EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008A0802(01)

Opinjoni tal-Kummissjoni ta' l- 1 ta' Awwissu 2008 dwar il-pjan għad-disponiment mill-iskart radjoattiv li joriġina mill-impjant ta' l-arrikkiment ta' l-uranju ta' Urenco Capenherst Ltd fir-Renju Unit, skond l-Artikolu 37 tat-Trattat ta' l-Euratom

ĠU C 196, 2.8.2008, p. 1–1 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

2.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 196/1


OPINJONI TAL-KUMMISSJONI

ta' l-1 ta' Awwissu 2008

dwar il-pjan għad-disponiment mill-iskart radjoattiv li joriġina mill-impjant ta' l-arrikkiment ta' l-uranju ta' Urenco Capenherst Ltd fir-Renju Unit, skond l-Artikolu 37 tat-Trattat ta' l-Euratom

(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)

(2008/C 196/01)

Fit-18 ta' Diċembru 2007, il-Kummissjoni Ewropea rċeviet mingħand il-Gvern tar-Renju Unit, skond l-Artikolu 37 tat-Trattat ta' l-Euratom, Dejta Ġenerali relatata mal-pjan għad-disponiment mill-iskart radjoattiv li joriġina mill-impjant ta' l-arrikkiment ta' l-uranju ta' Urenco Capenherst Ltd.

Abbażi ta' din id-dejta u ta' tagħrif addizzjonali mitlub mill-Kummissjoni fil-15 ta' Jannar 2008 u li l-awtoritajiet Britanniċi pprovdewh fis-7 u fit-8 ta' April 2008, u wara li konsultazzjoni mal-Grupp ta' Esperti, il-Kummisjsoni fasslet l-opinjoni li ġejja:

(1)

id-distanza bejn l-impjant ta' arrikkiment u l-eqreb fruntiera ma' Stat Membru ieħor, f'dan il-każ l-Irlanda, hija madwar 195 kilomentru;

(2)

matul l-operat normali, skariki ta' effluwenti likwidi u fil-forma ta' gass mhumiex sejrin jikkawżaw esponiment li jista' jaffettwa s-saħħa tal-popolazzjoni fi Stati Membri oħra;

(3)

skart radjoattiv solidu (kombustibbli jew mhuwiex) sejjer ikun trasferit, għall-inċinerazzjoni jew id-disponiment, lejn siti b'liċenzja apposta fir-Renju Unit. L-iskart solidu mhux radjoattiv jew materjali residwi konformi mal-livelli permissibbli sejrin jinħelsu mill-kontroll regolatorju għad-disponiment bħala skart konvenzjonali, jew inkella għall-użu mill-ġdid jew ir-riċiklaġġ. Dan sejjer isir skond il-kriterji stipulati fl-Istandards Bażiċi tas-Sikurezza (id-Direttiva tal-Kunsill 96/29/EURATOM);

(4)

jekk iseħħu rilaxxi mhux ippjanati ta' effluwenti radjoattivi b'riżultat ta' inċident tat-tip jew daqs ikkunsidrat fid-Dejta Ġenerali, id-dożi li jaslu fi Stati Membri oħra ma jkunux tali li jaffettwaw is-saħħa tal-popolazzjoni.

B'konklużjoni, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-implimentazzjoni tal-pjan għad-disponiment mill-iskart radjoattiv, tkun xi tkun il-forma li jieħu, li joriġina mill-impjant ta' l-arrikkiment ta' l-uranju ta' Urenco Capenherst Ltd fir-Renju Unit, sew fl-operat normali kif ukoll fil-każ ta' inċident tat-tip jew daqs ikkunsidrat fid-Dejta Ġenerali, mhuwiex sejjer jikkawża l-kontaminazzjoni ta' l-ilma, il-ħamrija jew l-ispazju ta' l-ajru ta' Stat Membru ieħor.


Top