This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32007D0472
2007/472/EC: Council Decision of 25 June 2007 amending the Decision of the Executive Committee set up by the 1990 Schengen Convention, amending the Financial Regulation on the costs of installing and operating the technical support function for the Schengen Information System (C.SIS)
2007/472/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 25 ta’ Ġunju 2007 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv stabbilit mill-Konvenzjoni ta’ Schengen ta’ l-1990, li temenda r-Regolament Finanzjarju dwar l-ispejjeż ta’ l-installazzjoni u l-operazzjoni tal-funzjoni ta’ sostenn tekniku għas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (C.SIS)
2007/472/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 25 ta’ Ġunju 2007 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv stabbilit mill-Konvenzjoni ta’ Schengen ta’ l-1990, li temenda r-Regolament Finanzjarju dwar l-ispejjeż ta’ l-installazzjoni u l-operazzjoni tal-funzjoni ta’ sostenn tekniku għas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (C.SIS)
ĠU L 179, 7.7.2007, p. 50–51
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
7.7.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 179/50 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-25 ta’ Ġunju 2007
li temenda d-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv stabbilit mill-Konvenzjoni ta’ Schengen ta’ l-1990, li temenda r-Regolament Finanzjarju dwar l-ispejjeż ta’ l-installazzjoni u l-operazzjoni tal-funzjoni ta’ sostenn tekniku għas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (C.SIS)
(2007/472/KE)
IL-KUNSILL ta’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra l-Artikolu 119 tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen ta’ l-14 ta’ Ġunju 1985 bejn il-Gvernijiet ta’ l-Istati ta’ l-Unjoni Ekonomika tal-Benelux, tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja u tar-Repubblika Franċiża dwar l-abolizzjoni gradwali ta’ kontrolli fil-fruntieri komuni tagħhom (il-“Konvenzjoni ta’ Schengen ta’ l-1990”),
Billi:
(1) |
L-Artikolu 119 tal-Konvenzjoni ta’ Schengen ta’ l-1990 jipprevedi li l-ispejjeż li jirriżultaw mill-installazzjoni u l-operazzjoni tas-sistema C.SIS, imsemmijin fl-Artikolu 92(3) tagħha, għandhom jitħallsu b’mod konġunt mill-Partijiet Kontraenti. |
(2) |
L-obbligi finanzjarji li jirriżultaw mill-installazzjoni u l-operazzjoni tas-sistema C.SIS huma regolati minn Regolament Finanzjarju speċifiku, adottat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv ta’ Schengen tal-15 ta’ Diċembru 1997 dwar il-modifika tar-Regolament Finanzjarju tas-sistema C.SIS (minn hawn ‘il quddiem “ir-Regolament Finanzjarju C.SIS”). |
(3) |
Ir-Regolament Finanzjarju C.SIS japplika għad-Danimarka, Finlandja u Svezja, kif ukoll għall-Islanda u n-Norveġja permezz tad-Deċiżjoni 2000/777/KE (1). |
(4) |
L-Istati Membri l-ġodda, bl-eċċezzjoni ta’ Ċipru, għandhom jiġu integrati fl-ewwel ġenerazzjoni tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS 1+) f’data li għad trid tiġi deċiża mill-Kunsill skond l-Artikolu 3(2) ta’ l-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-2003, fil-qafas tal-proġett SISone4ALL. |
(5) |
Minn dik id-data ‘l quddiem, dawk l-Istati Membri għandhom jipparteċipaw fir-Regolament Finanzjarju C.SIS. |
(6) |
Huwa raġonevoli li dawk l-Istati Membri jikkontribwixxu għall-ispejjeż storiċi tas-sistema C.SIS. Madankollu, billi huma ngħaqdu ma’ l-Unjoni Ewropea biss fl-2004, huwa kkunsidrat xieraq li huma jkollhom jikkontribwixxu għall-ispejjeż storiċi skond l-installazzjoni tas-sistema C.SIS mill-1 ta’ Jannar 2005. Huwa kkunsidrat ukoll raġonevoli li huma jikkontribwixxu għall-ispejjeż storiċi ta’ l-operazzjoni mill-1 ta’ Jannar 2007. |
(7) |
Fir-rigward ta’ l-Islanda u n-Norveġja, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet ta’ l-acquis ta’ Schengen fis-sens tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ l-Islanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawk iż-żewġ Stati ma’ l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta’ l-acquis ta’ Schengen (2), li jaqgħu fil-qasam imsemmi fil-punt G ta’ l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 1999/437/KE (3) dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni ta’ dak il-Ftehim. |
(8) |
Fir-rigward ta’ l-Isvizzera, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet ta’ l-acquis ta’ Schengen fis-sens tal-Ftehim iffirmat bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera ma’ l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta’ l-acquis ta’ Schengen, li jaqgħu fil-qasam imsemmi fil-punt G ta’ l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 1999/437/KE kunsidrat flimkien ma’ l-Artikolu 4(1) tad-Deċiżjonijiet 2004/849/KE (4) u 2004/860/KE (5). |
(9) |
Ir-Renju Unit qed jieħu sehem f’din id-Deċiżjoni, skond l-Artikolu 5 tal-Protokoll li jintegra l-acquis ta’ Schengen fil-qafas ta’ l-Unjoni Ewropea anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u l-Artikolu 8(2) tad-Deċiżjoni 2000/365/KE (6). |
(10) |
L-Irlanda qed tieħu sehem f’din id-Deċiżjoni, skond l-Artikolu 5 tal-Protokoll li jintegra l-acquis ta’ Schengen fil-qafas ta’ l-Unjoni Ewropea anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u l-Artikolu 6(2) tad-Deċiżjoni 2002/192/KE (7). |
(11) |
Fir-rigward tar-Repubblika ta’ Ċipru, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi dispożizzjoni li tibni fuq l-acquis ta’ Schengen jew li hija diversament relatata miegħu fis-sens ta’ l-Artikolu 3(2) ta’ l-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-2003. |
(12) |
Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi dispożizzjoni li tibni fuq l-acquis ta’ Schengen jew li hija diversament relatata miegħu fis-sens ta’ l-Artikolu 4(2) ta’ l-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-2005, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
L-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punt 3 tat-Titolu I tar-Regolament Finanzjarju C.SIS:
“— |
Fil-każ ta’ l-Istati li saru Membri ta’ l-Unjoni Ewropea fl-2004, dan l-ammont għandu jiġi kkalkolat biss abbażi ta’ l-ispejjeż magħmulin għall-installazzjoni tas-sistema C.SIS mill-1 ta’ Jannar 2005. Huma għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-ispejjeż ta’ l-operazzjoni tas-sistema C.SIS mill-1 ta’ Jannar 2007.” |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha jkollha effett mid-data tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Magħmul fil-Lussemburgu, 25 ta’ Ġunju 2007.
Għall-Kunsill
Il-President
A. SCHAVAN
(1) Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/777/KE ta’ l-1 ta’ Diċembru 2000 dwar l-applikazzjoni ta’ l-acquis ta’ Schengen fid-Danimarka, fil-Finlandja u fl-Isvezja, u fl-Islanda u n-Norveġja (ĠU L 309, 9.12.2000, p. 24).
(2) ĠU L 176, 10.7.1999, p. 36.
(3) ĠU L 176, 10.7.1999, p. 31.
(4) Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/849/KE tal-25 ta’ Ottubru 2004 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, u dwar l-applikazzjoni provviżorja ta’ ċerti dispożizzjonijiet tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera ma’ l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta’ l-acquis ta’ Schengen (ĠU L 368, 15.12.2004, p. 26).
(5) Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/860/KE tal-25 ta’ Ottubru 2004 dwar l-iffirmar, f’isem il-Komunità Ewropea, u dwar l-applikazzjoni provviżorja ta’ ċerti dispożizzjonijiet tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera ma’ l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta’ l-acquis ta’ Schengen (ĠU L 370, 17.12.2004, p. 78).
(6) Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta’ Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u Irlanda ta’ Fuq biex jieħdu parti f’xi dispożizzjonijiet ta’ l-acquis ta’ Schengen (ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43).
(7) Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta’ Frar 2002 rigward it-talba ta’ l-Irlanda biex tieħu sehem f’xi dispożizzjonijiet ta’ l-acquis ta’ Schengen (ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20).