Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R1156

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1156/2007 tat- 3 ta’ Ottubru 2007 li japprova emendi sostanzjali fl-ispeċifikazzjoni ta' isem imniżżel fir-reġistru tad-denominazzjonijiet ta' l-oriġini u ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Münchener Bier (IĠP))

    ĠU L 258, 4.10.2007, p. 13–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/1156/oj

    4.10.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 258/13


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1156/2007

    tat-3 ta’ Ottubru 2007

    li japprova emendi sostanzjali fl-ispeċifikazzjoni ta' isem imniżżel fir-reġistru tad-denominazzjonijiet ta' l-oriġini u ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Münchener Bier (IĠP))

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 ta' l-20 ta' Marzu 2006 dwar il-ħarsien ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi u tad-denominazzjonijiet ta' l-oriġini tal-prodotti agrikoli u ta' l-oġġetti ta' l-ikel (1), u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 7(4) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Skond l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 9(1) u b'applikazzjoni ta' l-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni eżaminat it-talba mressqa mill-Ġermanja għall-approvazzjoni ta' emendi fl-ispeċifikazzjonijiet ta' l-indikazzjoni ġeografika protetta “Münchener Bier”, irreġistrata skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1107/96 (2).

    (2)

    Peress li l-emendi kkonċernati ma jistgħux jitqiesu bħala minuri fis-sens ta' l-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni ppubblikat it-talba għall-emendi fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, skond l-Artikolu 6 ta' l-imsemmi Regolament (3). Ġaladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni skond l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, l-emendi għandhom jiġu approvati,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-emendi fl-ispeċifikazzjoni ppublikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea fit-22.12.2006 dwar id-denominazzjoni li tidher fl-Anness għal dan ir-Regolament huma appruvati.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 3 ta’ Ottubru 2007.

    Għall-Kummissjoni

    Mariann FISCHER BOEL

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).

    (2)  ĠU L 148, 21.6.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2156/2005 (ĠU L 342, 24.12.2005, p. 54).

    (3)  ĠU C 316, 22.12.2006, p. 2.


    ANNESS

    Oġġetti ta' l-ikel imsemmija fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 510/2006:

    Klassi 2.1.

    Birer

    IL-ĠERMANJA

    Münchener Bier (IĠP)


    Top