EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R1143

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1143/2007 ta’ l- 1 ta’ Ottubru 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 256/2002 fir-rigward ta’ l-awtorizzazzjoni tat-tħejjija ta’ l-addittiv għall-għalf Bacillus cereus var. toyoi , li jagħmel parti mill-grupp ta’ mikroorganiżmi (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

ĠU L 256, 2.10.2007, p. 23–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/1143/oj

2.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 256/23


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1143/2007

ta’ l-1 ta’ Ottubru 2007

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 256/2002 fir-rigward ta’ l-awtorizzazzjoni tat-tħejjija ta’ l-addittiv għall-għalf Bacillus cereus var. toyoi, li jagħmel parti mill-grupp ta’ mikroorganiżmi

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf ta’ l-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9 (2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutriment ta’ l-annimali u l-bażi u l-proċeduri biex tingħata din l-awtorizzazzjoni.

(2)

It-tħejjija Bacillus cereus var. toyoi (NCIMB 40112/CNCM I-1012), li hija parti mill-grupp ta’ “mikro-organiżmi”, kienet awtorizzata skond id-Direttiva tal-Kunsill 70/524KEE (2), b’mod partikolari, permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 256/2002 (3) mingħajr limitu ta’-żmien għall-użu mill-ħnienes, sa xahrejn, u għall-ħnieżer femminili, minn ġimgħa qabel ma jferrgħu sal-ftim. Dan l-addittiv wara ddaħħal fir-Reġistru Komunitarju ta’ l-Addittivi fl-Għalf bħala prodott eżistenti, skond l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

Skond l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għal emenda ta’ l-awtorizzazzjoni ta’ din it-tħejjija biex tippermetti l-użu tagħha fl-għalf għall-ħnieżer femminili mill-inseminazzjoni sal-ftim. Din l-applikazzjoni kienet akkumpanjata mid-dettalji u d-dokumenti meħtieġa mill-Artikolu 7(3) ta’ dan ir-Regolament.

(4)

L-Awtorità Ewropea tas-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet fl-opinjoni tagħha tas-7 ta’ Marzu 2007 li t-tħejjija Bacillus cereus var. toyoi NCIMB 40112/CNCM I-1012 ma għandhiex effett negattiv fuq is-saħħa ta’ l-annimali, is-saħħa tal-bniedem jew fuq l-ambjent (4). Ikkonkludiet ukoll li dik it-tħejjija ma tippreżenta l-ebda riskju ieħor li, skond l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, jeskludi l-awtorizzazzjoni. L-Awtorità ma tqisx li hemm il-ħtieġa għal rekwiżiti speċifiċi għas-sorveljanza wara t-tqegħid fis-suq. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi ta’ l-addittivi ta’ l-għalf fl-għalf imressaq mil-Laboratorju ta’ Referenza Komunitarju stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(5)

Il-valutazzjoni ta’ din it-tħejjija turi li l-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 huma sodisfatti.

(6)

Ir-Regolament (KE) Nru 256/2002 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan.

(7)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 256/2002 qiegħed jinbidel bit-test fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 1 ta’ Ottubru 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29. Ir-Regolament kif emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 378/2005 (ĠU L 59, 5.3.2005, p. 8).

(2)  ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1. Id-Direttiva tħassret mir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)  ĠU L 41, 13.2.2002, p. 6.

(4)  L-Opinjoni tal-Bord Xjentifiku dwar l-Addittivi u Prodotti jew Sustanzi użati fl-Għalf ta’ l-Annimali dwar is-sigurtà u l-effettività tal-prodott Toyocerin (Bacillus cereus var. Toyoi) bħala addittiv fl-għalf għall-ħnieżer femminili skond ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Adottata fis-7 ta’ Marzu 2007. Il-Ġurnal EFSA (2007) 458, 1-9.


ANNESS

“ANNESS III

Mikroorganiżmi

Nru KE

Addittiv

Formula kimika, deskrizzjoni

Speċi jew kategorija ta’ l-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħrajn

Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

CFU/kg ta’ għalf sħiħ

Mikroorganiżmi

E 1701

Bacillus cereus var. toyoi

NCIMB 40112/CNCM I-1012

Tħejjija ta’ Bacillus cereus var. toyoi li fih minimu ta’ 1 × 1010 CFU/g addittiv

Ħnienes

Xahrejn

1 × 109

1 × 109

Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta’ l-addittiv u l-pretaħlita, indika t-temperatura li fiha għandhom jinħażnu, kemm jistgħu jdumu maħżuna u l-istabbilità għall-pelleting.

Mingħajr limitu ta’ żmien

Ħnieżer femminili

Mill-inseminazzjoni sal-ftim

0,5 × 109

2 × 109

Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta’ l-addittiv u l-pretaħlita, indika t-temperatura li fiha għandhom jinħażnu, kemm jistgħu jdumu maħżuna u l-istabbilità għall-pelleting.

Mingħajr limitu ta’ żmien”


Top