Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006R1692

    Regolament (KE) Nru 1692/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l- 24 ta' Ottubru 2006 li jistabbilixxi t-tieni programm Marco Polo għall-għoti ta’ assistenza finanzjarja tal-Komunità biex tittejjeb il-prestazzjoni ambjentali tas-sistema tat-trasport tal-merkanzija ( Marco Polo II ), u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1382/2003 Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

    ĠU L 328, 24.11.2006, p. 1–13 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 10/10/2009

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/1692/oj

    24.11.2006   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    1


    REGOLAMENT (KE) NRU 1692/2006 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    ta’ l-24 ta' Ottubru 2006

    li jistabbilixxi t-tieni programm “Marco Polo” għall-għoti ta’ assistenza finanzjarja tal-Komunità biex tittejjeb il-prestazzjoni ambjentali tas-sistema tat-trasport tal-merkanzija (“Marco Polo II”), u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1382/2003

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 71(1) u 80(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

    Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali (1),

    Wara li kkonsultaw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni,

    Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),

    Billi:

    (1)

    Il-“White Paper” tal-Kummissjoni dwar il-Politika Komuni għat-Trasport ta’ Settembru 2001 tisħaq dwar l-iżvilupp ta' l-intermodalità bħala mezz prattiku u effettiv biex tinkiseb sistema tat-trasport bilanċjata, u tipproponi mhux biss l-iżvilupp ta' Toroq tat-tbaħħir, possibiltajiet marittimi intermodali integrati u ta’ kwalità għolja, imma wkoll l-użu aktar intensiv tat-trasport ferrovjarju u tal-passaġġi ta' l-ilma interni bħala elementi importanti f'din l-istrateġija. Fil-laqgħa tiegħu f’Gothenburg fil-15 u s-16 ta’ Ġunju 2001, il-Kunsill Ewropew iddikjara li fil-qalba ta’ strateġija għall-iżvilupp sostenibbli hemm iċ-ċaqliq tal-bilanċ bejn il-mezzi tat-trasport. Barra minn dan, fil-laqgħa tiegħu f'Barċellona tal-15 u s-16 ta’ Marzu 2002, il-Kunsill Ewropew saħaq dwar il-ħtieġa li titnaqqas il-konġestjoni fil-postijiet fejn jinġemgħa t-traffiku f'bosta reġjuni, b'mod partikolari l-Alpi, il-Pirenej u l-Baħar Baltiku – indikazzjoni li l-linji marittimi ta’ Toroq tat-tbaħħir huma parti integrali u importanti tan-Netwerk Trans Ewropew tat-Transport. Programm ta' finanzjament għall-intermodalità mmexxi mis-suq huwa strument ċentrali biex tiġi żviluppata aktar l-intermodalità u għandu jappoġġja b'mod speċifiku l-ħolqien ta' Toroq tat-tbaħħir, u li jiżgura, fost l-oħrajn, titjib fil-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali u fit-trasport ferrovjarju u tal-passaġġi ta' l-ilma interni.

    (2)

    Jekk ma tittieħed l-ebda azzjoni deċiżiva, it-total tat-trasport tal-merkanzija bit-triq fl-Ewropa huwa previst li jikber b’aktar minn 60 % sa l-2013. L-effett ikun tkabbir stmat fil-volum ta’ merkanzija internazzjonali tat-triq għall-perjodu 2007-2013 ta’ 20.5 biljun kilometru-tunnellata fis-sena għall-25 Stat Membru ta’ l-Unjoni Ewropea, b’konsegwenzi negattivi f’dak li għandu x’jaqsam ma' spejjeż addizzjonali ta' infrastruttura tat-toroq, ma' inċidenti, ma' konġestjoni, ma' tniġġis lokali u globali, ma' affidabilità tal-katina tal-provvista u ta' proċessi ta’ loġistika u ma' ħsara ambjentali.

    (3)

    Sabiex wieħed ilaħħaq ma’ dan it-tkabbir fit-trasport tal-merkanzija bit-triq, it-tbaħħir fil-qosor, it-trasport ferrovjarju u t-trasport permezz ta' passaġġi ta' l-ilma interni, għandhom jiġu użati aktar mil-lum, u huwa meħtieġ li jiġu stimulati aktar inizjattivi qawwija mis-settur tat-trasport u tal-loġistika, per eżempju l-iżvilupp ta' innovazzjoni teknika fil-vetturi ferrovjarji, biex titnaqqas il-konġestjoni fit-triq.

    (4)

    Il-programm stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 1382/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Lulju 2003 dwar l-għoti ta’ assistenza finanzjarja Komunitarja biex tittejjeb il-prestazzjoni ambjentali tas-sistema tat-trasport tal-merkanzija (Programm Marco Polo) (3), għandu għalhekk jittejjeb permezz ta’ azzjonijiet ġodda, li jimmiraw lejn it-tnaqqis attwali fit-trasport internazzjonali bit-triq. Il-Kummissjoni għalhekk proponiet programm aktar b’saħħtu, minn hawn ’il quddiem “il-Programm Marco Polo II”, jew “il-Programm”, biex tittejjeb l-intermodalità, titnaqqas il-konġestjoni fit-toroq u biex tittejjeb il-prestazzjoni ambjentali tas-sistema tat-trasport tal-merkanzija fil-Komunità. Biex jintlaħaq dan l-għan, il-Programm għandu jappoġġja azzjonijiet fis-swieq tat-trasport tal-merkanzija, tal-loġistika u ta’ swieq oħra rilevanti, filwaqt li jitqiesu l-ħtiġîjiet ta' l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs). Għandu jgħin biex għallinqas tiġi mċaqalqa ż-żieda totali mistennija fit-traffiku internazzjonali tal-merkanzija bit-triq, imma preferibilment aktar minn hekk, għat-tbaħħir fil-qosor, għal ferroviji u għal passaġġi ta' l-ilma interni jew għal kombinazzjoni ta’ mezzi ta’ trasport li fihom vjaġġi bit-triq ikunu qosra kemm jista’ jkun. Il-programm Marco Polo stabbilit bir-Regolament (KE) Nru. 1382/2003 għandu għalhekk jinbidel.

    (5)

    Il-Programm Marco Polo II fih bosta tipi differenti ta' azzjonijiet, li għandhom jikkontribwixxu għal ċaqliq modali li jista' jitkejjel u li jista' jiġi sostnut u koperazzjoni aħjar fis-suq intermodali. Barra minn dan azzjonijiet taħt il-Programm Marco Polo II għandhom jikkontribwixxu wkoll għat-tnaqqis attwali fit-trasport internazzjonali tal-merkanzija bit-triq.

    (6)

    L-azzjonijiet li għandhom jiġu ffinanzjati taħt il-Programm Marco Polo II għandhom ikunu internazzjonali fil-firxa ġeografika tagħhom. Sabiex tiġi riflessa d-dimensjoni Ewropea ta' l-azzjonijiet, il-proġetti għandhom jiġu preżentati minn impriżi stabbiliti f'pajjiżi differenti, fis-sura ta' konsorzju li qed jippreżenta azzjoni. Entitajiet tal-liġi pubblika għandhom ikunu intitolati jipparteċipaw f’konsorzju bħal dan meta jkunu involuti f'attivitajiet ekonomiċi, skond il-liġijiet nazzjonali tagħhom.

    (7)

    L-applikanti għandhom ikunu jistgħu jippreżentaw proġetti ġodda jew, fejn hu xieraq, proġetti eżistenti li l-aħjar jissodisfaw il-bżonnijiet kurrenti tas-suq. Proġetti xierqa, b'mod partikulari dawk li jqisu l-ħtiġijiet ta' l-SME's, m’għandhomx jiġu skoraġġati minn definizzjoni iebsa wisq ta’ azzjonijiet eliġibbli.

    (8)

    Jista’ jkun hemm każijiet fejn il-benefiċċji li jiġi żviluppat servizz eżistenti jkunu għall-inqas l-istess, f’dak li għandu x’jaqsam maċ-ċaqliq modali addizzjonali, il-kwalità u l-vantaġġi ambjentali u ta' vijabilità, bħal dawk fejn jinbeda servizz ġdid b’nefqa konsiderevoli.

    (9)

    Biex tkun trasparenti, oġġettiva u delimitata b’mod ċar, l-assistenza għat-tnedija ta’ azzjonijiet ta’ ċaqliq modali per eżempju għandha tkun ibbażata fuq l-iffrankar ta’ l-ispejjeż għas-soċjetà b’riżultat ta’ l-użu tat-tbaħħir fil-qosor, trasport bil-ferrovija u bil-passaġġi ta' l-ilma interni, minflok ta' trasport bit-triq biss. Għal din ir-raġuni, dan ir-Regolament għandu jipprovdi ammont indikattiv ta’ assistenza finanzjarja b'referenza għal ċaqliq ta' merkanzija bit-triq għal kull kilometru-tunnellata.

    (10)

    L-għajnuna finanzjarja tal-Komunità bbażata fuq kilometri-tunnellata imċaqilqa mit-triq għal tbaħħir fil-qosor, għal trasport ferrovjarju jew għal trasport permezz ta' passaġġi ta' l-ilma interni jew ibbażata fuq l-evitar ta' kilometri-tunnellata jew kilometri-vettura ta' merkanzija bit-triq, għandha tkun aġġustabbli sabiex ikunu premjati proġetti ta' kwalità għolja jew proġetti li juru benefiċċju ambjentali reali.

    (11)

    Meta jkunu qed jiġu allokati l-fondi, għandha tingħata attenzjoni speċjali lil dawk iz-zoni sensittivi u metropolitani fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni ġeografiku tal-Programm.

    (12)

    Ir-riżultati ta’ l-azzjonijiet kollha tal-Programm għandhom jiġu mxerrda kif inhu xieraq, sabiex jiġu żgurati l-pubbliċità, t-trasparenza u l-iskambju ta' l-aħjar prattiki.

    (13)

    Matul il-proċedura ta’ l-għażla u matul il-perjodu ta’ ħajja ta’ l-azzjoni, huwa meħtieġ li jiġi żgurat li l-azzjonijiet magħżula jikkontribwixxu tabilħaqq għall-politika komuni dwar it-trasport u ma jikkawżawx distorsjonijiet tal-kompetizzjoni kontra l-interess komuni. Il-Kummissjoni għandha għalhekk tevalwa l-implimentazzjoni taż-żewġ Programmi. Għandha tippreżenta r-rapport ta’ evalwazzjoni dwar ir-riżultati miksuba mill-Programm Marco Polo għall-perjodu 2003-2006 sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2007.

    (14)

    L-azzjonijiet m'għandhomx jikkawżaw distorsjonijiet tal-kompetizzjoni, b'mod partikolari, bejn mezzi ta' trasport minbarra dawk tat-trasport tat-triq jew fi ħdan kull mod alternattiv, sal-punt li jkunu kontra l-interess komuni. Għandha tingħata attenzjoni speċjali sabiex jiġu evitati distorsjonijiet bħal dawn, sabiex l-azzjonijiet jikkontribwixxu għaċ-ċaqliq tat-trasport tal-merkanzija mit-trasport bit-triq għal metodi alternattivi, u mhux li jnaqqsu l-merkanzija minn servizz eżistenti ta' ferrovija, ta' tbaħħir fil-qosor jew permezz ta' passaġġi ta' l-ilma interni.

    (15)

    Ladarba l-għanijiet tal-Programm Marco Polo II ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed mill-Istati Membri u għalhekk jistgħu, minħabba l-firxa tal-Programm, jintlaħqu aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista' tadotta miżuri, b'mod konformi il-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju ta' proporzjonalità kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx 'l hinn minn dak li hu meħtieġ biex jinkiseb dak il-għan.

    (16)

    Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistipula l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' implimentazzjoni mgħotija lill-Kummissjoni (4).

    (17)

    Dan ir-Regolament jistabbilixxi pakkett finanzjarju għall-perjodu sħiħ tal-Programm, li għandu jkun ir-referenza primarja għall-awtorità tal-baġit, skond it-tifsira tal-punt 37 tal-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina tal-baġit u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (5), għall-awtorità tal-baġit matul il-proċedura annwali tal-baġit.

    (18)

    Sabiex jiġu mħarsa l-kontinwità u t-trasparenza tal-Programm Marco Polo, għandhom isiru dispożizzjonijiet ta’ transizzjoni dwar kuntratti u l-proċedura ta’ l-għażla,

    ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

    KAPITOLU I

    DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI

    Artikolu 1

    Suġġett

    Dan ir-Regolament jistabilixxi strument ta’ finanzjament, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Programm Marco Polo II”, jew “il-Programm”, biex titnaqqas il-konġestjoni u biex titjieb il-prestazzjoni ambjentali tas-sistema tat-trasport u jitjieb it-trasport intermodali, u b'hekk isir kontribut għal sistema ta' trasport effiċjenti u sostenibbli li tipprovdi valur miżjud ta' l-UE mingħajr ma jkun hemm impatt negattiv fuq il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali. Il-perjodu ta’ żmien tal-Programm għandu jkun mill-1 ta’ Jannar 2007 sa l-31 ta’ Diċembru 2013 sabiex tinkiseb, fl-aħħar tal-Programm, ċaqlieqa fit-traffiku li tkun parti sostanzjali miż-żjieda aggregata annwali mistennija fit-traffiku internazzjonali tal-merkanzija bit-triq, imkejjel f'kilometri-tunnellata, għat-tbaħħir fil-qosor, għat-trasport bil-ferrovija u bil-passaġġi ta’ l-ilma interni jew għal kombinazzjoni ta’ mezzi ta’ trasport fejn vjaġġi bit-triq huma qosra kemm jista’ jkun.

    Artikolu 2

    Definizzjonijiet

    Għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament, it-tifsiriet li ġejjin għandhom japplikaw:

    (a)

    “azzjoni” tfisser kull proġett esegwit minn impriżi, li jikkontribwixxi biex titnaqqas il-konġestjoni fis-sistema tat-trasport tal-merkanzija bit-triq u/jew li jtejjeb il-prestazzjoni ambjentali tas-sistema tat-trasport fit-territorji ta’ l-Istati Membri jew tal-pajjiżi li jipparteċipaw; azzjonijiet ta’ kataliżi, azzjonijiet ta' ċaqliq modali u azzjonijiet ta' tagħlim komuni, jistgħu jinkludu diversi progetti koordinati;

    (b)

    “azzjoni ta’ kataliżi” tfisser kull azzjoni innovattiva li hija maħsuba biex tegħleb ostakli strutturali sinifikanti fis-suq tal-Komunità għat-trasport tal-merkanzija li jxekklu l-ħidma effiċjenti tas-swieq, il-kompetitività tat-tbaħħir fil-qosor, tat-trasport bil-ferrovija u bil-passaġġi ta’ l-ilma interni, u/jew l-effiċjenza tal-katini tat-trasport li jagħmlu użu minn dawn il-mezzi, inklużi l-modifika jew il-ħolqien ta' l-infrastruttura anċillari; għall-iskopijiet ta' din id-definizzjoni, tali ostakli strutturali tfisser impediment mhux regolatorju, fattwali u mhux temporanju għall-ħidma xierqa tal-katina tat-trasport tal-merkanzija;

    (ċ)

    “azzjoni ta’ Toroq tat-Tbaħħir” tfisser kull azzjoni innovattiva li ċċaqlaq direttament it-trasport ta' merkanzija mit-triq għat-tbaħħir fil-qosor jew kombinazzjoni ta' tbaħħir fil-qosor flimkien ma’ mezzi oħrajn ta’ trasport fejn il-vjaġġi bit-toroq ikunu qosra kemm jista' jkun; azzjonijiet ta' dan it-tip jistgħu jinkludu l-modifika jew il-ħolqien ta’ infrastruttura anċillari meħtieġa sabiex jiġi implimentat servizz intermodali ta’ trasport marittimu ta’ volum kbir ħafna u ta’ frekwenza għolja li jinkludi, preferibbilment, l-użu tal-modi ta' trasport li l-iżjed jirrispettaw l-ambjent, bħal passaġġi ta' l-ilma interni u ferroviji għat-trasport ta' merkanzija f'żoni interni fuq l-art u servizzi integrati bieb bieb; jekk possibbli, ir-riżorsi tar-reġjuni l-aktar 'il barra għandhom ikunu integrati wkoll;

    (d)

    “azzjoni ta’ ċaqliq modali” tfisser kull azzjoni li b’mod dirett, li jista’ jitkejjel, sostanzjali u immedjat iċċaqlaq it-trasport ta' merkanzija mit-triq għat-tbaħħir fil-qosor, għal ferroviji, għal passaġġi ta' l-ilma interni jew għal kombinazzjoni ta’ mezzi ta’ trasport fejn vjaġġi bit-triq ikunu qosra kemm jista’ jkun, mingħajr ma tkun azzjoni ta’ kataliżi, inkluż, fejn ikun xieraq, ċaqliq modali li jirriżulta mill-iżvilupp ta' servizz eżistenti; il-Kummissjoni għandha teżamina l-possibiltà li tappoġġja proġetti ta' infrastruttura anċillari;

    (e)

    “azzjoni għall-evitar tat-traffiku” tfisser kull azzjoni innovattiva li tintegra t-trasport mal-loġistika ta' produzzjoni biex jiġi evitat perċentwal għoli ta’ trasport tal-merkanzija bit-triq mingħajr ma taffettwa b'mod ħażin il-produzzjoni jew il-ħaddiema; azzjonijiet ta' dan it-tip jistgħu jinkludu l-modifika jew il-ħolqien ta’ infrastruttura u apparat anċillari;

    (f)

    “azzjoni ta’ tagħlim komuni” tfisser kull azzjoni immirata lejn it-titjib tal-koperazzjoni għall-ottimizzar strutturali tal-metodi u proċeduri tal-ħidma fil-katina tat-trasport tal-merkanzija, b’konsiderazzjoni wkoll għall-bżonnijiet loġistiċi;

    (g)

    “azzjoni innovattiva” tfisser kwalunkwe azzjoni li jkun fiha elementi li qatt ma jkunu eżistew f'suq partikulari;

    (h)

    “infrastruttura anċillari” tfisser l-infrastruttura meħtieġa u biżżejjed biex jitwettqu l-għanijiet ta' l-azzjonijiet, inklużi l-installazjonijiet għall-merkanzija/passiġġieri;

    (i)

    “miżura ta' akkumpanjament” tfisser kull miżura li tfittex li tipprepara għal jew li tappoġġja azzjonijiet kurrenti jew tal-ġejjieni, inter alia, attivitajiet ta' tixrid (ta' informazzjoni) u monitoraġġ u evalwazzjoni tal-proġetti, kif ukoll il-ġbir u l-analiżi tad-data ta’statistika; miżuri maħsuba għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti, proċessi jew servizzi, attivitajiet ta’ marketing u promozzjoni tal-bejgħ m’humiex miżuri ta' akkumpanjament;

    (j)

    “miżura preparatorja” tfisser kull miżura meħuda fi preparazzjoni għal azzjoni ta' kataliżi, ta' triq tal-baħar jew għall-evitar tat-traffiku bħalma huma studji tekniċi, operattivi jew ta’ fattibilità finanzjarja u ttestjar ta’ apparat;

    (k)

    “impriża” tfisser kull entità li hija mdaħħla f’attività ekonomika, mingħajr ma jingħata każ ta’ l-istatus legali ta’ l-entità u tal-mod ta’ kif hija ffinanzjata;

    (l)

    “konsorzju” ifisser kull arranġament li jiġi esegwit minn għall-inqas żewġ impriżi flimkien u li jaqsmu l-riskju li għandu x’jaqsam ma’ l-azzjoni;

    (m)

    “kilometru-tunnellata” tfisser it-trasport ta’ tunellata merkanzija, jew l-ekwivalenti volumetriku tagħha fuq distanza ta’ kilometru;

    (n)

    “kilometru-vettura” tfisser il-moviment ta’ trakk, mgħobbi jew vojt, fuq distanza ta’ kilometru;

    (o)

    “pajjiż terz fil-qrib” ifisser kull pajjiż li mhux membru ta' l-Unjoni Ewropea bi fruntiera komuni ma' l-Unjoni Ewropea jew b’linja tal-kosta f’baħar magħluq jew semi-magħluq li huwa kontigwu ma’ l-Unjoni Ewropea.

    Artikolu 3

    Kamp ta' applikazzjoni

    1.   Il-Programm ikopri azzjonijiet:

    (a)

    li jinvolvu t-territorju ta’ mill-inqas żewġ Stati Membri,

    jew

    (b)

    li jinvolvu t-territorju ta’ mill-inqas Stat Membru wieħed u t-territorju ta’ pajjiż terz fil-qrib.

    2.   Fejn azzjoni tinvolvi t-territorju ta’ pajjiż terz, infiq li jirriżulta fit-territorju ta’ dak il-pajjiż m'għandux ikun kopert mill-Programm, ħlief fiċ-ċirkostanzi stabbiliti fil-paragrafi 3 u 4.

    3.   Il-Programm għandu jkun miftuħ għall-parteċipazzjoni minn pajjiżi li huma kandidati għall-adeżjoni ma' l-Unjoni Ewropea. Il-parteċipazzjoni għandha tkun irregolata mill-kundizzjonijiet imniżżla fil-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni ma’ dawk il-pajjiżi, u abbażi tar-regoli mniżżla fid-deċiżjonijiet tal-Kunsill ta’ l-Assoċjazzjoni għal kull pajjiż ikkonċernat.

    4.   Il-Programm għandu jkun miftuħ ukoll għall-parteċipazzjoni tal-pajjiżi EFTA u taż-ŻEE u pajjiżi terzi fil-qrib, abbażi ta’ l-approprjazzjonijiet supplementari skond il-proċeduri li għandhom jiġu miftehma ma’ dawk il-pajjiżi.

    KAPITOLU II

    APPLIKANTI U AZZJONIJIET ELIĠIBBLI

    Artikolu 4

    Applikanti eliġibbli

    1.   L-azzjonijiet għandhom jiġu ppreżentati minn konsorzjum ta’ żewġ impriżi jew iżjed, stabbiliti f’mill-inqas żewġ Stati Membri differenti jew f’mill-inqas Stat Membru wieħed u pajjiż terz fil-qrib, jew jistgħu, fil-każ ta' kollegamenti ma' pajjiż terz fil-qrib, f'każijiet eċċezzjonali, jiġu ppreżentati minn impriża waħda stabbilita fi Stat Membru.

    2.   Impriżi stabbiliti barra minn wieħed mill-pajjiżi parteċipanti imsemmija fl-Artikolu 3(3) u (4) jistgħu jkunu assoċjati ma’ proġett, imma ma jistgħu f’ebda ċirkostanza jirċievu finanzjament Komunitarju taħt il-Programm.

    Artikolu 5

    Azzjonijiet eliġibbli u kundizzjonijiet tal-finanzjament

    1.   L-azzjonijiet li ġejjin għandhom ikunu eliġibbli għall-finanzjament taħt il-Programm:

    (a)

    azzjonijiet ta’ kataliżi; dawk immirati li jtejbu s-sinerġiji fis-setturi tal-ferroviji, tal-passaġġi ta' l-ilma interni u tat-tbaħħir fil-qosor, inklużi l-toroq tat-tbaħħir, billi jużaw aħjar l-infrastrutturi eżistenti, ħaqqhom attenzjoni speċifika b’mod partikulari;

    (b)

    azzjonijiet ta’ Toroq tat-Tbaħħir; fl-Unjoni Ewropea azzjonijiet bħal dawn għandhom jużaw in-netwerks trans-Ewropej kif definiti fid-Deċiżjoni Nru. 1692/96/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-23 ta' Lulju 1996 dwar linji gwida għall-iżvilupp tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport (6);

    (ċ)

    azzjonijiet ta' ċaqliq modali;

    (d)

    azzjonijiet ta’ evitar tat-traffiku;

    (e)

    azzjonijiet ta’ tagħlim komuni.

    2.   Il-kundizzjonijiet ta’ finanzjament speċifiku u rekwiżiti oħra għall-azzjonijiet varji huma mniżżla fl-Anness I. Il-kundizzjonijiet ta’ finanzjament għal infrastrutturi anċillari skond it-tifsira ta' l-Art. 2 (h) huma stabbiliti fl-Anness II.

    3.   L-għajnuna finanzjarja tal-Komunità għandha tkun ibbażata fuq kuntratti li għandhom jiġu negozjati mill-Kummissjoni u l-benefiċjarju. It-termini u l-kundizzjonijiet ta' dawk il-kuntratti għandhom, kemm jista' jkun, iżommu l-piżijiet finanzjarji u amministrattivi minimi, per eżempju billi jiffaċilitaw garanziji bankarji li jkunu vantaġġjużi għan-negozju kif kontemplat fir-regoli u regolamenti applikabbli, speċjalment ir-Regolament (KE, Euratom) Nru. 1605/2002 tal-Kunsill tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (7), sabiex tinkiseb effiċjenza u flessibilità amministrattiva massima.

    4.   Bla ħsara għall-objettivi politiċi ġenerali msemmija fl-Artikolu 1, il-prijoritajiet annwali fis-sejħa għal applikazzjonijiet konnessi ma' azzjonijiet ta' kataliżi u ma' azzjonijiet ta' tagħlim komuni għandhom ikunu stabbiliti, u jekk ikun hemm bżonn, eżaminati mill-Kummissjoni, mgħejuna mill-Kumitat msemmi fl-Artikolu 10 u skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 10 (2).

    Artikolu 6

    Regoli dettaljati

    Ir-regoli dettaljati li għandhom x’jaqsmu mal-proċedura tal-preżentazzjoni u l-għażla ta’ l-azzjonijiet taħt il-Programm għandhom ikunu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 10(2).

    Artikolu 7

    Għajnuna mill-Istat

    L-assistenza finanzjarja tal-Komunità għall-azzjonijiet koperti mill-Programm m'għandhiex twaqqaf dawk l-azzjonijiet milli jirċievu assistenza Statali, fuq livell nazzjonali, reġjonali jew lokali sakemm din l-għajnuna tkun kompatibbli ma' l-arranġamenti dwar l-għajnuna mill-Istat mniżżla fit-Trattat u fil-limiti kumulattivi stabbiliti għal kull tip ta' azzjoni stipulata fl-Anness I. L-għajnuna totali mogħtija fis-sura ta’ għajnuna mill-Istat u assistenza finanzjarja Komunitarja f’dak li għandu x’jaqsam ma' infrastruttura anċillari m'għandhiex tiżboq il-50 % ta’ l-ispejjeż eliġibbli.

    KAPITOLU III

    PREŻENTAZZJONI U GĦAŻLA TA’ L-AZZJONIJIET

    Artikolu 8

    Preżentazzjoni ta’ l-azzjonijiet

    L-azzjonijiet għandhom ikunu preżentati lill-Kummissjoni skond ir-regoli dettaljati maħruġa taħt l-Artikolu 6. Il-preżentazzjonijiet għandhom jinkludu t-tagħrif kollu meħtieġa li jippermettu lill-Kummissjoni li tagħmel l-għażla tagħha skond l-Artikolu 9.

    Artikolu 9

    Għażla ta’ azzjonijiet għall-assistenza finanzjarja

    L-azzjonijiet ippreżentati għandhom jiġu evalwati mill-Kummissjoni. Fl-għażla ta’ azzjonijiet għall-assistenza finanzjarja taħt il-Programm, il-Kummissjoni għandha tqis dan li ġej:

    (a)

    l-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 1;

    (b)

    il-kundizzjonijiet stipulati f'Annessi I u II, skond il-każ;

    (ċ)

    il-kontribuzzjoni ta’ l-azzjonijiet biex titnaqqas il-konġestjoni fit-toroq;

    (d)

    il-merti ambjentali relattivi ta' l-azzjonijiet, inkluż l-kontribut tagħhom biex jitnaqqsu l-effetti ambjentali negattivi kkaġunati mit-tbaħħir fil-qosor, ferroviji u passaġġi ta' l-ilma interni. Attenzjoni speċifika tingħata lil dawk il-proġetti li jmorru lil hinn mill-bżonnijiet ambjentali li jorbtu legalment;

    (e)

    is-sostenibbiltà komplessiva ta’ l-azzjonijiet.

    Id-deċiżjoni biex tingħata assistenza finanzjarja għandha tiġi adottata skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 10(2).

    Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-benefiċjarji bid-deċiżjoni.

    KAPITOLU IV

    DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

    Artikolu 10

    Kumitat

    1.   Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn kumitat.

    2.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

    Il-perjodu stabbilit fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' tliet xhur.

    3.   Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu.

    Artikolu 11

    Baġit

    Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm Marco Polo II, għall-perjodu ta' bejn l-1 ta' Jannar 2007 sal-31 ta' Diċembru 2013, għandu jkun EUR 400 miljun (8).

    L-approprjazzjonijiet annwali għandhom jiġu awtorizzati mill-awtorità tal-baġit fil-limiti tal-qafas finanzjarju.

    Artikolu 12

    Riżerva għall-miżuri ta' akkumpanjament u evalwazzjoni tal-Programm

    Sa 5 % tal-baġit previst f’dan ir-Regolament għandu jitwarrab għall-miżuri ta' akkumpanjament u evalwazzjoni indipendenti ta’ l-implimentazzjoni ta’ l-Artikolu 5.

    Artikolu 13

    Il-Protezzjoni ta’ l-interessi finanzjari tal-Komunitajiet Ewropej

    1.   Il-Kummissjoni għandha tiżgura li, meta azzjonijiet iffinanzjati skond dan ir-Regolament ikunu implimentati, l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej jkunu protetti permezz ta' l-applikazzjoni ta' miżuri preventivi kontra l-frodi, il-korruzzjoni u attivitajiet illegali oħrajn, permezz ta' verifiki effettivi u ta' l-irkuprar ta' l-ammonti mħallsin meta ma kienux dovuti u, jekk ikunu identifikati xi irregolaritajiet, permezz ta' penali effettivi, proporzjonali u dissważivi, skond ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej (9), ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar kontrolli fuq il-post u spezzjonijiet imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (10), u skond ir-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Mejju 1999 dwar investigazzjonijiet imwettqa mill-Uffiċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF) (11).

    2.   Għall-azzjonijiet iffinanzjati skond dan ir-Regolament, l-idea ta' irregolarità msemmija fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95 għandha tfisser kwalunkwe ksur ta' dispożizzjoni tal-liġi ta' l-Unjoni Ewopea jew kwalunkwe ksur ta' obbligu kuntrattwali li jirriżulta minn azzjoni jew ommissjoni minn operatur ekonomiku, li jkollu, jew jista' jkollu, l-effett li jippreġudika l-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea jew il-baġits amministrati minnha, b'punt ta' nfiq mhux iġġustifikat.

    3.   Kuntratti jew ftehim, kif ukoll ftehim ma’ pajjiżi terzi parteċipi li jirriżultaw minn dan ir-Regolament għandhom jipprovdu, b’mod partikolari għas-superviżjoni u l-kontroll finanzjarju mill-Kummissjoni (jew kull rappreżentant awtorizzat minnha) u l-verifiki mill-Qorti ta’ l-Awdituri, jekk hu meħtieġ fuq il-post.

    Artikolu 14

    Evalwazzjoni

    1.   Il-Kummissjoni għandha tinforma mhux inqas minn darbtejn fis-sena dwar l-eżekuzzjoni finanzjarja tal-Programm u tagħti aġġornament dwar l-istatus ta' l-azzjonijiet kollha ffinanzjati skond il-Programm.

    Il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjonijiet tal-programm kemm fin-nofs u kemm fl-aħħar sabiex ikun evalwat il-kontribut tiegħu għall-oġġettivi tal-politika dwar it-trasport tal-Komunità u l-użu effettiv magħmul mill-approprazzjonijiet.

    2.   Il-Kummisjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni rapport ta’ evalwazzjoni dwar ir-riżultati miksuba mill-Programm Marco Polo għall-perjodu 2003-2006 sat-30 ta’ Ġunju 2007. Jekk dan ir-rapport juru l-bżonn li l-Programm Marco Polo II ikun aġġustat, il-Kummissjoni għandha tressaq il-proposti skond kif meħtieġ.

    Artikolu 15

    Tħassir

    Ir-Regolament (KE) Nru 1382/2003 huwa b' dan imħassar b'effett mill-14 ta’ Diċembru 2006.

    Kuntratti li għandhom x’jaqsmu ma’ azzjonijiet fi ħdan il-qafas tar-Regolament (KE) Nru. 1382/2003 għandhom ikomplu jkunu regolati b'dak ir-Regolament sakemm ma’ jagħlaq il-perjodu ta' operazzjoni u finanzjarju tagħhom. L-evalwazzjoni kollha u l-proċedura ta’ l-għażla għas-sena 2006 għandha taqa’ ukoll taħt ir-Regolament (KE) Nru. 1382/2003, anki jekk dik il-proċedura tispiċċa fis-sena 2007.

    Artikolu 16

    Dħul fis-seħħ

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ mill-14 ta’ Diċembru 2006.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa applikabli direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Strasburgu, l-24 ta’ Ottubru 2006.

    Għall-Parlament Ewropew

    Il-President

    J. BORRELL FONTELLES

    Għall-Kunsill

    Il-President

    P. LEHTOMÄKI


    (1)  ĠU C 234, 22.9.2005, p. 19.

    (2)  Opinjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Mejju 2006 (għadha mhix pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Ottubru 2006.

    (3)  ĠU L 196, 2.8.2003, p. 1. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 788/2004 (ĠU L 138, 30.4.2004, p. 17).

    (4)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Deċiżjoni kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).

    (5)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

    (6)  ĠU L 228, 9.9.1996, p. 1. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni Nru. 884/2004/KE (ĠU L 167, 30.4.2004, p. 1).

    (7)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

    (8)  Dan l-ammont huwa bbażat fuq figuri ta' l-2004 u għandu jkun suġġett għall-aġġustamenti tekniċi sabiex titqies l-inflazzjoni.

    (9)  ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1.

    (10)  ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2.

    (11)  ĠU L 136, 31.5.1999, p. 1.


    ANNESS I

    Kundizzjonijiet ta’ finanzjament skond l-Artikolu 5 (2)

    Tip ta’ Azzjoni

    A. Kataliżi

    B. Toroq tat-Tbaħħir

    Ċ. Ċaqliq modali

    D. Evitar tat-traffiku

    E. Tagħlim komuni

     

    Art. 5(1)(a)

    Art. 5(1)(b)

    Art. 5(1)(ċ)

    Art. 5(1)(d)

    Art. 5(1)(e)

    1. Kundizzjonijiet għall-finanzjament

    (a)

    Azzjoni ta’ kataliżi ser twettaq l-għanijiet tagħha f’perjodu massimu ta’ 60 xahar, u tibqa’ vijabbli wara dak il-perjodu, kif previst minn pjan tan-negozju realistiku;

    (a)

    L-azzjoni ta’ Toroq tat-Tbaħħir (MoS) ser twettaq l-għanijiet tagħha sa perjodu massimu ta’ 60 xahar u tibqa’ vijabbli wara dak il-perjodu, kif previst minn pjan tan-negozju realistiku;

    (a)

    L-azzjoni ta’ ċaqliq modali ser twettaq l-għanijiet tagħha sa perjodu massimu ta’ 36 xahar u tibqa’ vijabbli wara dak il-perjodu, kif previst minn pjan tan-negozju realistiku;

    (a)

    L-azzjoni ta’ evitar tat-traffiku ser twettaq l-għanijiet tagħha f’perjodu massimu ta’ 60 xahar, u tibqa’ vijabbli wara dak il-perjodu, kif previst minn pjan tan-negozju realistiku;

    (a)

    L-azzjoni ta’ tagħlim komuni ser twassal għat-titjib tas-servizzi kummerċjali fis-suq, u b’mod partikolari għall-promozzjoni u/jew l-iffaċilitar ta’ l-evitar tat-traffiku tat-triq jew iċ-ċaqliq modali 'il bogħod mit-triq u lejn it-tbaħħir fil-qosor, il-ferroviji u passaġġi ta' l-ilma interni permezz ta' titjib tal-koperazzjoni u tal-qsim ta' għerf; ddum għal massimu ta’ 24 xahar;

     

    (b)

    azzjoni ta’ kataliżi hija innovattiva fuq livell Ewropew, f’dak li għandu x’jaqsam ma’ loġistika, teknoloġija, metodi, apparat, prodotti, infrastruttura jew servizzi mogħtija;

    (b)

    l-azzjoni ta' MoS hija innovattiva fuq livell Ewropew, f’dak li għandu x’jaqsam ma' loġistika, teknoloġija, metodi, apparat, prodotti, infrastruttura jew servizzi mogħtija; jitqiesu wkoll il-kwalità għolja tas-servizz, proċeduri u spezzjonijiet simplifikati, l-ilħuq ta' livelli għolja ta’ sikurezza u ta' sigurtà, l-aċċess tajjeb għall-portijiet, il-konnessjonijiet effiċjenti għal żoni interni fuq l-art u s-servizzi flessibbli u effiċjenti tal-port;

    (b)

    l-azzjoni ta’ ċaqliq modali mhix ser twassal għal distorsjonijiet tal-kompetizzjoni fis-swieq rilevanti kontra l-interess komuni, b’mod partikolari bejn il-mezzi tat-trasport alternattivi għal trasport bit-triq, waħdu jew fi ħdan kull mezz;

    (b)

    azzjoni ta’ evitar tat-traffiku hija innovattiva fuq livell Ewropew, f’dak li għandu x’jaqsam ma’ integrazzjoni tal-loġistika ta' produzzjoni fil-loġistika ta' trasport;

    (b)

    l-azzjoni hija innovattiva fuq livell Ewropew;

     

    (ċ)

    azzjoni ta’ kataliżi hija mistennija li twassal għal ċaqliq modali attwali, li jista’ jiġi mkejjel u sostenibbli mit-triq lejn it-tbaħħir fil-qosor, il-ferroviji, u l-passaġġi ta' l-ilma interni

    (ċ)

    l-attività ta' MoS timmira li tinkorraġġixxi servizzi intermodali ta' volum u frekwenza kbira għat-trasport ta' merkanzija, permezz ta' tbaħħir fil-qosor inkluż servizzi kkombinati ta' trasport ta' merkanzija u passiġġieri kif jixraq, jew permezz ta' kumbinazzjoni ta' tbaħħir fil-qosor ma' mezzi oħra ta' trasport li fihom l-użu ta' vvjaġġar fuq it-toroq ikunu qosra kemm jista' jkun; l-azzjoni għandha preferibbilment tinkludi servizz ta' trasport ta' merkanzija integrat għal żoni interni fuq l-art bil-ferroviji u/jew permezz ta' passaġġi ta' l-ilma interni;

    (ċ)

    l-azzjoni ta' ċaqliq modali tipproponi pjan realistiku li jispeċifika l-istadji partikolari li permezz tagħhom taspira li tilħaq l-għanijiet tagħha;

    (ċ)

    l-azzjoni għall-evitar tat-traffiku timmira li tinkoraġġixxi effiċjenza ogħla fit-trasport internazzjonali tal-merkanzija fis-swieq Ewropej mingħajr ma xxekkel it-tkabbir ekonomiku billi tiffoka fuq il-modifika tal-proċessi ta' produzzjoni u/jew ta' distribuzzjoni, biex b’hekk tikseb distanzi iqsar, fatturi ta’ tagħbija ogħla, inqas vjaġġi vojta, tnaqqis ta’ flussi ta' skart, tnaqqis tal-volum, u/jew piż jew kwalunkwe effett ieħor li jwassal għal tnaqqis sinifikanti tat-traffiku tal-merkanzija fit-toroq, iżda mingħajr ma taffettwa b'mod negattiv il-livelli ta' produzzjoni jew il-ħaddiema;

    (ċ)

    l-azzjoni ma twassalx għal distorsjonijiet tal-kompetizzjoni fis-swieq rilevanti sa xi punt kontra l-interess komuni, b’mod partikolari bejn il-mezzi tat-trasport alternattivi għal trasport bit-triq, waħdu jew fi ħdan kull mezz;

     

    (d)

    l-azzjoni ta’ kataliżi tipproponi pjan realistiku li jniżżel stadji speċifiċi biex iwettaq l-għanijiet tiegħu u li jidentifika l-bżonn ta' assistenza mill-Kummissjoni fir-rigward ta’ l-għoti ta' direzzjoni;

    (d)

    l-azzjoni ta' MoS hija mistennija li twassal għal ċaqliq modali reali, li jista jitkejjel u sostenibbli għola mir-rata ta' tkabbir imbassra ta' trasport ta' merkanzija bit-triq, mit-triq għal tbaħħir fil-qosor, passaġġi ta' l-ilma interni jew ferroviji;

    (d)

    meta l-azzjoni tirrikjedi l-użu ta’servizzi pprovduti minn partijiet terzi li mhumiex parti mill-konsorzju, l-applikanti għandhom jagħtu prova ta’ proċedura trasparenti, oġġettiva u mhux-diskriminatorja għall-għażla tas-servizzi rilevanti.

    (d)

    l-azzjoni ta’ evitar tat-traffiku hija mistennija li twassal għall-evitar reali, li jista’ jitkejjel u sostenibbli ta’ mill-inqas 10 fil-mija tal-volum tal-merkanzija imkejjel f’kilometri-tunnellati jew kilometri-vettura;

    (d)

    l-azzjoni ta’ tagħlim komuni tipproponi pjan realistiku li jispeċifika l-istadji partikolari li permezz tagħhom tfittex li tilħaq l-għanijiet tagħha u tidentifika l-ħtieġa għall-assistenza tal-Kummissjoni f’dak li għandu x’jaqsam mat-tmexxija.

     

    (e)

    l-azzjoni ta’ kataliżi mhix ser twassal għal distorsjonijiet tal-kompetizzjoni fis-swieq relevanti, b’mod partikolari bejn il-mezzi tat-trasport alternattivi lejn it-trasport bit-triq, waħdu jew fi ħdan kull mezz, sal-punt li jkun kontra l-interess komuni;

    (e)

    l-azzjoni MoS tipproponi pjan realistiku li jispeċifika l-istadji partikolari li permezz tagħhom tfittex li tilħaq l-għanijiet tagħha u tidentifika il-ħtieġa għall-assistenza tal-Kummissjoni f’dak li għandu x’jaqsam mat-tmexxija;

     

    (e)

    l-azzjoni ta’ evitar tat-traffiku tipproponi pjan realistiku li jispeċifika l-istadji partikolari li permezz tagħhom tfittex li tilħaq l-għanijiet tagħha u tidentifika l-ħtieġa għall-assistenza tal-Kummissjoni f’dak li għandu x’jaqsam mat-tmexxija;

     

     

    (f)

    meta l-azzjoni tirrikjedi l-użu ta’ servizzi pprovduti minn partijiet terzi li mhumiex parti mill-konsorzju, l-applikanti għandhom jagħtu prova ta’ proċedura trasparenti, oġġettiva u mhux-diskriminatorja għall-għażla tas-servizzi rilevanti.

    (f)

    l-azzjoni ta’ MoS mhix ser twassal għal distorsjonijiet tal-kompetizzjoni fis-swieq relevanti, b’mod partikolari bejn il-mezzi tat-trasport alternattivi għat-trasport tat-triq, waħdu jew fi ħdan kull mezz, sal-punt li tkun kontra l-interess komuni;

     

    (f)

    l-azzjoni ta’ evitar tat-traffiku mhix ser twassal għal distorsjonijiet tal-kompetizzjoni fis-swieq relevanti b’mod partikolari bejn il-mezzi tat-trasport alternattivi għat-trasport tat-triq, waħdu jew fi ħdan kull mezz, sal-punt li tkun kontra l-interess komuni;

     

     

     

    (ġ)

    meta l-azzjoni ta’ MoS tirrikjedi l-użu ta’servizzi provduti minn partijiet terzi li mhumiex parti mill-konsorzju, l-applikanti għandhom jagħtu prova ta’ proċedura trasparenti, oġġetiva u mhux-diskriminatorja għall-għażla tas-servizzi relevanti.

     

    (ġ)

    meta l-azzjoni ta’ l-evitar tat-traffiku tirrikjedi l-użu ta’ servizzi pprovduti minn partijiet terzi li mhumiex parti mill-konsorzju, l-applikanti għandhom jagħtu prova ta’ proċedura trasparenti, oġġettiva u mhux-diskriminatorja għall-għażla tas-servizzi rilevanti.

     

    2.

    L-intensità u l-firxa tal-finanzjament

    (a)

    Assistenza finanzjarja mill-Komunità għal azzjonijiet ta’ kataliżi għandha tkun limitata għal massimu ta’ 35 % tan-nefqa totali meħtieġa sabiex jitwettqu l-għanijiet ta’ l-azzjoni u li seħħew b’riżultat ta’ l-azzjoni, inklużi l-miżuri preparatorji u nfrastruttura anċillari. Tali nefqa għandha tkun eliġibbli għall-assistenza finanzjarja mill-Komunità, sa fejn għandha x'taqsam direttament ma' l-implimentazzjoni ta' l-azzjoni.

    (a)

    Assistenza finanzjarja mill-komunità għal azzjonijiet ta’ MoS għandha tkun limitata għal massimu ta’ 35 % tan-nefqa totali meħtieġa sabiex jitwettqu l-għanijiet ta’ l-azzjoni u li seħħew b’riżultat ta’ l-azzjoni, inklużi l-miżuri preparatorji u infrastruttura anċillari. Tali nefqa ser tkun eliġibbli għall-assistenza finanzjarja mill-Komunità, sa fejn għandha x'taqsam direttament ma' l-implimentazzjoni ta' l-azzjoni.

    (a)

    Assistenza finanzjarja mill-komunità għal azzjonijiet ta’ ċaqliq modali għandha tkun limitata għal massimu ta’ 35 % tan-nefqa totali meħtieġa sabiex jitwettqu l-għanijiet ta’ l-azzjoni u li seħħew b’riżultat ta’ l-azzjoni. Tali nefqa għandha tkun eliġibbli għall-assistenza finanzjarja mill-Komunità, sa fejn għandha x'taqsam direttament ma' l-implimentazzjoni ta' l-azzjoni.

    (a)

    Assistenza finanzjarja mill-komunità għal azzjonijiet ta’ evitar tat-traffiku għandha tkun limitata għal massimu ta’ 35 % tan-nefqa totali meħtieġa sabiex jitwettqu l-għanijiet ta’ l-azzjoni u li seħħew b’riżultat ta’ l-azzjoni, inklużi l-miżuri preparatorji u infrastruttura u tagħmir anċillari. Tali nefqa għandha tkun eliġibbli għall-assistenza finanzjarja mill-Komunità, sa fejn għandha x'taqsam direttament ma' l-implimentazzjoni ta' l-azzjoni.

    (a)

    Assistenza finanzjarja mill-komunità għal azzjonijiet ta’ tagħlim komuni għandha tkun limitata għal massimu ta’ 50 % tan-nefqa totali meħtieġa sabiex jitwettqu l-għanijiet ta’ l-azzjoni u li seħħew b’riżultat ta’ l-azzjoni. Tali nefqa għandha tkun eliġibbli għall-assistenza finanzjarja mill-Komunità, sa fejn għandha x'taqsam direttament ma' l-implimentazzjoni ta' l-azzjoni.

     

    Nefqa li sseħħ fid-data jew wara d-data tal-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni taħt il-proċedura ta’ l-għażla għandha tkun eliġibbli għall-assistenza finanzjarja mill-Komunità kemm-il darba l-approvazzjoni finali għall-finanzjament mill-Komunità tiġi mogħtija. Kontribut lejn l-ispejjeż ta' assi mobbli għandu jiddependi fuq l-obbligazzjoni li jiġu użati tali assi matul il-perjodu li fih tingħata l-assistenza, prinċipalment għall-azzjoni kif definita fil-ftehima tas-sussidju;

    Nefqa li sseħħ fid-data jew wara d-data tal-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni taħt il-proċedura ta’ l-għażla għandha tkun eliġibbli għall-assistenza finanzjarja mill-Komunità kemm-il darba l-approvazzjoni finali għall-finanzjament mill-Komunità tiġi mogħtija. Kontribut lejn l-ispejjeż ta' assi mobbli għandu jiddependi fuq l-obbligazzjoni li jiġu użati tali assi matul il-perjodu li fih tingħata l-assistenza, prinċipalment għall-azzjoni kif definita fil-ftehima tas-sussidju;.

    Nefqa li sseħħ fid-data jew wara d-data tal-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni taħt il-proċedura ta’ l-għażla għandha tkun eliġibbli għall-assistenza finanzjarja mill-Komunità kemm-il darba l-approvazzjoni finali għall-finanzjament mill-Komunità tiġi mogħtija. Kontribut lejn l-ispejjeż ta' assi mobbli għandu jiddependi fuq l-obbligazzjoni li jiġu użati tali assi matul il-perjodu li fih tingħata l-assistenza, prinċipalment għall-azzjoni kif definita fil-ftehima tas-sussidju;

    Nefqa li sseħħ fid-data jew wara d-data tal-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni taħt il-proċedura ta’ l-għażla għandha tkun eliġibbli għall-assistenza finanzjarja mill-Komunità kemm-il darba l-approvazzjoni finali għall-finanzjament mill-Komunità tiġi mogħtija. Kontribut lejn l-ispejjeż ta' assi mobbli għandu jiddependi fuq l-obbligazzjoni li jiġu użati tali assi matul il-perjodu li fih tingħata l-assistenza, prinċipalment għall-azzjoni kif definita fil-ftehima tas-sussidju;

    Nefqa li sseħħ fid-data jew wara d-data tal-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni taħt il-proċedura ta’ l-għażla għandha tkun eliġibbli għall-assistenza finanzjarja mill-Komunità kemm-il darba l-approvazzjoni finali għall-finanzjament mill-Komunità tiġi mogħtija;

     

     

     

     

    (b)

    għajnuna finanzjarja Komunitarja għal azzjonijiet ta' evitar tat-traffiku m'għandhiex tintuża biex tappoġġja impriżi jew attivitajiet ta' produzzjoni li m'għandhom xejn x'jaqsmu ma' trasport jew distribuzzjoni;

     

     

    (b)

    il-kundizzjonijiet għall-finanzjament għal infrastruttura anċillari huma stipulati fl-Anness II

    (b)

    l-assistenza finanzjarja mill-Komunità, ħlief għall-miżuri preparatorji u infrastruttura anċillari, determinati mill-Kummissjoni abbażi tal-kilometri-tunnellati li ġew trasferiti minn fuq it-triq għat-tbaħħir fil-qosor, ferroviji u passaġġi ta' l-ilma interni, għandha għall-bidu tkun ta’ EUR 1 għall-kull trasferiment ta’ 500 kilometru-tunnellata ta’ merkanzija tat-triq. Dan l-ammont indikattiv jista’ jiġi mibdul, b’mod partikolari, skond il-kwalità tal-proġett jew il-benefiċċju ambjentali reali miksub;

    (b)

    l-assistenza finanzjarja mill-Komunità, ħlief għall-miżuri preparatorji u infrastrutturaanċillari, determinati mill-Kummissjoni abbażi tal-kilometri-tunnellati li ġew trasferiti minn fuq it-triq għat-tbaħħir fil-qosor, ferroviji u passaġġi ta' l-ilma interni, għandha għall-bidu tkun ta’ EUR 1 għall-kull trasferiment ta’ 500 kilometru-tunnellata ta’ merkanzija tat-triq. Dan l-ammont indikattiv jista’ jiġi mibdul, b’mod partikolari, skond il-kwalità tal-proġett jew il-benefiċċju ambjentali reali miksub;

    (ċ)

    l-assistenza finanzjarja mill-Komunità, ħlief għall-miżuri preparatorji, infrastruttura anċillari u apparat, għandha għall-bidu tkun ta’ EUR 1 għal kull trasferiment ta’ 500 kilometru-tunnellata jew 25 kilometru-vettura ta’ merkanzija tat-triq. Dan l-ammont indikattiv jista’ jiġi mibdul, b’mod partikolari, skond il-kwalità tal-proġett jew il-benefiċċju ambjentali reali miksub;

    (b)

    il-kundizzjonijiet għall-finanzjament ta’ infrastruttura anċillari: mhux applikabbli.

     

     

    (ċ)

    skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 10(2), il-Kummissjoni tista' terġa’ teżamina, minn żmien għall-ieħor kif jinħtieġ, l-iżviluppi li għandhom x'jaqsmu mal-partiti fuq liema dan il-kalkolu huwa bbażat u, jekk ikun meħtieġ, tadatta l-ammont ta' assistenza finanzjarja mill-Komunità kif inhu meħtieġ;

    (ċ)

    skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 10(2), il-Kummissjoni tista' terġa’ teżamina, minn żmien għall-ieħor kif jinħtieġ, l-iżviluppi li għandhom x'jaqsmu mal-partiti fuq liema dan il-kalkolu huwa bbażat u, jekk ikun meħtieġ, tadatta l-ammont ta' assistenza finanzjarja mill-Komunità kif inhu meħtieġ;

    (d)

    skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 10(2), il-Kummissjoni tista' terġa’ teżamina, minn żmien għall-ieħor kif jinħtieġ, l-iżviluppi li għandhom x'jaqsmu mal-partiti fuq liema dan il-kalkolu huwa bbażat u, jekk ikun meħtieġ, tadatta l-ammont ta' assistenza finanzjarja mill-Komunità kif inhu meħtieġ;

     

     

     

    (d)

    il-kundizzjonijiet għall-finanzjament għal infrastruttura anċillari huma stipulati fl-Anness II.

    (d)

    il-kundizzjonijiet għall-finanzjament ta’ infrastruttura anċillari, sa fejn japplikaw, huma stipulati fl-Anness II.

    (e)

    il-kundizzjonijiet għall-finanzjament għal infrastruttura anċillari huma stipulati fl-Anness II.

     

    3.

    Forma u perjodu ta' żmien tal-ftehim ta' sussidju

    Assistenza finanzjarja għall-azzjonijiet ta’ kataliżi għandha tingħata abbażi ta’ ftehimiet ta' sussidju, u b’dispożizzjonijiet xierqa għat-tmexxija u għall-monitoraġġ. Bħala regola, il-perjodu massimu ta' dawn il-ftehimiet għandu jkun ta' 62 xahar.

    Assistenza finanzjarja għall-azzjonijiet ta’ MoS għandha tingħata abbażi ta’ ftehimiet ta' sussidju, u b’dispożizzjonijiet xierqa għat-tmexxija u għall-monitoraġġ. Bħala regola, il-perjodu massimu ta' dawn il-ftehimiet għandu jkun ta' 62 xahar.

    Assistenza finanzjarja għall-azzjonijiet ta’ ċaqliq modali għandha tingħata abbażi ta’ ftehimiet ta' sussidju, Bħala regola, il-perjodu massimu ta' dawn il-ftehimiet għandu jkun ta' 38 xahar.

    Assistenza finanzjarja għall-azzjonijiet ta’ evitar tat-traffiku għandha tingħata abbażi ta’ ftehimiet ta' sussidju, u b’dispożizzjonijiet xierqa għat-tmexxija u għall-monitoraġġ. Bħala regola, il-perjodu massimu ta' dawn il-ftehimiet għandu jkun ta' 62 xahar.

    Assistenza finanzjarja għall-azzjonijiet ta’ tagħlim komuni għandha tingħata abbażi ta’ ftehimiet ta' sussidju, u b’dispożizzjonijiet xierqa għat-tmexxija u għall-monitoraġġ. Bħala regola, il-perjodu massimu ta' dawn il-ftehimiet għandu jkun ta' 26 xahar.

     

    Assistenza finanzjarja mill-Komunità mhix ser tkun rinnovabbli aktar mill-perjodu massimu stipulat ta’ 62 xahar.

    Assistenza finanzjarja mill-Komunità mhix ser tkun rinnovabbli aktar mill-perjodu massimu stipulat ta’ 62 xahar.

    Assistenza finanzjarja mill-Komunità mhix ser tkun rinnovabbli aktar mill-perjodu massimu stipulat ta’ 38 xahar.

    Assistenza finanzjarja mill-Komunità mhix ser tkun rinnovabbli aktar mill-perjodu massimu stipulat ta’ 62 xahar.

    Assistenza finanzjarja mill-Komunità mhix ser tkun rinnovabbli aktar mill-perjodu massimu stipulat ta’ 26 xahar.

    4.

    Limitu tal-valur tal-kuntratt

    Il-limitu minimu indikattiv ta' sussidju għal kull azzjoni ta’ kataliżi għandu jkun ta’ EUR 2 000 000 .

    Il-limitu minimu indikattiv ta' sussidju għal kull azzjoni ta' l-MoS għandu jkun 1,25 biljun kilometru-tunnellata, jew l-ekwivalent volumetriku tiegħu, ta’ ċaqliq modali jew, fi proporzjon ma’ l-ammont indikattiv għal kull euro ta’ assistenza finanzjarja, EUR 2 500 000 .

    Il-limitu minimu indikattiv ta' sussidju għal kull azzjoni ta’ ċaqliq modali għandu jkun 250 miljun kilometru-tunnellata jew l-ekwivalent volumetriku tiegħu jew - fi proporzjon ma’ l-ammont indikattiv għal kull euro ta’ assistenza finanzjarja, EUR 500 000 .

    Il-limitu minimu indikattiv ta' sussidju għal kull azzjoni ta’ evitar tat-traffiku għandu jkun 500 miljun kilometru-tunnellata jew 25 miljun kilometru-vettura ta’ traffiku tal-merkanzija li jiġi evitat jew, fi proporzjon ma’ l-ammont indikattiv għal kull euro ta’assistenza finanzjarja, EUR 1 000 000 .

    Il-limitu minimu indikattiv ta' sussidju għal kull azzjoni ta’ tagħlim komuni għandu jkun ta’ EUR 250 000 .

    5.

    Tixrid

    Ir-riżultati u l-metodi ta’ l-azzjonijiet ta’ kataliżi għandhom jiġu mxerrda, u l-iskambju ta' l-aħjar prattiki għandu jiġi mħeġġeġ, kif speċifikat fi pjan ta’ tixrid, sabiex jjgħinu biex jintlaħqu l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament.

    Ir-riżultati u l-metodi ta’ azzjonijiet ta' MoS għandhom jiġu mxerrda u l-iskambju ta' l-aħjar prattiki għandu jkun imħeġġeġ, kif speċifikat fil-pjan ta’ propogazzjoni, sabiex jintlaħqu l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament.

    Attivitajiet ta’ tixrid speċifiċi għall-azzjonijiet ta’ ċaqliq modali m’humiex previsti.

    Ir-riżultati u l-metodi ta’ l-azzjonijiet biex jiġi evitat it-traffiku għandhom jiġu mxerrda u l-iskambju ta' l-aħjar prattiki għandu jiġi mħeġġeġ, kif speċifikat fil-pjan ta’ tixrid, sabiex jgħinu biex jintlaħqu l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament.

    Ir-riżultati u l-metodi ta’ l-azzjonijiet ta’ tagħlim komuni għandhom jiġu mxerrda u l-iskambju ta' l-aħjar prattiki għandu jiġi mħeġġeġ, kif speċifikat fil-pjan ta’ tixrid, sabiex jgħinu biex jintlaħqu l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament.


    ANNESS II

    KUNDIZZJONIJIET GĦALL-FINANZJAMENT TA’ INFRASTRUTTURA ANĊILLARI SKOND L-ARTIKOLU 2(H) U 5(2)

    1.

    Infrastruttura anċillari għandha tkun eliġibbli għall-finanzjament taħt il-Programm kemm-il darba il-kundizzjonijiet li ġejjin ikunu sodisfatti

    (a)

    l-azzjoni tirrikjedi xogħlijiet ta’ infrastruttura għall-implimentazzjoni fil-ħin ta' servizz ta’ trasport li jittrasferixxi l-merkanzija minn fuq it-triq, jew, li jevita traffiku tal-merkanzija fuq it-triq;

    (b)

    ix-xogħolijiet ta' infrastruttura jintemmu fi żmien 24 xahar mill-bidu ta' l-azzjoni;

    (ċ)

    is-servizz tat-trasport jew l-evitar tat-traffiku jibda sa 3 xhur mit-tlestija tax-xogħlijiet ta’ infrastruttura; barra minn hekk għal azzjonijiet ta’ evitar tat-traffiku, l-evitar totali miftiehem huwa mwettaq matul il-perjodu tal-ftehima ta' sussidju;

    (d)

    ir-rispett għal-leġislazzjoni Komunitarja rilevanti, b’mod partikolari li tikkonċerna l-ambjent.

    2.

    It-tul massimu tal-kuntratt stabbilit għal kull tip ta' azzjoni kif imniżżel fl-Artikolu 5 jista' jiġi estiż biż-żmien meħtieġ biex jitlestew ix-xogħlijiet ta’ infrastruttura, iżda f’kull każ mhux itwal minn perjodu totali ta’ 74 xahar.

    3.

    Fejn il-finanzjament għall-infrastruttura ġie rikjest taħt il-Programm, finanzjament minn programmi oħra Komunitarji, u speċifikament finanzjament taħt id-Deċiżjoni Nru 1692/96/KE, għall-istess infrastruttura huwa esklużi.


    Top