Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008D0308

    2008/308/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tas- 7 ta’ April 2008 li taħtar żewġ membri u żewġ membri supplenti Awstrijaċi tal-Kumitat tar-Reġjuni

    ĠU L 107, 17.4.2008, p. 28–28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 25/01/2010

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/308/oj

    17.4.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 107/28


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    tas-7 ta’ April 2008

    li taħtar żewġ membri u żewġ membri supplenti Awstrijaċi tal-Kumitat tar-Reġjuni

    (2008/308/KE)

    IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 263 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Awstrijak,

    Billi:

    (1)

    Fl-24 ta’ Jannar 2006, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2006/116/KE li taħtar il-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2006 sal-25 ta’ Jannar 2010 (1).

    (2)

    Post ta’ membru sar battal wara r-riżenja tas-Sur LINHART. Post ta’ membru ieħor sar battal wara l-mewt tas-Sur ZIMPER. Żewġ postijiet ta’ membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni saru battala wara r-riżenji tas-Sur MÖDLHAMMER u tas-Sur VÖGERLE.

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Huma b’dan maħturin fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat, jiġifieri sal-25 ta’ Jannar 2010:

    (a)

    bħala membri:

    is-Sinjura Marianne FÜGL, Vizebürgermeisterin, Marktgemeinde Traisen,

    is-Sur Erwin MOHR, Bürgermeister, Marktgemeinde Wolfurt,

    u

    (b)

    bħala membri supplenti:

    is-Sur Johannes PEINSTEINER, Bürgermeister, Marktgemeinde St. Wolfgang,

    is-Sur Dipl.-Ing. Markus LINHART, Bürgermeister der Stadt Bregenz.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol b’effett mid-data ta’ l-adozzjoni tagħha.

    Magħmula fil-Lussemburgu, 7 ta’ April 2008.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    R. ŽERJAV


    (1)  ĠU L 56, 25.2.2006, p. 75.


    Top