Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R0866

    Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 866/2007 tat- 23 ta' Lulju 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 234/2004 dwar ċerti miżuri restrittivi fir-rigward tal-Liberja

    ĠU L 192, 24.7.2007, p. 4–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 21/06/2016; Impliċitament imħassar minn 32016R0983

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/866/oj

    24.7.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 192/4


    REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 866/2007

    tat-23 ta' Lulju 2007

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 234/2004 dwar ċerti miżuri restrittivi fir-rigward tal-Liberja

    IL-KUNSILL ta’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 60 u 301 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2007/93/PESK tat-12 ta’ Frar 2007 li timmodifika u ġġedded il-Pożizzjoni Komuni 2004/137/PESK dwar il-miżuri ristrettivi imposti fuq il-Liberja (1),

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

    Billi:

    (1)

    Il-Pożizzjoni Komuni 2004/137/PESK ta’ l-10 ta’ Frar 2004 dwar miżuri ristrettivi kontra l-Liberja (2) pprovdiet għall-implimentazzjoni tal-miżuri stabbiliti fir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (NU) 1521 (2003) fir-rigward tal-Liberja, inklużi embargo fuq l-armi u projbizzjoni fuq il-forniment ta’ assistenza teknika u finanzjarja marbuta ma’ attivitajiet militari.

    (2)

    Skond ir-Riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tan-Nazzjonijiet Uniti 1647 (2005), 1683 (2006), 1689 (2006) u 1731 (2006), il-Pożizzjonijiet Komuni 2006/31/PESK (3), 2006/518/PESK (4) u 2007/93/PESK ikkonfermaw il-miżuri restrittivi tal-Pożizzjoni Komuni 2004/137/PESK għal perjodu ta’ żmien ulterjuri u pprovdew għal ċerti modifiki.

    (3)

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 234/2004 ta’ l-10 ta’ Frar 2004 dwar ċerti miżuri restrittivi fir-rigward tal-Liberja (5) jipprojbixxi l-forniment lil-Liberja ta’ assistenza teknika u finanzjarja relatata ma’ attivitajiet militari u l-importazzjoni ta’ djamanti mhux maħduma mill-Liberja.

    (4)

    Fid-dawl ta’ l-iżviluppi fil-Liberja, fl-20 ta’ Diċembru 2006, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta r-Riżoluzzjoni 1731 (2006) li ġeddet il-miżuri restrittivi imposti mir-Riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1521 (2003) u ddeċidiet li l-miżuri dwar l-armi m'għandhomx japplikaw għal fornimenti ta’ tagħmir militari mhux letali, ħlief armi u munizzjon mhux letali, kif notifikati bil-quddiem lill-Kumitat stabbilit mill-paragrafu 21 tar-Riżoluzzjoni 1521 (2003), intiżi biss għall-użu minn membri tal-pulizija u tal-forzi tas-sigurtà tal-Gvern tal-Liberja li ġew mistħarrġa u mħarrġa sa mill-bidunett tal-Missjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Liberja f'Ottubru 2003.

    (5)

    ll-Pożizzjoni Komuni 2007/93/PESK tipprovdi għal eżenzjoni addizzjonali li tkopri tali fornimenti u ssejjaħ għal azzjoni Komunitarja.

    (6)

    Jeħtieġ li jiġi emendat ir-Regolament (KE) Nru 234/2004 fir-rigward ta’ l-identifikazzjoni ta’ l-awtoritajiet kompetenti.

    (7)

    Huwa xieraq li l-emenda jkollha effett retroattivament mid-data ta’ wara l-adozzjoni tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1731(2006).

    (8)

    Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru. 234/2004 għandu jiġi emendat skond il-każ,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (KE) Nru 234/2004 huwa b'dan emendat kif ġej:

    (1)

    L-Artikolu 3 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

    “Artikolu 3

    1.   B'deroga mill-Artikolu 2, l-awtoritajiet kompetenti, kif indikat fil-websites elenkati fl-Anness I, ta’ l-Istat Membru fejn il-fornitur tas-servizz ikun stabbilit, jistgħu jawtorizzaw il-forniment ta':

    (a)

    assistenza teknika, finanzjament u assistenza finanzjarja marbuta ma’

    (i)

    armi u materjal relatat, fejn tali assistenza jew servizzi jkunu intiżi biss għall-appoġġ u l-użu mill-Missjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Liberja, jew

    (ii)

    armi u munizzjon li jibqgħu fil-kustodja tas-Servizz Speċjali ta’ Sigurtà għal użu operattiv liberu u li ġew forniti bl-approvazzjoni tal-Kumitat stabbilit permezz tal-Paragrafu 21 tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1521 (2003) lill-membri ta’ dak is-Servizz għal finijiet ta’ taħriġ qabel it-13 ta’ Ġunju 2006;

    (b)

    finanzjament u assistenza finanzjarja marbuta ma':

    (i)

    armi u materjal relatat intiżi biss għall-appoġġ u l-użu fi programm internazzjonali ta’ taħriġ u riforma għall-forzi armati u l-pulizija Liberjana, sakemm il-Kumitat stabbilit mill-paragrafu 21 tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU 1521 (2003) jkun approva l-esportazzjoni, il-bejgħ jew it-trasferiment ta’ l-armamenti jew materjal relatat konċernat,

    (ii)

    tagħmir militari mhux letali u intiż biss għal użu umanitarju jew ta’ protezzjoni, sakemm il-Kumitat stabbilit mill-paragrafu 21 tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU 1521 (2003) jkun approva l-esportazzjoni, il-bejgħ, il-forniment jew it-trasferiment tat-tagħmir konċernat,

    (iii)

    armi u munizzjon intiżi għall-użu minn membri tal-pulizija u tal-forzi tas-sigurtà tal-Gvern tal-Liberja li ġew mistħarrġa u mħarrġa sa mill-bidu tal-Missjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Liberja f'Ottubru 2003, sakemm il-Kumitat stabbilit mill-paragrafu 21 tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU 1521 (2003) jkun approva l-esportazzjoni, il-bejgħ, il-forniment jew it-trasferiment ta’ l-armi jew il-munizzjon konċernati, jew

    (iv)

    tagħmir militari mhux letali, ħlief armi u munizzjon mhux letali, intiżi biss għall-użu minn membri tal-pulizija u tal-forzi tas-sigurtà tal-Gvern tal-Liberja li ġew mistħarrġa u mħarrġa sa mill-bidu tal-Missjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Liberja fl-2003, sakemm il-Kumitat stabbilit mill-paragrafu 21 tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU 1521 (2003) jkun ġie notifikat bl-esportazzjoni, il-bejgħ, il-forniment jew it-trasferiment tat-tagħmir konċernat.

    2.   L-ebda awtorizzazzjoni ma għandha tingħata għal attivitajiet li diġa' seħħew.”;

    (2)

    l-Artikolu 4 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

    “Artikolu 4

    1.   Fejn attivitajiet ta’ dan it-tip ġew approvati minn qabel mill-Kumitat stabbilit permezz tal-paragrafu 21 tar-Rizoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU 1521 (2003), u b'deroga mill-Artikolu 2 ta’ dan ir-Regolament, l-awtorità kompetenti, kif indikata f'website elenkata fl-Anness I, ta’ l-Istat Membru fejn il-fornitur tas-servizzi ikun stabbilit, tista' tawtorizza l-forniment ta’ assistenza teknika relatata ma':

    (a)

    armi u materjal relatat intiż biss għall-appoġġ ta', u l-użu fi, programm internazzjonali ta’ taħriġ u riforma għall-forzi armati u l-pulizija Liberjani;

    (b)

    apparat militari mhux letali intiż biss ghal użu umanitarju jew ta’ protezzjoni; jew

    (ċ)

    armamenti u munizzjon intiżi għal użu minn membri tal-pulizija u tal-forzi tas-sigurtà tal-Gvern tal-Liberja li ġew mistħarrġa u mħarrġa sa mill-bidunett tal-Missjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Liberja f'Ottubru 2003.

    L-approvazzjoni tal-Kumitat stabbilit mill-paragrafu 21 tar-Riżoluzzjoni tal-Kumitat tas-Sigurtà tan-NU 1521 (2003) għandha tintalab permezz ta’ l-awtorità kompetenti, kif indikata f'website fl-Anness I, ta’ l-Istat Membru fejn ikun stabbilit il-fornitur tas-servizz.

    Il-Gvern ta’ l-Istat Membru kkonċernat u l-Gvern tal-Liberja għandhom jagħmlu talba konġunta lill-Kumitat stabbilit permezz tal-Paragrafu 21 tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU 1521 (2003) għall-approvazzjoni ta’ assistenza teknika marbuta ma’ l-armi u l-munizzjon imsemmija fil-punt (ċ).

    2.   L-ebda awtorizzazzjonijiet ma għandhom jingħataw għal attivitajiet li diġa' seħħew.”;

    (3)

    għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

    “Artikolu 8a

    1.   L-Istati Membri għandhom jaħtru l-awtoritajiet kompetenti msemmija f'dan ir-Regolament u jidentifikawhom fil-websites, jew permezz tal-websites, elenkati fl-Anness I.

    2.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-awtoritajiet kompetenti tagħhom mingħajr dewmien wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u għandhom jinnotifikawha b'kull emenda sussegwenti.”;

    (4)

    l-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 234/2004 għandu jiġi sostitwit mit-test li jidher fl-Anness ma’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament ghandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Ufficjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Għandu japplika b'effett mill-21 ta’ Diċembru 2006.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, 23 ta’ Lulju 2007.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    L. AMADO


    (1)  ĠU L 41, 13.2.2007, p. 17.

    (2)  ĠU L 40, 12.2.2004, p. 35. Il-Pożizzjoni Komuni kif emendata l-aħħar mill-Pożizzjoni Komuni 2007/400/PESK (ĠU L 150, 12.6.2007, p. 15).

    (3)  Il-Pożizzjoni Komuni 2006/31/PESK tat-23 ta’ Jannar 2006 li ġġedded il-miżuri restrittivi imposti kontra l-Liberja (ĠU L 19, 24.1.2006, p. 38).

    (4)  Il-Pożizzjoni Komuni 2006/518/PESK ta’ l-24 ta’ Lulju 2006 li timmodifika u ġġedded ċerti miżuri restrittivi imposti kontra l-Liberja (ĠU L 201, 25.7.2006, p. 36).

    (5)  ĠU L 40, 12.2.2004, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 719/2007 (ĠU L 164, 25.6.2007, p. 1).


    ANNESS

    “ANNESS I

    Websites li jipprovdu informazzjoni dwar l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikoli 3 u 4, u l-indirizz għall-finijiet ta' notifika lill-Kummissjoni Ewropea

     

    BELĠJU

    http://www.diplomatie.be/eusanctions

     

    BULGARIJA

    http://www.mfa.government.bg

     

    REPUBBLIKA ĊEKA

    http://www.mfcr.cz/mezinarodnisankce

     

    DANIMARKA

    http://www.um.dk/da/menu/Udenrigspolitik/FredSikkerhedOgInternationalRetsorden/Sanktioner/

     

    ĠERMANJA

    http://www.bmwi.de/BMWi/Navigation/Aussenwirtschaft/Aussenwirtschaftsrecht/embargos.html

     

    ESTONJA

    http://www.vm.ee/est/kat_622/

     

    GREĊJA

    http://www.ypex.gov.gr/www.mfa.gr/en-US/Policy/Multilateral+Diplomacy/International+Sanctions/

     

    SPANJA

    www.mae.es/es/MenuPpal/Asuntos/Sanciones+Internacionales

     

    FRANZA

    http://www.diplomatie.gouv.fr/autorites-sanctions/

     

    IRLANDA

    http://www.dfa.ie/un_eu_restrictive_measures_ireland/competent_authorities

     

    ITALJA

    http://www.esteri.it/UE/deroghe.html

     

    ĊIPRU

    http://www.mfa.gov.cy/sanctions

     

    LATVJA

    http://www.mfa.gov.lv/en/security/4539

     

    LITWANJA

    http://www.urm.lt

     

    IL-LUSSEMBURGU

    http://www.mae.lu/sanctions

     

    UNGERIJA

    http://www.kulugyminiszterium.hu/kum/hu/bal/nemzetkozi_szankciok.htm

     

    MALTA

    http://www.doi.gov.mt/EN/bodies/boards/sanctions_monitoring.asp

     

    OLANDA

    http://www.minbuza.nl/sancties

     

    AWSTRIJA

    http://www.bmeia.gv.at/view.php3?f_id=12750&LNG=en&version=

     

    POLONJA

    http://www.msz.gov.pl

     

    PORTUGALL

    http://www.min-nestrangeiros.pt

     

    RUMANIJA

    http://www.mae.ro/index.php?unde=doc&id=32311&idlnk=1&cat=3

     

    SLOVENJA

    http://www.mzz.gov.si/si/zunanja_politika/mednarodna_varnost/omejevalni_ukrepi/

     

    SLOVAKKJA

    http://www.foreign.gov.sk

     

    FINLANDJA

    http://formin.finland.fi/kvyhteistyo/pakotteet

     

    SVEZJA

    http://www.ud.se/sanktioner

     

    IR-RENJU UNIT

    http://www.fco.gov.uk/competentauthorities

    Indirizz għall-finijiet ta' notifika lill-Kummissjoni Ewropea:

    European Commission

    DG External Relations

    Directorate A. Crisis Platform and Policy Coordination in CFSP

    Unit A2. Crisis Management and Conflict Prevention

    CHAR 12/106

    B-1049 Bruxelles/Brussel (Belgium)

    E-mail: relex-sanctions@ec.europa.eu

    Tel. (32 2) 295 55 85, 296 61 33

    Fax: (32 2) 299 08 73”.


    Top