This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32007D0313
2007/313/EC: Commission Decision of 30 April 2007 concerning a request from the Republic of Italy to apply a reduced rate of VAT to the supply of electricity for the operation of facilities used for the irrigation, lifting and drainage of waters (notified under document number C(2007) 1823)
2007/313/KE: Deċiżjoni Tal-Kummissjoni tat- 30 ta’ April 2007 dwar talba mingħand ir-Repubblika ta’ l-Italja biex tapplika rata mnaqqsa tal-VAT fuq il-provvista ta’ l-elettriku għat-tħaddim tal-faċilitajiet użati għas-saqi, il-ġbid u d-drenaġġ ta’ ilma (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 1823)
2007/313/KE: Deċiżjoni Tal-Kummissjoni tat- 30 ta’ April 2007 dwar talba mingħand ir-Repubblika ta’ l-Italja biex tapplika rata mnaqqsa tal-VAT fuq il-provvista ta’ l-elettriku għat-tħaddim tal-faċilitajiet użati għas-saqi, il-ġbid u d-drenaġġ ta’ ilma (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 1823)
ĠU L 118, 8.5.2007, p. 18–18
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 18/12/2023
|
8.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 118/18 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-30 ta’ April 2007
dwar talba mingħand ir-Repubblika ta’ l-Italja biex tapplika rata mnaqqsa tal-VAT fuq il-provvista ta’ l-elettriku għat-tħaddim tal-faċilitajiet użati għas-saqi, il-ġbid u d-drenaġġ ta’ ilma
(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 1823)
(It-test bit-Taljan biss huwa awtentiku)
(2007/313/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 102 tagħha,
Billi:
|
(1) |
Permezz ta’ ittra inizjali rreġistrata mal-Kummissjoni fit-3 ta’ Ottubru 2006, segwita minn ittra komplimentari rreġistrata mal-Kummissjoni fit-22 ta’ Jannar 2007, l-Italja għarrfet lill-Kummissjoni li kienet biħsiebha tapplika rata mnaqqsa tal-VAT fuq il-provvista ta’ l-elettriku għat-tħaddim tal-faċilitajiet użati għas-saqi, il-ġbid u d-drenaġġ ta’ ilma minn konsorzji tat-tisqija. |
|
(2) |
L-Italja tixtieq tapplika rata mnaqqsa (ta’ 10 %) fuq il-provvista ta’ l-elettriku għat-tħaddim tal-faċilitajiet użati għas-saqi, il-ġbid u d-drenaġġ ta’ ilma minn konsorzji ta’ l-irrigazzjoni meqjusa bħala entitajiet pubbliċi li, skond il-liġi nazzjonali, huma responsabbli għall-manutenzjoni u għal kull xogħol awżiljari marbut mad-drenaġġ ta’ ilma. Barra minn hekk, jidher li ma hemm l-ebda entità simili, reali jew potenzjali, li tiżvolġi attivitajiet simili fl-Italja. |
|
(3) |
Skond l-Artikolu 39 tad-Direttiva 2006/112/KE, il-provvista ta’ l-elettriku fl-istadju finali, mill-kummerċjanti u d-distributuri sal-konsumaturi finali, tiġi intaxxata fil-post fejn il-konsumatur effettivament juża u jikkonsma l-merkanzija. Dan jiżgura li l-provvista tiġi intaxxata fil-pajjiż fejn tabilħaqq isir il-konsum. |
|
(4) |
Il-miżura ppjanata biex tiġi applikata rata mnaqqsa tal-VAT fuq il-provvista ta’ l-elettriku maħsuba għat-tħaddim tal-faċilitajiet użati għas-saqi, il-ġbid u d-drenaġġ ta’ ilma mhux probabbli li toħloq tagħwiġ tal-kompetizzjoni meta tkun disponibbli għall xi konsorzju jew entità li tħaddem tali faċilitajiet taħt l-istess kundizzjonijiet. |
|
(5) |
Peress li din il-miżura hija ta’ karattru ġenerali (għax ma tkoprix il-provvisti kollha maħsubin għat-tħaddim tal-faċilitajiet użati għas-saqi, il-ġbid u d-drenaġġ ta’ ilma), ma tipprovdix għal xi eċċezzjoni u bħala regola ma tapplikax għal provvisti oħra għal attivitajiet kummerċjali, professjonali jew ta’ natura ekonomika oħra, ma hemmx riskju ta’ tagħwiġ tal-kompetizzjoni. Għaldaqstant, il-kundizzjoni stipulata fl-Artikolu 102 tad-Direttiva 2006/112/KE tibqa’ sodisfatta, u l-Italja għandha tkun awtorizzata li tapplika l-miżura msemmija, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Italja hija b’dan awtorizzata biex tapplika rata mnaqqsa tal-VAT fuq il-provvista ta’ l-elettriku għat-tħaddim tal-faċilitajiet użati għas-saqi, il-ġbid u d-drenaġġ ta’ ilma.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika ta’ l-Italja.
Magħmul fi Brussell, 30 ta’ April 2007.
Għall-Kummissjoni
László KOVÁCS
Membru tal-Kummissjoni
(1) OJ L 347, 11.12.2006, p. 1. Id-Direttiva kif emendata bid-Direttiva 2006/138/KE (ĠU L 384, 29.12.2006, p. 92).