Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007D0329

2007/329/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 2 ta’ Mejju 2007 li tistabbilixxi miżuri transitorji li jidderogaw mid-Direttiva tal-Kunsill 2002/53/KE fir-rigward tat-tqegħid fis-suq taż-żrieragħ ta’ Helianthus annuus ta’ varjetajiet li ma ġewx ivvalutati bħala reżistenti għal Orobanche spp., minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 1822) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

ĠU L 122, 11.5.2007, p. 59–59 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/329/oj

11.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 122/59


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-2 ta’ Mejju 2007

li tistabbilixxi miżuri transitorji li jidderogaw mid-Direttiva tal-Kunsill 2002/53/KE fir-rigward tat-tqegħid fis-suq taż-żrieragħ ta’ Helianthus annuus ta’ varjetajiet li ma ġewx ivvalutati bħala reżistenti għal Orobanche spp., minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 1822)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2007/329/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat ta’ l-Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija,

Wara li kkunsidrat l-Att ta’ Adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija, u b’mod partikolari l-Artikolu 42 tiegħu,

Billi:

(1)

Skond id-Direttiva tal-Kunsill 2002/53/KE tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-katalgu komuni ta’ varjetajiet ta’ speċi ta’ pjanti agrikoli (1), iż-żrieragħ ta’ varjetajiet ta’ speċi ta’ pjanti agrikoli aċċettati f’konformità ma’ dik id-Direttiva jew skond il-prinċipji li jikkorrispondu għal dawk ta’ dik id-Direttiva, f’dak li jirrigwarda t-tqegħid fis-suq tagħhom, mhumiex suġġetti għal xi restrizzjonijiet. Il-varjetajiet ta’ dan it-tip huma ppubblikati f’katalgu komuni ta’ varjetajiet ta’ speċi ta’ pjanti agrikoli, minn issa ‘l quddiem imsejjaħ ‘il-katalgu komuni’, li huwa kkumpilat fuq il-bażi tal-katalgi nazzjonali ta’ l-Istati Membri.

(2)

Ir-reżistenza għal Orobanche spp. ta’ varjetajiet ta’ Helianthus annuus tirrappreżenta fattur importanti għall-kultivazzjoni ta’ din l-ispeċi fil-Bulgarija u varjetajiet li m’humiex reżistenti m’għandhomx jitqiesu bħala adattati. Madankollu, m’huwiex magħruf jekk il-varjetajiet li huma aċċettati mill-Istati Membri l-oħra għall-inklużjoni fil-katalgi nazzjonali tagħhom humiex reżistenti għal Orobanche spp.

(3)

Għalhekk il-Bulgarija għandha tiġi awtorizzata li tipprojbixxi fit-territorju tagħha, sal-31 ta’ Diċembru 2009, it-tqegħid fis-suq ta’ żrieragħ ta’ varjetajiet imniżżla fil-katalgu komuni li ma ġewx ivvalutati bħala reżistenti għal Orobanche spp. Dan il-perjodu għandu jippermetti lill-Bulgarija li tivvaluta, permezz ta’ testijiet u l-ġbir ta’ tagħrif, jekk il-varjetatjiet ta’ Helianthus annuus elenkati fil-katalgu komuni humiex reżistenti għal Orobanche spp., u jekk ikun meħtieġ li tieħu l-miżuri xierqa skond id-Direttiva 2002/53/KE.

(4)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar iż-Żrieragħ u l-Materjal ta’ Propagazzjoni għall-Agrikoltura, l-Ortikoltura u l-Forestrija,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   B’deroga mill-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2002/53/KE, il-Bulgarija tista’ tipprojbixxi t-tqegħid fis-suq fit-territorju tagħha, sal-31 ta’ Diċembru 2009, ta’ żrieragħ ta’ varjetajiet ta’ Helianthus annuus imniżżla fil-katalgu komuni ta’ varjetajiet ta’ speċi ta’ pjanti agrikoli li, fil-qafas ta’ l-ammissjoni tal-varjetà għall-katalgu nazzjonali, ma ġewx ivvalutati bħala reżistenti għal Orobanche spp.

2.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw il-lista ta’ varjetajiet li ġew hekk ivvalutati bħala reżistenti għal Orobanche spp. lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn 20 jum wara n-notifika ta’ din id-Deċiżjoni. Huma għandhom jaġġornaw dik il-lista b’mod regolari.

Il-katalgu komuni ta’ varjetajiet ta’ speċi ta’ pjanti agrikoli għandu jindika l-varjetajiet ta’ Helianthus annuus li kienu ġew hekk ivvalutati bħala reżistenti għal Orobanche spp.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 2 ta’ Mejju 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 193, 20.7.2002, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1).


Top