Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006R0899

    899/2006/KE: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 899/2006 tad- 19 ta' Ġunju 2006 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2133/2001 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' ċerti kwoti tat-tariffa tal-Komunità u limiti tat-tariffa fis-settur taċ-ċereali, li jiftaħ kwoti tat-tariffa tal-Komunità għal ċertu ikel għall-klieb u l-qtates li jaqa' taħt il-kodiċi NM 230910

    ĠU L 167, 20.6.2006, p. 18–19 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 312M, 22.11.2008, p. 57–58 (MT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2020; Impliċitament imħassar minn 32020R1987 Ara Art. 4

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/899/oj

    22.11.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    57


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 899/2006

    tad-19 ta' Ġunju 2006

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2133/2001 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' ċerti kwoti tat-tariffa tal-Komunità u limiti tat-tariffa fis-settur taċ-ċereali, li jiftaħ kwoti tat-tariffa tal-Komunità għal ċertu ikel għall-klieb u l-qtates li jaqa' taħt il-kodiċi NM 2309 10

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1784/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 12 (1) tiegħu,

    Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/333/KE tal-20 ta' Marzu 2006 dwar il-konklużjoni ta' Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) tal-1994 rigward il-modifika ta' konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika tal-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka, fidl-dawl tal-adeżjoni tagħhom mal-Unjoni Ewropea (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 2 tagħha,

    billi:

    (1)

    Il-ftehim konkluż mill-Komunità mal-Istati Uniti tal-Amerika (3) approvat bid-Deċiżjoni 2006/333/KE jipprevedi, għal kull sena kalendarja mill-2006 'l quddiem, kwota tat-tariffa għall-importazzjoni ta' ċertu ikel għall-klieb u l-qtates li jaqa' taħt il-kodiċi NM 2309 10 b'dazju doganali ta' 7 % ad valorem.

    (2)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (4), jiġbor ir-regoli ta' ġestjoni applikabbli għall-kwoti tat-tariffa biex jintużaw fl-ordni kronoloġika tad-dati tad-dikjarazzjonijiet doganali u għall-monitoraġġ tal-importazzjonijiet li jibbenefikaw minn skema preferenzjali. Biex tiġi armonizzata l-ġestjoni ta' din il-kwota tat-tariffa ġdida ma' kwoti simili, il-ġestjoni tagħha għandha tiġi inkorporata fid-dispożizzjoni rilevanti.

    (3)

    Għaldaqstant, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2133/2001 (5), għandu jiġi emendat.

    (4)

    Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma f'konformità mal-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għaċ-Ċereali,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 2133/2001 għandha tiżdied din il-linja:

    Numru tal-ordni

    Kodiċi NM

    Deskrizzjoni tal-merkanzija

    Volum tal-kwota fil-piż nett

    (f'tunnellati)

    Dazju tal-kwota tat-tariffa

    Oriġini

    “09.0089

    2309 10 13

    2309 10 15

    2309 10 19

    2309 10 33

    2309 10 39

    2309 10 51

    2309 10 53

    2309 10 59

    2309 10 70

    Ikel għall-klieb u l-qtates, ippakkjat għall-bejgħ bl-imnut

    2 058

    7 % ad valorem

    Il-pajjiżi terzi kollha (erga omnes)”

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 19 ta' Ġunju 2006.

    Għall-Kummissjoni

    Mariann FISCHER BOEL

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 78. Ir-Regolament emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni Nru 1154/2005 (ĠU L 187, 19.7.2005, p. 11).

    (2)  ĠU L 124, 11.5.2006, p. 13.

    (3)  ĠU L 124, 11.5.2006, p. 15.

    (4)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1. Regolament emendat l-aħħar bir-Regolament Nru 402/2006 (ĠU L 70, 9.3.2006, p. 35).

    (5)  ĠU L 287, 31.10.2001, p. 12. Ir-Regolament emendat bir-Regolament Nru 777/2004 (ĠU L 123, 27.4.2004, p. 50).


    Top