EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006R0852

852/2006/KE: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 852/2006 tad- 9 ta' Ġunju 2006 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 793/2006 li jistabilixxi ċerti regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 247/2006 tat- 30 ta’ Jannar 2006 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni l-aktar ‘il bogħod tal-Unjoni

ĠU L 158, 10.6.2006, p. 9–10 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 330M, 9.12.2008, p. 309–310 (MT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 06/03/2014; Imħassar b' 32014R0179

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/852/oj

9.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

309


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 852/2006

tad-9 ta' Ġunju 2006

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 793/2006 li jistabilixxi ċerti regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 247/2006 tat-30 ta’ Jannar 2006 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni l-aktar ‘il bogħod tal-Unjoni

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 247/2006 tat-30 ta’ Jannar 2006 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni l-aktar il-bogħod tal-Unjoni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 30 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 247/2006 jissostitwixxi l-iskema attwali fir-reġjuni l-aktar ‘il bogħod stabbilita fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1452/2001 (2), ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1453/2001 (3) u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1454/2001 (4) u jirrevoka dawn ir-Regolamenti. B’konformità mal-Artikolu 33 tiegħu, huwa japplika, għal kull Stat Membru konċernat, mid-data tan-notifika mill-Kummissjoni tal-approvazzjoni tal-programm ġenerali stabbilit fl-Artikolu 24(1) tiegħu.

(2)

Mill-Artikolu 33 tar-Regolament (KE) Nru 247/2006 jirriżulta li d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1452/2001, ir-Regolament (KE) Nru 1453/2001 u r-Regolament (KE) Nru 1454/2001 japplikaw sad-data tan-notifika mill-Kummissjoni għall-Istat Membru konċernat mill-approvazzjoni tal-programm ġenerali stabbilit fl-Artikolu 24(1) tar-Regolament (KE) Nru 247/2006. Għalhekk għandu jiġi ċċarat li l-miżuri adottati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1452/2001, ir-Regolament (KE) Nru 1453/2001 u r-Regolament (KE) Nru 1454/2001 japplikaw biss sa din id-data.

(3)

F’dan il-kuntest, għandu jiġi stabbilit li t-talbiet magħmulin fil-qafas tal-miżuri adottati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1452/2001, ir-Regolament (KE) Nru 1453/2001 u r-Regolament (KE) Nru 1454/2001, li huma pendenti fid-data tan-notifika tal-programm ġenerali stabbilit fl-Artikolu 24(1) tar-Regolament (KE) Nru 247/2006 jiġu kkunsidrati fil-qafas tal-iskema stabbilita minn dan ir-Regolament u b’mod aktar partikolari fil-qafas tal-programm ġenerali stabbilit fl-Artikolu 24(1) tiegħu.

(4)

Għalhekk għandu jiġi emendat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 793/2006 (5) sabiex jiġu introdotti l-miżuri tranżitorji li huma neċessarji biex jiżguraw tranżizzjoni mingħajr tfixkil tal-iskema applikabbli għas-sena 2005 għall-miżuri stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 247/2006.

(5)

Il-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament jikkonformaw mal-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Ħlasijiet Diretti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikolu 52a huwa miżjud fir-Regolament (KE) Nru 793/2006:

“Artikolu 52a

Miżuri tranżitorji

1.   Il-miżuri adottati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1452/2001, ir-Regolament (KE) Nru 1453/2001 u r-Regolament (KE) Nru 1454/2002 u li huma validi sa wara l-31 ta’ Diċembru 2005 jibqgħu japplikaw sad-data tan-notifika mill-Kummissjoni għall-Istat Membru konċernat mill-approvazzjoni tal-programm ġenerali stabbilit fl-Artikolu 24(1) tar-Regolament (KE) Nru 247/2006.

2.   Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament japplikaw għat-talbiet magħmula fil-qafas tal-miżuri adottati għall-implimentazzjoni, għas-sena 2006, tar-Regolament (KE) Nru 1452/2001, ir-Regolament (KE) Nru 1453/2001 u r-Regolament (KE) Nru 1454/2001, li huma pendenti fid-data tan-notifika stabbilita fl-ewwel paragrafu ta’ dan l-Artikolu, jew li jsiru wara din id-data.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ mis-seba’ jum wara li jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Ufficjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Japplika mill-1 ta’ Jannar 2006.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 9 ta' Ġunju 2006.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 42, 14.2.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 198, 21.7.2001, p. 11. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1690/2004 (ĠU L 305, 1.10.2004, p. 1).

(3)  ĠU L 198, 21.7.2001, p. 26. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1690/2004.

(4)  ĠU L 198, 21.7.2001, p. 45. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1690/2004.

(5)  ĠU L 145, 31.5.2006, p. 1.


Top