This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32008D0287
2008/287/EC: Commission Decision of 3 April 2008 on the financing of a working programme for 2008 on training tools in the field of food safety, animal health, animal welfare and plant health
2008/287/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 3 ta’ April 2008 dwar il-finanzjament ta’ programm ta’ ħidma għall-2008 dwar strumenti ta’ taħriġ fil-qasam tas-sikurezza ta’ l-ikel, is-saħħa ta’ l-annimali, il-benessri ta’ l-annimali u s-saħħa tal-pjanti
2008/287/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 3 ta’ April 2008 dwar il-finanzjament ta’ programm ta’ ħidma għall-2008 dwar strumenti ta’ taħriġ fil-qasam tas-sikurezza ta’ l-ikel, is-saħħa ta’ l-annimali, il-benessri ta’ l-annimali u s-saħħa tal-pjanti
ĠU L 93, 4.4.2008, pp. 25–27
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
4.4.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 93/25 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-3 ta’ April 2008
dwar il-finanzjament ta’ programm ta’ ħidma għall-2008 dwar strumenti ta’ taħriġ fil-qasam tas-sikurezza ta’ l-ikel, is-saħħa ta’ l-annimali, il-benessri ta’ l-annimali u s-saħħa tal-pjanti
(2008/287/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 75 tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tat-23 ta’ Diċembru 2002 li jistabbilixxi regoli dettaljati għat-twettiq tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 90 tiegħu,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta’ Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta’ organiżmi ta’ ħsara għall-pjanti jew għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (3) u b’mod partikolari l-Artikolu 2(1) tagħha,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill (KE) Nru 882/2004 tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifika tal-konformità mal-liġi ta’ l-għalf u l-ikel, u mar-regoli tas-saħħa ta’ l-annimali u l-benessri ta’ l-annimali (4), u b’mod partikolari, l-Artikoli 51 u 66 (1) b) u ċ) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skond l-Artikolu 75 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 u l-Artikolu 90 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002, l-impenn tan-nefqa għandu jsir wara deċiżjoni ta’ finanzjament li tistabbilixxi l-elementi essenzjali ta’ azzjoni li tinvolvi nefqa mill-baġit; |
|
(2) |
Huma previsti azzjonijiet differenti fil-qasam ta’ strumenti ta’ taħriġ f'bosta atti leġiżlattivi li jitrattaw is-sikurezza ta’ l-ikel, is-saħħa ta’ l-annimali, il-benessri ta’ l-annimali u s-saħħa tal-pjanti. Dawn l-azzjonijiet iridu jiġu ffinanzjati mill-baġit Komunitarju. Il-finanzjament ta’ azzjonijiet bħal dawn għandhom ikunu suġġetti għal deċiżjoni unika. |
IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:
Artikolu Uniku
Il-programm ta’ ħidma fl-Anness rigward il-finanzjament fl-2008 ta’ azzjonijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ strumenti ta’ taħriġ fil-qasam tas-sikurezza ta’ l-ikel, is-saħħa ta’ l-annimali, il-benessri ta’ l-annimali u s-saħħa tal-pjanti huwa adottat.
Id-Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali tas-“Saħħa u l-Ħarsien tal-Konsumatur” huwa responsabbli mill-pubblikazzjoni u t-twettiq tiegħu.
Magħmula fi Brussell, 3 ta’ April 2008.
Għall-Kummissjoni
Androulla VASSILIOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1525/2007 (ĠU L 343, 27.12.2007, p. 9).
(2) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 478/2007 (Edizzjoni Speċjali bil-Malti Kapitolu 01 Volum 04 p. 74 - 121).
(3) ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1; kif emendata l-aħħar mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/41/KE (ĠU L 169, 29.6.2007, p. 51).
(4) ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1; rettifikat bil-ĠU L 191, 28.5.2004, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 180/2008 (ĠU L 56, 29.2.2008, p. 4).
ANNESS
Programm ta’ ħidma għall-2008 dwar strumenti ta’ taħriġ fil-qasam tas-sikurezza ta’ l-ikel, is-saħħa ta’ l-annimali, il-benessri ta’ l-annimali u s-saħħa tal-pjanti
TAĦRIĠ
1) Linji Baġitarji: 17 04 07 01 u 17 04 04 01
Bażi ġuridika:
|
— |
Ir-Regolament (KE) Nru 882/2004, l-Artikolu 51 u l-Artikolu 66 (1)b; |
|
— |
Id-Direttiva tal-Kunsill, l-Artikolu 2 (1)(i) tagħha. |
L-azzjoni li se tiġi ffinanzjata minn dan il-baġit għandha l-għan li tiżviluppa, torganizza u twettaq korsijiet ta’ taħriġ u workshops jew seminars fil-Komunità u f’pajjiżi terzi biex tiżgura li ħaddiema li jwettqu kontrolli uffiċjali huma mħarrġa kif xieraq. Permezz ta’ dawn il-korsijiet u seminars ta’ taħriġ, uffiċjali tal-gvern, awtoritajiet nazzjonali u esperti tal-laboratorji, għandhom jiġu mgħarrfa u mħarrġa dwar il-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar l-għalf u l-ikel u r-rekwiżiti ta’ kontroll għall-għalf u l-ikel li jista’ jiġi permess fis-swieq Komunitarji.
Il-Kummissjoni tikkontribwixxi għat-taħriġ ta’ uffiċjali fl-Istati Membri billi tissupplimenta t-taħriġ miksub f’livell nazzjonali b’taħriġ f’aspetti li huma rilevanti minn perspettiva Komunitarja.
Għall-2008, l-azzjonijiet ta’ taħriġ se jkunu dwar is-suġġetti li ġejja:
|
— |
Proċeduri ta’ kontroll għall-ikel u l-għalf imsejsa fuq prinċipji ta’ l-HACCP (Analiżi tal-Periklu u l-Punti ta’ Kontroll Kritiċi); metodi ta’ verifika biex ikun ivverifikat it-twettiq tas-sistemi HACCP, |
|
— |
Spezzjonijiet ta’ kontroll veterinarju u tas-sikurezza ta’ l-ikel f’Postijiet ta’ Spezzjoni fuq il-Fruntiera (ajruporti, portijiet u toroq/ferroviji), |
|
— |
L-Iġjene u l-Kontroll ta’ l-Ikel: prodotti tal-ħut, tal-laħam u tal-ħalib, |
|
— |
Il-ħarsien mill-kontroll u l-qerda ta’ l-Enċefalopatija Sponġiformi li Tinxtered, |
|
— |
Kontrolli tas-Saħħa tal-Pjanti (ir-reġim tal-kwarantina tal-pjanti tal-KE għall-patata, ir-reġim intern tal-kwarantina tal-pjanti tal-KE, ir-reġim tal-kwarantina tal-pjanti tal-KE għal importazzjonijiet), |
|
— |
Prodotti ta’ Ħarsien għal Pjanti (aspetti ta’ sikurezza għall-ikel u l-għalf): valutazzjoni u reġistrazzjoni, |
|
— |
Żoonożi u kriterji mikrobijoloġiċi fi prodotti ta’ l-ikel, |
|
— |
Il-Benessri ta’ l-Annimali: l-istordament u l-qtil ta’ annimali f’biċċeriji u f’sitwazzjonijiet ta’ kontroll ta’ mard u l-benessri ta’ l-annimali matul it-trasport, |
|
— |
Il-liġi dwar l-ikel, il-liġi dwar l-għalf, ir-regoli dwar is-saħħa u l-benessri ta’ l-annimali u s-saħħa tal-pjanti. (8 800 000 EUR). |
Finanzjament: permezz ta’ akkwist pubbliku.
L-ammont baġitarju globali riservat għall-akkwisti matul is-sena jammonta għal 8 800 000 EUR.
Għal kull waħda mill-kwistjonijiet tekniċi msemmija hawn fuq se jiġi ffirmat kuntratt wieħed, jew aktar, ta’ servizz speċifiku. Huwa stmat li se jiġu ffirmati madwar 14-il kuntratt ta’ servizz. Kuntratturi esterni huma nvoluti l-aktar fl-aspetti organizattivi u loġistiċi ta’ l-attivitajiet ta’ taħriġ.
L-għan huwa li titnieda proċedura ta’ akkwist kemm jista’ jkun malajr (bejn Marzu u Mejju) biex il-kuntratti jiġu ffirmati matul l-2008.
2) Linja baġitarja: 17 01 04 05
Bażi ġuridika:
|
— |
Ir-Regolament (KE) Nru 882/2004, l-Artikolu 66 (1)(ċ); |
L-azzjoni li se tiġi ffinanzjata minn dan il-baġit għandha l-għan li tikseb rispons dwar it-taħriġ. Ir-rispons huwa wieħed mill-elementi prinċipali fil-qasam ta’ taħriġ aħjar għal ikel aktar sikur. Il-produzzjoni ta’ rapport dwar l-attivitajiet ta’ l-2007 hija parti minn dan.
Ir-rispons dwar it-taħriġ se jinġabar ukoll permezz ta’ valutazzjoni ex-post. Formoli/kwestjonarji għal dan il-għan se jitqassmu lil sezzjoni trażversali ta’ parteċipanti wara l-attendenza tagħhom f’avveniment ta’ taħriġ biex ikun ikkalkulat l-impatt tat-taħriġ fuq il-ħajja professjonali tagħhom.
Fl-aħħarnett, biex il-programmi ta’ taħriġ jiġu organizzati aħjar, jeħtieġ li jiġu ffinanzjati tagħmir u strumenti ta’ l-IT, kif ukoll materjal promozzjonali, u appoġġ ta’ tagħrif u komunikazzjoni. (308 000 EUR)
Finanzjament: kuntratti ta’ qafas eżistenti
Huwa stmat li se jiġu ffirmati madwar erba’ kuntratti ta’ servizz.
Qafas ta’ żmien indikattiv għal iffirmar tal-kuntratti: bejn Marzu u Lulju.
Taqsira
|
Nru |
Isem |
Linja Baġitarja |
Bażi ġuridika |
Ammont f'EUR |
|
1 |
Taħriġ: kuntratti esterni għat-twettiq ta’ programmi ta’ taħriġ |
17 04 07 01 |
Ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 |
8 350 000 |
|
17 04 04 01 |
Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE |
450 000 |
||
|
2 |
Taħriġ: Rapport annwali, ex-post, valutazzjoni, tagħmir u strumenti ta’ l-IT, materjal promozzjonali, appoġġ ta’ tagħrif u komunikazzjoni |
17 01 04 05 |
Ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 |
308 000 |
|
Total |
9 108 000 |
|||