This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32007D0625
2007/625/EC: Commission Decision of 27 September 2007 amending Decision 2006/802/EC to prolong the application of the plans for the eradication of classical swine fever in feral pigs and the emergency vaccination of those pigs and of pigs in holdings against that disease in Romania (notified under document number C(2007) 4458)
2007/625/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas- 27 ta' Settembru 2007 li temenda d-Deċiżjoni 2006/802/KE biex tiġi mtawla l-applikazzjoni tal-pjanijiet għall-qerda tad-deni klassiku tal-ħnieżer fil-ħnieżer salvaġġi u t-tilqim ta' emerġenza ta' dawn il-ħnieżer u ta' ħnieżer fi stabbilimenti kontra din il-marda fir-Rumanija (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 4458)
2007/625/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas- 27 ta' Settembru 2007 li temenda d-Deċiżjoni 2006/802/KE biex tiġi mtawla l-applikazzjoni tal-pjanijiet għall-qerda tad-deni klassiku tal-ħnieżer fil-ħnieżer salvaġġi u t-tilqim ta' emerġenza ta' dawn il-ħnieżer u ta' ħnieżer fi stabbilimenti kontra din il-marda fir-Rumanija (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 4458)
ĠU L 253, 28.9.2007, p. 44–44
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2007
28.9.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 253/44 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-27 ta' Settembru 2007
li temenda d-Deċiżjoni 2006/802/KE biex tiġi mtawla l-applikazzjoni tal-pjanijiet għall-qerda tad-deni klassiku tal-ħnieżer fil-ħnieżer salvaġġi u t-tilqim ta' emerġenza ta' dawn il-ħnieżer u ta' ħnieżer fi stabbilimenti kontra din il-marda fir-Rumanija
(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 4458)
(It-test Rumen biss huwa awtentiku)
(2007/625/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2001/89/KE tat-23 ta' Ottubru 2001 dwar il-miżuri tal-Komunità għall-kontroll tad-deni klassiku tal-ħnieżer (1), u b'mod partikolari t-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 16(1), it-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 19(3) u r-raba’ subparagrafu ta’ l-Artikolu 20(2) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/802/KE tat-23 ta' Novembru 2006 li tapprova l-pjanijiet għall-qerda tad-deni klassiku tal-ħnieżer fil-ħnieżer salvaġġi u t-tilqim ta' emerġenza ta' dawn il-ħnieżer u ta' ħnieżer fi stabbilimenti kontra din il-marda fir-Rumanija (2) ġiet adottata bħala waħda minn għadd ta' miżuri fil-ġlieda kontra d-deni klassiku tal-ħnieżer. |
(2) |
L-awtoritajiet Rumeni għarrfu lill-Kummissjoni dwar l-evoluzzjoni tal-marda fir-Rumanija. |
(3) |
Minħabba l-qagħda epidemjoloġika fir-Rumanija huwa xieraq li tiġi mtawla l-applikazzjoni tal-pjanijiet approvati tal-qerda u dawk tat-tilqim ta' emerġenza. |
(4) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni 2006/802/KE jinbidel b'dan li ġej:
“Artikolu 8
Applikabbilità
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta' Diċembru 2007.”
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Rumanija.
Magħmul fi Brussell, 27 ta’ Settembru 2007.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 316, 1.12.2001, p. 5. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2006/104/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 352).
(2) ĠU L 329, 25.11.2006, p. 34, Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2007/522/KE (ĠU L 193, 25.7.2007, p. 23).