Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007D0442

2007/442/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 21 ta’ Ġunju 2007 li tikkonċerna n-nuqqas ta’ inklużjoni ta’ ċerti sustanzi attivi fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar ta’ l-awtorizzazzjonijiet għall-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom dawn is-sustanzi (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 2576) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

ĠU L 166, 28.6.2007, pp. 16–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/442/oj

28.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 166/16


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-21 ta’ Ġunju 2007

li tikkonċerna n-nuqqas ta’ inklużjoni ta’ ċerti sustanzi attivi fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar ta’ l-awtorizzazzjonijiet għall-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom dawn is-sustanzi

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 2576)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2007/442/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti (1), u b’mod partikolari r-raba’ subparagrafu ta’ l-Artikolu 8(2) tagħha,

Billi:

(1)

L-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/414/KEE jipprovdi li Stat Membru jista’, matul perjodu ta’ 12-il sena wara n-notifika ta’ dik id-Direttiva, jawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti ta’ ħarsien tal-pjanti li fihom ikollhom sustanzi attivi li, għalkemm ma jkunux jidhru fil-lista fl-Anness I għal dik id-Direttiva, ikunu ilhom diġà fis-suq sentejn minn wara d-data tan-notifika, filwaqt li bħalissa dawn is-sustanzi qed jiġu eżaminati bil-mod fil-qafas ta’ programm ta’ ħidma.

(2)

Ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1112/2002 (2) u (KE) Nru 2229/2004 (3) jistipulaw ir-regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-raba’ stadju tal-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/414/KEE.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 2229/2004 jagħti lill-produtturi fir-Repubblika Ċeka, fl-Estonja, f’Ċipru, fil-Latvja, fil-Litwanja, fl-Ungerija, f’Malta, fil-Polonja, fis-Slovenja u fis-Slovakkja, l-opportunità li jipparteċipaw fir-raba’ stadju tal-programm ta’ ħidma u jorganizza r-reviżjoni ta’ sustanzi li kienu fis-suq f’dawn l-Istati Membri fit-30 ta’ April 2004 u ma ġewx inklużi fil-programm ta’ ħidma.

(4)

Fir-rigward ta’ ċerti sustanzi attivi ebda produttur ma ressaq notifika skond l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 2229/2004. Meta l-Kummissjoni infurmat lill-Istati Membri b’dan il-fatt fit-18 ta’ Novembru 2005, ebda Stat Membru ġdid ma nnotifika dikjarazzjoni ta’ interess qabel ma skada ż-żmien.

(5)

Fir-rigward ta’ ċerti sustanzi attivi oħra, in-notifikanti kollha rtiraw il-parteċipazzjoni tagħhom fil-programm ta’ ħidma. Il-Kummissjoni pprovdiet lill-Istati Membri b’dan it-tagħrif fl-4 ta’ April 2006. Fi tliet każijiet biss l-Istati Membri għażlu li joperaw bħala notifikanti għall-iskopijiet ta’ parteċipazzjoni ulterjuri fil-programm ta’ ħidma, skond l-Artikolu 14(3) tar-Regolament (KE) Nru 2229/2004.

(6)

Għal ċerti sustanzi attivi, ebda inkartament sħiħ ma tressaq u ebda Stat Membru ma wera x-xewqa li jopera bħala notifikant.

(7)

B’konsegwenza ta’ dan, dawn is-sustanzi attivi msemmija fl-inċiżi 4, 5 u 6 m’għandhomx jiġu inklużi fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE u l-Istati Membri għandhom jirtiraw kull awtorizzazzjoni għall-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom dawn is-sustanzi attivi.

(8)

Għal uħud minn dawn is-sustanzi attivi ġie ppreżentat u vvalutat tagħrif mill-Kummissjoni flimkien ma’ l-esperti ta’ l-Istati Membri li wrew il-bżonn li s-sustanzi kkonċernati għandhom il-ħtieġa li jintużaw aktar. Għalhekk fiċ-ċirkustanzi attwali huwa ġġustifikat li jiġi estiż, għal ċerti użi essenzjali li għalihom ma hemm ebda alternattiva effiċjenti, il-perjodu għall-irtirar ta’ l-awtorizzazzjonijiet filwaqt li jiġu previsti kundizzjonijiet stretti mmirati lejn it-tnaqqis ta’ kull riskju possibbli.

(9)

Għas-sustanzi attivi li għalihom hemm biss perjodu qasir ta’ notifika bil-quddiem għall-irtirar ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom dawn is-sustanzi, huwa raġonevoli li jingħata perjodu ta’ grazzja għar-rimi, il-ħażna, it-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ l-istokk eżistenti għal perjodu ta’ mhux iktar minn tnax–il xahar sabiex l-istokks eżistenti jkunu jistgħu jintużaw f’mhux iktar minn ċiklu wieħed ta’ koltivazzjoni. Fil-każ fejn jinħtieġ perjodu itwal ta’ notifika bil-quddiem, dan il-perjodu jista’ jitqassar sabiex jiskadi fl-aħħar ta’ l-istaġun tal-koltivazzjoni.

(10)

Din id-deċizjoni ma tippreġudikax il-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni għal dawn is-sustanzi attivi skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE fid-dawl ta’ inklużjoni possibbli fl-Anness I tagħha.

(11)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-sustanzi attivi elenkati fl-Anness I għal din id-Deċiżjoni ma għandhomx jitniżżlu bħala sustanzi attivi fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

(a)

l-awtorizzazzjonijiet għall-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom is-sustanzi attivi elenkati fl-Anness I jiġu rtirati sat-22 ta’ Diċembru 2007;

(b)

l-ebda awtorizzazzjoni għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom dawn is-sustanzi attivi ma tingħata jew tiġġedded mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

1.   Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 2, Stat Membru elenkat fil-kolonna B ta’ l-Anness II jista’ jżomm awtorizzazzjonijiet għall-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom is-sustanzi attivi elenkati fil-kolonna A ta’ dan l-Anness għall-użi elenkati fil-kolonna Ċ ta’ dan l-Anness sat-30 ta’ Ġunju 2010, dejjem jekk jikkonforma mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

jiżgura li ma jkun hemm ebda effett negattiv għas-saħħa tal-bniedem u ta’ l-annimali u ebda influwenza mhux aċċettabbli għall-ambjent;

(b)

jiżgura li dawn il-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li jibqgħu fis-suq ikunu ttikkettati biex jaqblu mal-kundizzjonijiet ta’ użu ristrett;

(ċ)

jimponi l-miżuri adattati kollha li jtaffu r-riskju biex jitnaqqas kull riskju possibbli;

(d)

jiżgura li l-alternattivi għal dawn l-użi jkunu qegħdin jiġu mfittxija serjament.

2.   L-Istati Membri li jagħmlu użu mid-deroga prevista fil-paragrafu 1, għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar il-miżuri meħuda taħt il-paragrafu 1, u, b’mod partikolari, taħt il-punti (a) sa (d), sal-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena.

Artikolu 4

Kull perjodu ta’ grazzja li jingħata mill-Istati Membri fi qbil ma’ l-Artikolu 4(6) tad-Direttiva 91/414/KEE għandu jkun kemm jista’ jkun qasir.

Għal awtorizzazzjonijiet li jiġu rtirati skond l-Artikolu 2, dan il-perjodu għandu jiskadi fit-22 ta’ Diċembru 2008 l-aktar tard.

Għal awtorizzazzjonijiet li jiġu rtirati skond l-Artikolu 3, il-perjodu jiskadi mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2010.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 21 ta’ Ġunju 2007

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/31/KE (ĠU L 140, 1.6.2007, p. 44).

(2)   ĠU L 168, 27.6.2002, p. 14.

(3)   ĠU L 379, 24.12.2004, p. 13.


ANNESS I

Lista ta’ sustanzi attivi li mhumiex inklużi bħala sustanzi attivi fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE

Parti A

2 - hydroxyethyl butyl sulphide

2 - Naphthyloxyacetamide

3-phenyl 2-propenal (Cinnamaldehyde)

Amino aċidi/Gamma Aminobutyric acid

Karbonat ta’ l-ammonju

Asfalti

Klorur tal-kalċju

Idrossidu tal-kalċju

Kaseina

Chitosan

Cis-Zeatin

Citronellol

Estratt taċ-ċitru/estratt tat-tronġiet

Estratt taċ-ċitru/estratt miż-żerriegħa tat-tronġiet

Trab tal-labar tal-prinjoli

Żejt ta’ Dafne

EDTA u l-melħ tagħha

Estratt mill-Menta piperata

Estratt mill-pjanti tal-Balluta ħamra, il-Kaktus tal-bajtar tax-xewk, il-Fragranza sunaka, il-Mangrovja ħamra

Aċidi xaħmija/Aċidu isobutiriku (CAS 79-31-2)

Aċidi xaħmija/Aċidu isovareiku (CAS 503-74-2)

Aċidi xaħmija/melħ tal-potassju – aċidu kapriliku (CAS 124-07-2)

Aċidi xaħmija/melħ tal-potassju – aċidu xaħmi taż-żejt tad-damm (CAS 61790-12-3)

Aċidi xaħmija/aċidu valeriku

Aċidu Foliku

Aċidu formiku

Polpa tat-tewm

Ġelatina

Il-pirofosfat tal-ħadid

Il-Lanolin

Leċitina

Albumina tal-ħalib

Trab tal-mustarda

Olein

Żejt tal-paraffina/(CAS 64741-88-4)

Żejt tal-paraffina/(CAS 64741-89-5)

Żejt tal-paraffina/(CAS 64741-97-5)

Żejt tal-paraffina/(CAS 64742-55-8)

Żejt tal-paraffina/(CAS 64742-65-0)

Żejt tal-paraffina/(CAS 8012-95-1)

Żjut tal-pitrolju/(CAS 74869-22-0)

Żjut tal-pitrolju/(CAS 64742-55-8/64742-57-7)

Żjut tal-pjanti/żejt taż-żebbuġa

Żjut tal-pjanti/żejt eteriku (Eugenol)

Żjut tal-pjanti/żejt ta’ l-injam tal-Gaiac

Żjut tal-pjanti/żejt tat-tewm

Żjut tal-pjanti/żejt tal-lemongrass

Żjut tal-pjanti/żejt tal-larinġ

Żjut tal-pjanti/żejt tal-pinus

Żjut tal-pjanti/żejt tas-sojja

Żjut tal-pjanti/żejt taż-żerriegħa tal-fjura tax-xemx

Żjut tal-pjanti/żejt tal-Ylang Ylang

Polymer ta’ l-istyrene u akrilamide

Repellent (bit-togħma) ta’ oriġini veġitali u mill-annimali/estratt ta’ grad ta’ l-ikel/aċidu fosforiku u d-dqiq mill-ħut.

Propolis

Repellent (bir-riħa) ta’ oriġini veġitali/żjut essenzjali

Repellent (bir-riħa) ta’ oriġini mill-annimali jew mill-pjanti/aċidi xaħmin/żejt tal-ħuta

Repellent (bir-riħa) ta’ oriġini mill-annimali jew mill-pjanti//żejt tad-damm mhux ipproċessat (CAS 93571-80-3)

Karbonat ta’ l-idroġenu tas-sodju

Parti B

1 Methoxy-4-propenylbenzene (Anethole)

1 Methyl-4-isopropylidenecyclohex-1-ene (Terpinolene)

2-Ethyl-1, 6-dioxaspiro (4,4) nonan (chalcogran)

2 ethyl-1, 6-Dioxaspiro (4,4) nonan

2-Methoxypropan-1-ol

2-Methoxypropan-2-ol

2-Methyl-3-buten-2-ol

2-Methyl-6-methylene-2, 7-octadien-4-ol (ipsdienol)

2-Methyl-6-methylene-7-octen-4-ol (Ipsenol)

2, 6, 6-Trimethylbicyclo [3.1.1] hept-2-ene (alpha-Pinen)

4, 6, 6-Trimethyl-bicyclo[3.1.1]hept-3-en-ol,((S)-cis-verbenol)

3-Methyl-3-buten-1-ol

3, 7, 7-Trimethylbicyclo [3.1.1] hept-3-ene (alpha-Pinen)

(E)-2-Methyl-6-methylene-2, 7-octadien-1-ol (myrcenol)

E-9-Dodecen-1-yl acetate

(8E, 1OE)-8, 10-Dodecadiene 1-yl acetate

(E, Z)-8, 10-Tetradecadienyl

(E/Z)-9-Dodecenyl acetate; (E/Z)-9-Dodecen-1-ol; (Z)-11-Tetradecen-1-yl acetate

(IR)-1,3,3-Trimethyl-4, 6-dioxatricyclo [3.3.1.0] nonane (lineatin)

Methyl p-hydroxybenzoate

p - Hydroxybenzoic acid

Parti C

Agrobacterium radiobacter K 84

Bacillus sphaericus

Bacillus subtilis razza IBE 711

Baculovirus GV

Nukleu tal-virus tal-polidrożi tan-neodiprion sertifer

Parti D

Brodifacum

Kloralożju

Chlorophacinone

Fosfat tat-trikalċjum

Parti F

Formaldejde

Glutaraldejde

HBTA (High Boiling Tar Acid) Innotifikat bħala diżinfettant

Perossidu ta’ l-Idroġenu

Aċidu Peraċetiku

Phoxim

P-toleunesulphon kloramit tas-sodju

Parti Ġ

1,3,5 Tir-(2-hydroxyethyl)-hexa-hydro-S-triazyne

2-Mercaptobenzothiazole

2-Methoxy-5-nitrofenol sodium salt

3-(3-Benzyloxycarbonyl-methyl) -2-benzothiazolinone (Benzolinone)

Biohumus

Cumylphenol

Kumpless tar-ramm: 8-hydroxyquinolin bl-aċidu saliċiliku

Ethanedial (glyoxal)

Flufenzin

Flumetsulam

Hexamethylene tetramine

Lactofen

Aċidu Jasmoniku

N-phenylphthalamic acid


ANNESS II

Lista ta’ awtorizzazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3(1)

Kolonna A

Kolonna B

Kolonna C

Sustanza attiva

L-Istat Membru

Użu

Chitosan (Grupp A)

Il-Polonja

Ħxejjex u pjanti ornamenti

Trab tal-labar tal-prinjoli (Grupp A)

Il-Latvja

Lampuni, basal, karrotti, kaboċċi, ravanelli, rutabaga u gladjoli.

Kloridju tal-kalċju (Grupp A)

L-Olanda

Għeruq taċ-ċikwejra.

Spanja

Tuffieħ u lanġas.

L-idrossidu tal-kalċju (Grupp A)

L-Olanda

Imsaġar u mxietel tas-siġar tal-frott

Cis-zeatin (Grupp A)

Il-Portugall

Estratt tal-pjanti użat bħala regolatur għat-tkabbir tal-pjanti fuq ereali, Ħxejjex, imsaġar, dwieli, frott taċ-ċitru, pjanti ornamentali u forestrija.

Estratt taċ-ċitru/estratt tat-tronġiet (Grupp A)

Il-Polonja

Ħxejjex, uċuħ ta’ pjanti ornamentali u trattament taż-żrieragħ, diżinfestazzjoni ta’ tagħmir għal ġewwa.

EDTA u l-imluħ tiegħu (Grupp A)

Il-Polonja

Siġar għall-imxietel.

Estratt mill-menta piperata (Grupp A)

Il-Polonja

Trattament taż-żrieragħ fil-fażi ta’ qabel iż-żrigħ.

Estratt mill-pjanti tal-Balluta ħamra, il-Kaktus tal-bajtar tax-xewk, il-Fragranza sunaka, il-Mangrovja ħamra (Grupp A)

Il-Polonja

Pitravi taz-zokkor

Aċidi xaħmija/Aċidu isovareiku (Grupp A)

Il-Polonja

Patata, qamħirrun, ċereali u pitravi.

Aċidi xaħmija/Aċidu isobutriku (Grupp A)

Il-Polonja

Patata, qamħirrun, ċereali u pitravi.

Aċidi xaħmija/melħ tal-potassju – aċidu kapriliku (CAS 124-07-2) (Grupp A)

Il-Polonja

Il-kontroll ta’ ħaxix ħażin u ħażiż f’ġonna u żoni ta’ rikreazzjoni.

Aċidu foliku (Grupp A)

Spanja

Imsaġar, siġar taż-żebbuġ, siġar taċ-ċitru, frawli u ħxejjex.

Aċidu formiku (Grupp A)

L-Olanda

Ċikwejra.

Polpa tat-tewm (Grupp A)

Il-Polonja

Veġetali u uċuħ ta’ pjanti ornamentali

Lanolin (Grupp A)

Ir-Repubblika Slovakka

Imsaġar tal-foresta.

Lecithin (Grupp A)

L-Awstrija

Passolina sewda u ħxejjex li jagħmlu l-frott.

Il-Ġermanja

Pjanti ornamentali, imsaġar, berries zgħar, ħwawar u ħxejjex.

Żejt tal-paraffina/(CAS 64741-88-4) (Grupp A)

Il-Polonja

Uċuħ taż-żerriegħa tal-patata.

Żejt tal-paraffina/(CAS 8012-95-1) (Grupp A)

L-Ungerija

Siġar tal-frott, dwieli, bżar, ħjar, pitravi ħelwa, pjanti ornamentali u berries.

Spanja

Ċereali

Żjut tal-pjanti/żejt tal-larinġ (Grupp A)

Il-Polonja

Ħass

Repellent (bir-riħa) ta’ oriġini mill-annimali jew mill-pjanti/żejt tad-damm mhux ipproċessat (CAS 93571-80-3) (Grupp A)

Il-Litwanja

Imsaġar tal-foresta.

Repellent (bit-togħma) ta’ oriġini veġitali u mill-annimali ta’ grad ta’ l-ikel/aċidu fosforiku u d-dqiq mill-ħut (Grupp A)

Il-Polonja

Patata, pitravi, ċereali, żrieragħ tal-lift, u ċuħ leguminużi.

1 methoxy-4-propenylbenzene (anethole) (Grupp B)

Il-Polonja

Imsaġar tal-foresta.

Spanja

Lewż, ċirasa, għajnbaqar, tuffieħ, bettiegħ u lanġas.

1 Methyl-4-isopropylidenecyclohex-1-ene (Terpinolene) (Grupp B)

Il-Polonja

Imsaġar tal-foresta.

2,6,6,-trimethylbicyclo [3.1.1] hept 2-ene (alpha-Pinen) (Grupp B)

Il-Polonja

Imsaġar tal-foresta.

4,6,6-trimethyl-bicyclo[3.1.1] hept-3-en-ol,((S)-cis-verbenol) (Grupp B)

Il-Polonja

Imsaġar tal-foresta.

2-Ethyl-1, 6-dioxaspiro (4,4) nonan (chalcogran) (Grupp B)

Il-Polonja

Imsaġar tal-foresta.

2-methyl-3 buten-2-ol (Grupp B)

Il-Polonja

Imsaġar tal-foresta.

3, 7, 7-Trimethylbicyclo [4.1.0] hept-3-ene (3-Carene) (Grupp B)

Il-Polonja

Imsaġar tal-foresta.

(E)-2-Methyl-6-methylene-2, 7-octadien-1-ol (myrcenol) (Grupp B)

Il-Polonja

Imsaġar tal-foresta.

2-Methyl-6-methylene-2, 7-octadien-4-ol (ipsdienol) (Grupp B)

Il-Polonja

Imsaġar tal-foresta.

Methyl p-hydroxybenzoate (Grupp B)

Il-Polonja

Imsaġar tal-foresta.

Brodifacum (Grupp D)

Il-Ġermanja, Spanja

Rodentiċida: Limitat għal-lixka mħejjija minn qabel jekk titqiegħed b’mod adattat f’nasbiet magħmula apposta. Limitat għal utenti professjonali b’tagħmir ta’ ħarsien xieraq.

Il-Polonja

Rodentiċida u talpiċida: Limitat għal-lixka mħejjija minn qabel jekk titqiegħed b’mod adattat f’nasbiet magħmula apposta. Limitat għal utenti professjonali b’tagħmir ta’ ħarsien xieraq.

Kloralożju (Grupp D)

Franza

Użat biex tiġi kkontrollata l-popolazzjoni ta’ Corvus spp. u tat-talpi. Limitat għal utenti professjonali b’tagħmir ta’ ħarsien xieraq. Awtorizzazzjoni ristretta għall-applikazzjoni fil-lixka u taħt kundizzjonijiet ikkontrollati kif stipulati b’Regolament speċifiku nazzjonali.

Chlorophacinone (Grupp D)

Franza, il-Ġermanja, Spanja

Rodentiċida: Użu limitat għal-lixka mħejjija minn qabel jekk titqiegħed b’mod adattat f’nasbiet magħmula apposta. Limitat għal utenti professjonali b’tagħmir ta’ ħarsien xieraq.

Glutaraldehyde (Grupp F)

Il-Belgium

Limitat għal utenti professjonali b’tagħmir ta’ ħarsien xieraq. Diżinfestazzjoni ta’ għodda agrikoli, trasport ta’ vetturi, waqt li jitbattlu l-kmamar li fihom jitkabbar il-faqqiegħ, waqt li jitbattlu l-imħażen li fihom jinżammu prodotti tal-pjanti.

Franza

Limitat għal utenti professjonali b’tagħmir ta’ ħarsien xieraq. Diżinfestazzjoni ta’ mħażen vojta li fihom jinżammu prodotti tal-pjanti u għodda agrikoli.

Il-Polonja

Limitat għal utenti professjonali b’tagħmir ta’ ħarsien xieraq. Diżinfestazzjoni ta’ għodda agrikoli, trasport tal-vetturi, mħażen vojta li fihom jinżammu prodotti tal-pjanti u serer

Idroġenu perossida (Grupp F)

Franza

Diżinfestazzjoni ta’ serer, tagħmir agrikolu u pajpijiet għall-irrigazzjoni.

L-Olanda

Basal tal-fjuri u ċikwejra.

Ir-Renju Unit

Basal tal-fjuri, tuberi tal-patata u diżinfestazzjoni ta’ serer, imħażen u għodda u tagħmir agrikolu.

Aċidu peraċetiku (Grupp F)

Franza

Diżinfestazzjoni ta’ serer, tagħmir agrikolu u pajpijiet għall-irrigazzjoni.

Il-Polonja

Diżinfestazzjoni ta’ serer, imħażen u għodda u tagħmir agrikolu.

L-Olanda

Basal tal-fjuri.

Ir-Renju Unit

Basal tal-fjuri, tuberi tal-patata u diżinfestazzjoni ta’ serer, imħażen u għodda u tagħmir agrikolu.

Phoxim

Is-Slovenja

Insettiċida użata fl-applikazzjoni tal-ħamrija.

1,3,5 Tir-(2-hydroxyethyl)-hexa-hydro-S-triazyne (Grupp G)

Il-Polonja

Tagħmir, serer, makkinarji u għodda agrikoli oħra.

Hexamethylene tetramin (Grupp G)

Ir-Repubblika Slovakka

Imsaġar tal-foresta.

Bio humus (Grupp G)

Il-Polonja

Pjanti ornamentali u prodotti li jgħinu t-tkabbir tal-pjanti.

Flufenzin (Grupp G)

L-Ungerija

Siġar tal-frott, dwieli, berries, ħxejjex u siġar ornamentali.

Ethanedial (glyoxal) (Grupp G)

Il-Polonja

Limitat għal utenti professjonali b’tagħmir ta’ ħarsien xieraq. Diżinfestazzjoni ta’ għodda agrikoli, trasport tal-vetturi, serer u mħażen vojta li fihom jinżammu prodotti tal-pjanti.

N-phenylphthalamic acid (Grupp G)

L-Ungerija

Ħxejjex, fjuri tax-xemx, sojja, alfalfa, lupina, trifoll inkarnat, lift, ross, ċirasa qarsa, tuffieħ u dwieli.


Top