Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007D0210

    2007/210/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tad- 19 ta’ Marzu 2007 dwar il-firma u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Malażja dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta' l-ajru

    ĠU L 94, 4.4.2007, p. 26–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 4M, 8.1.2008, p. 311–312 (MT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/210/oj

    Related international agreement

    32007D0210

    2007/210/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tad- 19 ta’ Marzu 2007 dwar il-firma u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Malażja dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta' l-ajru

    Official Journal L 094 , 04/04/2007 P. 0026 - 0027
    Official Journal L 004 , 08/01/2008 P. 0311 - 0312


    20070319

    Deċiżjoni tal-Kunsill

    tad- 19 ta’ Marzu 2007

    dwar il-firma u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Malażja dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta' l-ajru

    (2007/210/KE)

    IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 80 (2), flimkien ma' l-ewwel sentenza ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 300(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

    Billi:

    (1) Fil- 5 ta' Ġunju 2003, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ in-negozjati ma' pajjiżi terzi dwar il-bdil ta' ċerti dispożizzjonijiet fi ftehimiet bilaterali eżistenti bi ftehim Komunitarju;

    (2) Il-Kummissjoni nnegozjat f'isem il-Komunità Ftehim mal-Gvern tal-Malażja dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta' l-ajru f'konformità mal-mekkaniżmi u d-Direttivi fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ negozjati ma' pajjiżi terzi dwar il-bdil ta' ċerti dispożizzjonijiet fi ftehimiet bilaterali eżistenti bi ftehim Komunitarju;

    (3) Suġġett għall-konklużjoni possibbli tiegħu f'data aktar 'il quddiem, il-Ftehim innegozjat mill-Kummissjoni għandu jiġi ffirmat u applikat provviżorjament.

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    L-iffirmar tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Malażja dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta' l-ajru huwa b'dan approvat f'isem il-Komunità, suġġett għad-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' l-imsemmi Ftehim.

    It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Il-President tal-Kunsill b’dan qed jiġi awtorizzat jinnomina l-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim f'isem il-Komunità, suġġett għall-konklużjoni tiegħu.

    Artikolu 3

    Sa meta jidħol fis-seħħ, il-Ftehim għandu jkun applikat b'mod provviżorju mill-ewwel jum ta’ l-ewwel xahar wara d-data li fiha l-Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin bit-tlestija tal-proċeduri meħtieġa għal dan il-għan.

    Artikolu 4

    Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat jagħmel in-notifika prevista fl-Artikolu 9(2) tal-Ftehim.

    Magħmul fi Brussell, 19 ta’ Marzu 2007.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    Horst Seehofer

    --------------------------------------------------

    Top