Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006R1022

    1022/2006/KE: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1022/2006 tal- 5 ta' Lulju 2006 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1071/2005 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2826/2000 dwar l-azzjonijiet ta' tagħrif u ta' promozzjoni għall-prodotti agrikoli fis-suq intern

    ĠU L 184, 6.7.2006, p. 3–4 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 330M, 9.12.2008, p. 353–354 (MT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 12/06/2008; Impliċitament imħassar minn 32008R0501

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/1022/oj

    9.12.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    353


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1022/2006

    tal-5 ta' Lulju 2006

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1071/2005 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2826/2000 dwar l-azzjonijiet ta' tagħrif u ta' promozzjoni għall-prodotti agrikoli fis-suq intern

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2826/2000 dwar l-azzjonijiet ta' tagħrif u ta' promozzjoni għall-prodotti agrikoli fis-suq intern (1), u b’mod partikulari l-Artikoli 4, 5(1), 12 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2826/2000 jiddefinixxi l-kriterji biex jintużaw biex ikunu determinati t-temi u l-prodotti li għalihom miżuri ta’ informazzjoni u/jew promozzjoni jistgħu jiddaħħlu fis-seħħ fis-suq intern. Dawn it-temi u prodott huma nnumerati fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1071/2005 tal-Kummissjoni (2).

    (2)

    Skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 2826/2000, għal kull wieħed mis-setturi jew prodotti miżmuma, għandhom ikunu stabbiliti linji gwida li jiddefinixxu l-linji ġenerali ta’ kampanji li għandhom jitwettqu f’dawn is-setturi. Il-linji gwida għas-setturi u prodotti miżmuma jidhru fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1071/2005.

    (3)

    Il-kriżi riċenti tal-influwenza avjarja ddistabbilizzat is-settur tal-laħam tat-tjur billi pprovokat tnaqqis sinifikattiv tal-konsum li rriżulta fi kriżi ta’ fiduċja tal-konsumaturi. Jidher għalhekk opportun li tkun prevista l-possibbiltà li jitmexxew miżuri ta’ informazzjoni u/jew promozzjoni f’dan is-settur fid-dawl li tinkiseb lura l-fiduċja tal-konsumatur b’mod sostenibbli, partikularment b’informazzjoni adegwata.

    (4)

    Għalhekk hemm lok li fil-lista jiddaħħlu prodotti biex ikun promoss il-laħam tat-tjur u li jkunu stabbiliti linji gwida li jiddefinixxu l-linji ġenerali ta’ kampanji li għandhom isiru f’dan is-settur.

    (5)

    Għalhekk meħtieġ li jkun emendat ir-Regolament (KE) Nru 1071/2005 bħala konsegwenza.

    (6)

    Il-miżuri previsti fir-Regolament attwali huma konformi mal-parir tal-Kumitat ta’ Ġestjoni Konġunta “Promozzjoni tal-Prodotti Agrikoli”,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (KE) 1071/2005 hu emendat kif ġej:

    1)

    Fl-Anness I, huwa miżjud l-inċiż li ġej:

    “—

    laħam tat-tjur”

    2)

    Fl-Anness II, it-test stabbilit f’anness tar-Regolament attwali huwa miżjud.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 5 ta' Lulju 2006.

    Għall-Kummissjoni

    Mariann FISCHER BOEL

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 328, 23.12.2000, p. 2. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2060/2004 (ĠU L 357, 2.12.2004, p. 3).

    (2)  ĠU L 179, 11.7.2005, p. 1.


    ANNESS

    Fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1071/2005, qed jiddaħħlu l-linji gwida ta’ hawn taħt, marbuta mal-laħam tat-tjur:

    “LAĦAM TAT-TJUR

    1.   Analiżi globali tas-sitwazzjoni

    Il-kriżi ta’ fiduċja tal-konsumaturi rigward il-laħam tat-tjur marbuta mal-pubbliċità eċċesiva fuq il-mezzi tal-massa tal-influwenza avjarja ssarrfet fi tnaqqis sostanzjali fil-konsum. Għalhekk meħtieġ li tkun imsaħħa l-fiduċja tal-konsumaturi fil-laħam tat-tjur li joriġina mill-Komunità.

    Biex dan iseħħ, jeħtieġ li tingħata informazzjoni oġġettivi dwar is-sistema ta’ produzzjoni Komunitarja (regoli ta’ kummerċjalizzazzjoni) u l-kontrolli li huma rekwiżiti b’żieda mal-leġiżlazzjoni ġenerali marbuta mal-kontrolli u s-sigurtà alimentari.

    2.   Miri

    Il-kampanji ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni huma limitati għall-prodotti li jsiru fl-UE.

    Il-mira tagħhom tikkonsisti:

    f’li jkunu garantiti informazzjonijiet oġġettivi u kompluti dwar ir-regoli ta’ sistemi ta’ produzzjoni komunitarji u nazzjonali għas-sigurtà ta’ prodotti b’bażi ta’ laħam tat-tjur; b’mod partikulari informazzjoni kompluta u preċiża dwar ir-regoli ta’ kummerċjalizzazzjoni trid tkun imwassla lill-konsumatur;

    f’li jkun infurmat il-konsumatur dwar id-diversità u l-kwalitajiet organoleptiċi u nutrittivi tal-laħam tat-tjur;

    f’li tkun miġbuda l-attenzjoni tal-konsumatur dwar it-traċċabbiltà.

    3.   Gruppi fil-mira

    Konsumaturi u assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi

    Persuni responsabbli mix-xiri ta’ kuljum

    Istituzzjonijiet (ristoranti, sptarijiet, skejjel, eċċ.)

    Distributuri u assoċjazjonijiet ta’ distributuri

    Ġurnalisti u opinjonisti

    4.   Messaġġi prinċipali

    Il-laħam tat-tjur mibjugħ fit-territorju tal-UE huwa l-mira ta’ regoli Komunitarji li jkopru flimkien il-katina tal-produzzjoni, l-ippakkjar u l-konsum.

    Miżuri ta’ sigurtà fosthom dawk ta’ kontrolli jkunu fis-seħħ.

    Pariri ġenerali dwar l-iġjene marbuta mal-użu ta’ prodotti alimentari li joriġinaw mill-annimali.

    5.   Strumenti prinċipali

    Internet

    Miżuri ta’ relazzjonijiet pubbliċi mal-mezzi tal-massa u l-pubbliċità (stampa xjentifika u speċjalizzata, rivisti għan-nisa, ġurnali, rivisti dwar l-ikel)

    Kuntatti mal-assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi

    Mezzi ta’ komunikazzjoni awdjoviżivi

    Dokumentazzjoni miktuba (karti volanti, fuljetti, eċċ.)

    Informazzjoni fil-postijiet ta’ bejgħ

    6.   Tul u kobor tal-programmi

    Il-programmi għandu jkollhom mill-inqas kopertura nazzjonali jew li jikkonċernaw diversi Stati Membri.

    Minn 12 sa 24 xahar, bi preferenza għall-programmi pluriannwali billi jistabbilixxu miri ġustifikati għal kull stadju.”


    Top