/KE li teħtieġ li l-Istati Membri jieħdu miżuri biex jiżguraw li fis-suq jitqiegħdu biss lajters li huma reżistenti għat-tfal u li jipprojbixxu t-tqegħid fis-suq ta' lajters innovattivi (novelty lighters)

    (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 1442)

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    (2008/322/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' Diċembru 2001 dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 13 tagħha,

    Billi:

    (1)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/502/KE (2) teħtieġ li l-Istati Membri jieħdu miżuri biex jiżguraw li fis-suq jitqiegħdu biss lajters li huma reżistenti għat-tfal u li jipprojbixxu t-tqegħid fis-suq ta' lajters innovattivi.

    (2)

    Id-Deċiżjoni 2006/502/KE ġiet adottata skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2001/95/KE, li tillimita l-validità tad-Deċiżjoni għal perjodu li ma jaqbiżx sena, iżda tippermetti li tiġi kkonfermata għal perjodi addizzjonali li l-ebda wieħed minnhom ma għandu jaqbeż sena.

    (3)

    Id-Deċiżjoni 2006/502/KE ġiet emendata bid-Deċiżjoni 2007/231/KE li għall-ewwel darba estendiet il-validità tad-Deċiżjoni għal sena oħra sal-11 ta’ Mejju 2008.

    (4)

    Fid-dawl ta' l-esperjenza miksuba s'issa u tal-progress li sar biex tinstab soluzzjoni alternattiva fir-rigward tas-sikurezza tal-lajters għat-tfal, jeħtieġ li tiġi estiża l-validità tad-Deċiżjoni għal 12-il xahar ieħor.

    (5)

    Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bid-Direttiva 2001/95/KE,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Fid-Deċiżjoni 2006/502/KE it-test ta' l-Artikolu 6, il-paragrafu 2, qed jinbidel b'dan li ġej: “Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-11 ta’ Mejju 2009.”

    Artikolu 2

    L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Deċiżjoni sa mhux aktar tard mill-11 ta' Mejju 2008 u għandhom jippubblikaw dawn il-miżuri. Huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar dan minnufih.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni hi indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussell, 18 ta’ April 2008.

    Għall-Kummissjoni

    Meglena KUNEVA

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 11, 15.1.2002, p. 4.

    (2)  ĠU L 198, 20.7.2006, p. 41. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċizjoni 2007/231/KE (ĠU L 99, 14.4.2007, p. 16).


    Top