EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006R1789

1789/2006/KE: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1789/2006 tal- 5 ta' Diċembru 2006 li jiftaħ u jipprevedi għall-amministrazzjoni tal-kwota tariffarja għall-importazzjoni tal-banana li taqa’ fil-kodiċi NM  08030019 li toriġina fil-pajjiżi tal-AKP għall-perjodu mill- 1 ta’ Jannar  sal- 31 ta’ Diċembru 2007

ĠU L 339, 6.12.2006, p. 3–7 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 312M, 22.11.2008, p. 160–164 (MT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 11/12/2010

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/1789/oj

22.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

160


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1789/2006

tal-5 ta' Diċembru 2006

li jiftaħ u jipprevedi għall-amministrazzjoni tal-kwota tariffarja għall-importazzjoni tal-banana li taqa’ fil-kodiċi NM 0803 00 19 li toriġina fil-pajjiżi tal-AKP għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2007

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1964/2005 tad-29 ta’ Novembru 2005 dwar ir-rati tariffarji għall-banana (1), partikolarment l-Artikolu 2 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 1964/2005 jipprevedi li, kull sena, mill-1 ta’ Jannar, kwota tariffarja awtonoma ta’ piż nett ta’ 775 000 tunnellata soġġetta għal rata ta’ dazju-żero għandha tinfetaħ għal importazzjonijiet tal-banana taħt il-kodiċi NM 0803 00 19 li toriġina f’pajjiżi tal-AKP.

(2)

Il-kwota tariffarja prevista mir-Regolament (KE) Nru 1964/2005 għall-2007 għandha għalhekk tinfetaħ u d-dispożizzjonijiet għall-amministrazzjoni tagħha jiġu stabbiliti għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2007.

(3)

Bħal fil-każ ta’ importazzjonijiet mhux preferenzjali, għandu jkun adottat metodu għall-amministrazzjoni tal-kwota tariffarja sabiex ikunu ffavoriti l-kummerċ internazzjonali u flussi ta’ kummerċ bla xkiel. L-aktar metodu adatt għal dan il-għan ikun li tintuża l-kwota b’ordni kronoloġiku ta’ aċċettazzjoni tad-dikjarazzjonijiet ta’ rilaxx għal ċirkolazzjoni libera (il-metodu “min jiġi l-ewwel, jinqeda l-ewwel”). Madankollu, sabiex tkun żgurata l-kontinwità tan-negozju mal-pajjiżi tal-AKP u, għalhekk, il-fornimenti sodisfaċenti għas-suq Komunitarju waqt li jkun evitat ix-xkiel fil-flussi kummerċjali, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 219/2006 (2) irriżerva, fuq bażi transizzjonali, parti mill-kwota tariffarja għall-operaturi li fornew lill-Komunità b’banana tal-AKP fil-qafas tar-reġim ta’ importazzjoni li preċedentement kien fis-seħħ. Meta tiġi kkunsidrata n-natura transizzjonali ta’ dik id-dispożizzjoni, jidher xieraq li din tkun eliminata progressivament u b’hekk għall-2007 tkun żgurata żieda sostanzjali fil-parti tal-kwota tariffarja mmexxija mill-metodu ta’ min jiġi l-ewwel, jinqeda l-ewwel, billi jiżdied il-proporzjon ta’ importazzjonijiet imwettqa taħt is-sistema minn 60 % għal 81 %.

(4)

Għalhekk għandhom isiru dispożizzjonijiet għal kwantità totali ta’ 146 848 tunnellata tal-kwota tariffarja li tkun riżervata għall-operaturi li fir-realtà importaw banana li toriġina fil-pajjiżi tal-AKP lejn il-Komunità waqt l-2006. Dak il-proporzjon tal-kwota tariffarja għandu jkun amministrat permezz ta’ liċenzji ta’ importazzjoni maħruġa lil kull operator fi proporzjon għall-kwantitajiet importati fuq il-bażi ta’ liċenzji rċevuti minn dawn l-operaturi taħt il-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 219/2006.

(5)

Minħabba l-kwantitajiet disponibbli, għandu jkun stabbilit limitu massimu għall-applikazzjoni ta’ liċenzja li kull operator jista’ jressaq għall-perjodu sal-31 ta’ Diċembru 2007.

(6)

L-aċċess għall-bqija tal-kwota tariffarja għandu jkun miftuħ għall-operaturi kollha stabbiliti fil-Komunità fuq bażi ta’ “min jiġi l-ewwel, jinqeda l-ewwel” skont l-Artikoli 308a, 308b u 308c tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi Kodiċi Doganali Komunitarju (3).

(7)

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament sabiex jippermetti li l-applikazzjonijiet għal liċenzja jitressqu fil-ħin.

(8)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Banana,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett

Il-kwota tariffarja ta’ dazju-żero għall-importazzjoni tal-banana li taqa’ fil-kodiċi NM 0803 00 19 li toriġina minn pajjiżi tal-AKP prevista fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 1964/2005 hija b’dan miftuħa għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2007.

Artikolu 2

Kwantitajiet disponibbli

Il-kwantitajiet disponibbli taħt il-kwota tarifffarja huma stabbiliti bħala 775 000 tunnellata, li minnhom:

(a)

146 848 tunnellata għandhom ikunu amministrati skont il-Kapitolu II u jkollhom in-numru tas-serje 09.4164.

(b)

628 152 tunnellata għandhom ikunu amministrati skont il-Kapitolu III u jkollhom in-numri tal-ordni: 09.1634, 09.1638, 09.1639, 09.1640, 09.1642, 09.1644.

KAPITOLU II

IMPORTAZZJONIJIET TA’ KWANTITAJIET PREVISTI FL-ARTIKOLU 2(A)

Artikolu 3

Liċenzji ta’ importazzjoni

1.   L-importazzjonijiet kollha taħt il-kwota stabbilita fl-Artikolu 2(a) għandhom ikunu soġġetti għat-tressiq ta’ liċenzja ta’ importazzjoni maħruġa skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu.

2.   Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1291/2000 (4) għandu jkun applikabbli, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 8(4) u (5), soġġett għad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 4

Tressiq ta’ applikazzjonijiet għal liċenzja

1.   L-operaturi ekonomiċi stabbiliti fil-Komunità li fir-realtà importaw banana li toriġina f’pajjiżi tal-AKP lejn il-Komunità fl-2006, fuq il-bażi ta’ liċenzji maħruġa taħt il-Kapitolu II tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 219/2006, għandhom ikunu intitolati li jressqu applikazzjonijiet għal liċenzja ta’ importazzjoni.

2.   Il-kwantitajiet li ssir applikazzjoni għalihom minn kull operatur ma jistgħux jaqbżu l-110 % tal-kwantità importata fuq il-bażi ta’ liċenzji allokati lilu taħt il-Kapitolu II tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 219/2006.

3.   L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni għandhom jitressqu minn kull operatur fit-8 u d-9 ta’ Jannar 2007 lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li ħariġhom fl-2006 mal-liċenzji tal-importazzjoni għall-kwantitajiet imsemmija fil-paragrafu 2.

L-awtoritajiet kompetenti f’kull Stat Membru għandhom ikunu kif elenkati fl-Anness. Dik il-lista għandha tkun emendata mill-Kummissjoni fuq talba tal-Istati Membri ikkonċernati.

4.   L-applikazzjonijiet għal liċenzja għandhom ikunu akkumpanjati minn kopja tal-liċenzja(i) użata fl-2006 għal importazzjonijiet tal-banana li toriġina f’pajjiżi tal-AKP, approvata debitament, u d-dokumenti li jipprovaw l-oriġini tal-AKP tal-kwantitajiet taħt dawk il-liċenzji, u l-prova tat-tressiq ta’ garanzija skont it-Titolu III tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2220/85 (5). Il-garanzija għandha tkun EUR 150 kull tunnellata.

5.   Applikazzjonijiet mhux imressqa skont dan l-Artikolu m’għandhomx ikunu ammissibbli.

6.   Il-kaxxa 20 tal-applikazzjonijiet għal liċenzja u tal-liċenzji għandha tinkludi l-entrata “liċenzja skont il-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 1789/2006”.

Artikolu 5

Ħruġ ta’ liċenzji

1.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni mhux aktar tard mill-15 ta’ Jannar 2007 bil-kwantità totali li għaliha tressqu applikazzjonijiet għal liċenzja ammissibbli.

2.   Jekk il-kwantitajiet li ssir applikazzjoni għalihom jaqbżu l-kwantità msemmija fl-Artikolu 2(a), il-Kummissjoni għandha, sa mhux aktar tard mit-18 ta’ Jannar 2007, tistabbilixxi koeffiċjent ta’ allokazzjoni li għandu jkun applikat għal kull applikazzjoni.

3.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom joħorġu l-liċenzji tal-importazzjoni mit-22 ta’ Jannar 2007, u fejn applikabbli japplikaw il-koeffiċjent ta’ allokazzjoni msemmi fil-paragrafu 2.

4.   Fejn, jekk ikun applikat koeffiċjent ta’ allokazzjoni, tinħareġ liċenzja għal kwantità inqas minn dik li ssir applikazzjoni għaliha, il-garanzija msemmija fl-Artikolu 4(4) għandha tinħareġ mingħajr dewmien għall-kwantità mhux mogħtija.

Artikolu 6

Perjodu ta’ validità ta’ liċenzji u notifiki tal-Istat Membru

1.   Il-liċenzji ta’ importazzjoni maħruġa skont l-Artikolu 5(3) għandhom ikunu validi sal-31 ta’ Diċembru 2007.

2.   Minn Frar 2007 sa Jannar 2008 inklużi, l-Istati membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, sa mhux aktar tard mill-15 ta’ kull xahar, bil-kwantitajiet ta’ banana rilaxxati f’ċirkolazzjoni libera waqt ix-xahar preċedenti fuq il-bażi tal-liċenzji maħruġa skont l-Artikolu 5(3).

L-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tintbagħat permezz tas-sistema elettronika indikata mill-Kummissjoni.

3.   L-Istati Membri għandhom jittrażmettu llill-Kummissjoni, sa mhux aktar tard mis-26 ta’ Jannar 2007, il-lista ta’ operaturi li qed joperaw taħt dan ir-Regolament.

Il-Kummissjoni tista’ tikkomunika dawn il-listi lill-Istati Membri l-oħra.

Artikolu 7

Formalitajiet għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera

1.   L-uffiċċji doganali li lilhom jiġu ppreżentati d-dikjarazzjonijiet għall-importazzjoni bil-ħsieb tar-rilaxx f’ċirkolazzjoni libera tal-banana għandhom:

(a)

iżommu kopja ta’ kull liċenzja ta’ importazzjoni u estratt minnha approvat meta tkun aċċettata dikjarazzjoni ta’ rilaxx f’ċirkolazzjoni libera; u

(b)

jgħaddu, fl-aħħar ta’ kull ħmistax, it-tieni kopja ta’ kull liċenzja ta’ importazzjoni u estratt approvat lill-awtoritajiet tal-Istat Membru tagħhom elenkati fl-Anness.

2.   L-awtoritajiet imsemmija fil-paragrafu 1(b) għandhom, fl-aħħar ta’ kull ħmistax, jgħaddu kopja tal-liċenzji u estratti riċevuti lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri elenkati li ħarġu dawk id-dokumenti.

3.   Fejn hemm dubju dwar l-awtentiċità tal-liċenzja, tal-estratt, jew ta’ kwalunkwe informazzjoni fi jew firem fuq id-dokumenti ppreżentati, jew dwar l-identità tal-operaturi li jimlew il-formalitajiet għal rilaxx f’ċirkolazzjoni libera jew f’isem min dawk il-formalitajiet jimtlew, u fejn huma suspettati irregolaritajiet, l-uffiċjali doganali li jkunu ppreżentati b’dawk id-dokumenti għandhom immedjatament jgħaddu dik l-informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li ħareġ id-dokumenti u lill-Kummissjoni, għall-finijiet ta’ verifika sħiħa.

4.   Fuq il-bażi tal-informazzjoni riċevuta skont il-paragrafi 1, 2 u 3, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri elenkati fl-Anness għandhom iwettqu l-kontrolli addizzjonali meħtieġa biex jiżguraw l-amministrazzjoni adatta tal-arranġamenti tal-kwoti tariffarji, b’mod partikolari verifika tal-kwantitajiet importati skont dawk l-arranġamenti, permezz ta’ tqabbil preċiż tal-liċenzji u l-estratti maħruġa mal-liċenzji u l-estratti użati. Għal dak il-għan, huma għandhom jivverifikaw b’mod partikolari l-awtentiċità u l-konformità tad-dokumenti użati u li d-dokumenti intużaw mill-operaturi.

KAPITOLU III

IMPORTAZZJONIJIET TAL-KWANTITAJIET PREVISTI FL-ARTIKOLU 2(B)

Artikolu 8

Amministrazzjoni

1.   Il-kwantità prevista fl-Artikolu 2(b) għandha tkun diviża f’sitt porzjonijiet, kull wieħed ta’ 104 692 tunnellata, kif ġej:

Numru tal-ordni

Perjodu ta’ kwota

09.1634

1 ta’ Jannar sat-28 ta’ Frar

09.1638

1 ta’ Marzu sat-30 ta’ April

09.1639

1 ta’ Mejju sat-30 ta’ Ġunju

09.1640

1 ta’ Lulju sal-31 ta’ Awwissu

09.1642

1 ta’ Settembru sal-31 ta’ Ottubru

09.1644

1 ta’ Novembru sal-31 ta’ Diċembru

2.   Il-porzjonijiet previsti fil-paragrafu 1 għandhom ikunu amministrati skont l-Artikoli 308a, 308b u 308c tar-Regolament (KE) Nru 2454/93.

KAPITOLU IV

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 9

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 5 ta' Diċembru 2006.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 316, 2.12.2005, p. 1.

(2)  ĠU L 38, 9.2.2006, p. 22. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1261/2006 (ĠU L 230, 24.8.2006, p. 3).

(3)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 402/2006 (ĠU L 70, 9.3.2006, p. 35).

(4)  ĠU L 152, 24.6.2000, p. 1.

(5)  ĠU L 205, 3.8.1985, p. 5.


ANNESS

Awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri:

 

Il-Belġju

Bureau d'intervention et de restitution belge/Belgisch Interventie- en Restitutiebureau

Rue de Trèves, 82/Trierstraat 82

B-1040 Bruxelles/Brussel

 

Ir-Repubblika Ċeka

Státní zemědělský intervenční fond

Ve Smečkách 33

CZ-110 00 Praha 1

 

Id-Danimarka

Ministeriet for Fødevarer, Landbrug og Fiskeri

Direktoratet for Fødevareerhverv; Eksportstøttekontoret

Nyropsgade 30

DK-1780 København V

 

Il-Ġermanja

Bundesanstalt für Landwirtschaft und Ernährung

Referat 322

Deichmanns Aue 29

D-53179 Bonn

 

L-Estonja

Põllumajanduse Registrite ja Informatsiooni Amet

Toetuste osakond, kaubandustoetuste büroo

Narva mnt 3

EE-51009 Tartu

 

Il-Greċja

OKEPEKE (ex-GEDIDAGEP)

Directorate Fruits and Vegetables, Wine and Industrial Products

241, Acharnon Street

GR-10446 Athens

ΟΠΕΚΕΠΕ

Δ/νση οπωροκηπευτικών, αμπελοοινικών και βιομηχανικών προϊόντων

Αχαρνών 2

Τ.Κ. 10446, Αθήνα

 

Spanja

Ministerio de Industria, Turismo y Comercio

Secretaría General de Comercio Exterior

Paseo de la Castellana, 162

E-28046 Madrid

 

Franza

Office de développement de l'économie agricole des départements d'outre-mer (Odeadom)

46-48, rue de Lagny

F-93104 Montreuil Cedex

 

L-Irlanda

Department of Agriculture & Food

Crops Policy & State Bodies Division

Agriculture House (3W)

Kildare Street

Dublin 2

Ireland

 

L-Italja

Ministero del Commercio internazionale

Direzione generale per la Politica commerciale — Div. II

Viale Boston, 25

I-00144 Roma

 

Ċipru

Υπουργείο Εμπορίου, Βιομηχανίας και Τουρισμού

Μονάδα Αδειών Εισαγωγών — Εξαγωγών

CY 1421 Κύπρος

Ministry of Commerce, Industry and Tourism

Import & Export Licensing Unit

CY 1421 Cyprus

 

Il-Latvja

Zemkopības ministrijas

Lauku atbalsta dienests

Tirdzniecības mehānismu departaments

Licenču daļa

Republikas laukums 2

LV-1981 Rīga

 

Il-Litwanja

Nacionalinė mokėjimo agentūra

Užsienio prekybos departamentas

Blindžių g. 17

LT-08111 Vilnius

 

Il-Lussemburgu

Direction des douanes et accises

Division “douane/valeur”

26, place de la Gare

L-1616 Luxembourg

 

L-Ungerija

Magyar Kereskedelmi Engedélyezési Hivatal

Margit krt. 85

HU-1024 Budapest

 

Malta

Il-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent

Id-Diviżjoni tas-Servizzi Agrikoli u Żvilupp Rurali

L-Aġenzija tal-Pagamenti

Trade Mechanisims

Ċentru Nazzjonali tas Servizzi Agrikoli u Żvilupp Rurali, L-Għammieri

Il-Marsa CMR 02

Malta

 

L-Olanda

Produktschap Tuinbouw

Louis Pasteurlaan 6

Postbus 280

2700 AG Zoetermeer

Nederland

 

L-Awstrija

Agrarmarkt Austria

Dresdner Straße 70

A-1200 Wien

 

Il-Polonja

Agencja Rynku Rolnego

Biuro Administrowania Obrotem Towarowym z Zagranicą

ul. Nowy Świat 6/12

00-400 Warszawa

Polska

 

Il-Portugall

Ministério das Finanças e da Administração Pública

Direcção-Geral das Alfândegas e dos Impostos Especiais sobre o Consumo

Direcção de Serviços de Licenciamento

Rua Terreiro do Trigo — Edifício da Alfândega

P-1149-060 Lisboa

 

Is-Slovenja

Agencija RS za kmetijske trge in razvoj podeželja

Oddelek za zunanjo trgovino

Dunajska cesta 160

SI-1000 Ljubljana

 

Is-Slovakkja

Pôdohospodárska platobná agentúra

Dobrovičova 12

815 26 Bratislava

Slovenská republika

 

Il-Finlandja

Maa- ja Metsätalousministeriö

PL 30

FIN-00023 Valtioneuvosto, Helsinki

 

L-Iżvezja

Jordbruksverket

Interventionsenheten

S-551 82 Jönköping

 

Ir-Renju Unit

Rural Payment Agency

External Trade Division

Lancaster House

Hampshire Court

Newcastle Upon Tyne

NE4 7YH

United Kingdom

 

Il-Bulgarija

Министерство на земеделието и горите

Дирекция “Маркетинг и регулаторни режими”

Бул. “Христо Ботев”, 55

София, 1040

България

Ministry of Agriculture and Forestry

Marketing and Regulatory Regimes Directorate

55, Hristo Botev blvd.

Sofia, 1040

 

Ir-Rumanija

Agentia de Plati si Interventie pentru Agricultura

Directia de Masuri de Piata — Comert Exterior

B-dul Carol l nr. 17, sector 2

Bucuresti

Romania


Top