EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006R0727

727/2006/KE: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 727/2006 tat- 12 ta’ Mejju 2006 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwota tariffarja fuq l-importazzjoni taċ-ċanga ffriżata għall-ipproċessar (l- 1 ta’ Lulju 2006 sat- 30 ta’ Ġunju 2007 )

ĠU L 126, 13.5.2006, p. 9–19 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 312M, 22.11.2008, p. 37–47 (MT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 08/11/2011: This act has been changed. Current consolidated version: 01/01/2007

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/727/oj

22.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

37


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 727/2006

tat-12 ta’ Mejju 2006

li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwota tariffarja fuq l-importazzjoni taċ-ċanga ffriżata għall-ipproċessar (l-1 ta’ Lulju 2006 sat-30 ta’ Ġunju 2007)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq taċ-ċanga u tal-vitella (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 32(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-iskeda CXL tad-WTO teħtieġ li l-Komunità tiftaħ kwota tariffarja annwali għall-importazzjoni ta’ 50 700 tunnellata ċanga ffriżata għall-ipproċessar. Barra minn hekk, bħala riżultat tan-negozjati li wasslu għall-Ftehim taħt forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Awstralja skond l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) ta’ l-1994 li jirrigwarda l-modifikazzjoni tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta’ l-Estonja, tar-Repubblika ta’ Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika ta’ l-Ungerija, tar-Repubblika ta’ Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja u tar-Repubblika Slovakka matul l-adeżjoni tagħhom fl-Unjoni Ewropea (2), approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (KE) Nru 2006/106/KE (3), il-Komunità impenjat ruħħa li tinkorpora fl-iskeda tagħha għall-Istati Membri kollha żieda ta’ 4 003 tunnellata ta’ dik il-kwota tariffarja ta’ l-importazzjoni.

(2)

Għandhom jiġu stipulati regoli ta’ l-implimentazzjoni għas-sena ta’ kwota 2006/2007, li tibda fl-1 ta’ Lulju 2006. Madankollu, minħabba li se jidħol fis-seħħ it-Trattat ta’ Adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija fl-Unjoni Ewropea, bla ħsara għall-Artikolu 39 ta’ dak it-Trattat, u sabiex ikun possibbli li operaturi minn dawk il-pajjiżi jibbenefikaw minn din il-kwota mid-data ta’ l-adeżjoni tagħhom, il-perjodu tal-kwota għandu jinqasam f’żewġ sub-perjodi u l-kwantità disponibbli skond din il-kwota għandha tiġi mifruxa matul dawn il-perjodi, u jiġu meqjusa l-mudelli tradizzjonali ta’ kummerċ bejn il-Komunità u l-pajjiżi fornituri f’din il-kwota.

(3)

L-importazzjoni taċ-ċanga ffriżata skond il-kwota tariffarja hija suġġetta għal dazji ta’ l-importazzjoni doganali u għall-kundizzjonijiet stabbiliti taħt in-numru tas-serje 13 ta’ l-Anness 7 ta’ Parti Tlieta ta’ l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura statistika u tariffarja u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (4).

(4)

Sabiex tkun evitata l-ispekulazzjoni, l-aċċess għall-kwota għandu jingħata biss lill-proċessuri attivi li jwettqu l-ipproċessar fi stabbiliment ta’ l-ipproċessar approvat skond l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 t’April 2004 li jistabbilixxi regoli speċifiċi ta’ l-iġjene għall-ikel li ġej mill-annimali (5), jew, bla ħsara għad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija fl-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Jannar 2007, għal stabbilimenti ta’ l-ipproċessar f’dawk il-pajjiżi li ġew approvati biex jesportaw lejn il-Komunità prodotti tal-laħam ipproċessat skond l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 t’April 2004 li jistabbilixxi regoli speċifiċi dwar l-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali fuq prodotti li ġejjin mill-annimali maħsuba għall-konsum mill-bniedem (6).

(5)

L-importazzjonijiet lejn il-Komunità skond il-kwota tariffarja huma suġġetti għall-preżentazzjoni ta’ liċenzja ta’ l-importazzjoni skond l-ewwel subinċiż ta’ l-Artikolu 29(1) tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999. Għandu jkun possibbli li jinħarġu liċenzji wara li jsiru l-allokazzjonijiet ta’ drittijiet ta’ l-importazzjoni fuq il-bażi ta’ l-applikazzjonijiet minn proċessuri eliġibbli. Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1291/2000 tad-9 ta’ Ġunju 2000 li jistabbilixxu regoli dettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzji ta’ l-importazzjoni u ta’ l-esportazzjoni u ta’ ċertifikati ta’ iffissar bil-quddiem għal prodotti agrikoli (7) u tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1445/95 tas-26 ta’ Ġunju 1995 dwar regoli għall-applikazzjoni ta’ liċenzji ta’ l-importazzjoni ta’ l-esportazzjoni fis-settur taċ-ċanga u tal-vitella u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2377/80 (8) għandhom japplikaw għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni maħruġa skond dan ir-Regolament.

(6)

Sabiex tiġi evitata l-ispekulazzjoni, liċenzji ta’ l-importazzjoni għandhom jinħarġu lill-proċessuri għal dawk il-kwantitajiet biss li għalihom il-proċessuri ġew allokati drittijiet ta’ importazzjoni. Barra dan, għall-istess raġuni, għandha tiġi depożitata garanzija ma’ l-applikazzjoni għad-drittijiet ta’ l-importazzjoni. L-applikazzjoni għal liċenzji li jikkorrispondu mad-drittijiet allokati għandha tkun rekwiżit primarju skond it-tifsira tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2220/85 tat-22 ta’ Lulju 1985 li jistabbilixxi regoli dettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ garanziji għal prodotti agrikoli (9).

(7)

L-applikazzjoni tal-kwota tariffarja teħtieġ sorveljanza stretta ta’ l-importazzjonijiet u verifiki effettivi f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-użu u mad-destinazzjoni tagħhom. Għalhekk l-ipproċessar għandu jiġi awtorizzat biss fl-istabbiliment imsemmi fil-liċenzja ta’ l-importazzjoni.

(8)

Għandha tiġi preżentata garanzija sabiex jiġi żgurat li l-laħam impurtat jintuża skond l-ispeċifikazzjonijiet tal-kwota tariffarja. L-ammont ta’ dik il-garanzija għandu jiġi ffissat billi tiġi meqjusa d-differenza bejn id-dazji doganali applikabbli bħala parti mill-kwota jew barra minnha.

(9)

Il-miżuri maħsuba f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tat-Tmexxija għaċ-Ċanga u għall-Vitella,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Kwota tariffarja għall-importazzjoni ta’ 54 703 tunnellata, f’ekwivalenti ta’ laħam bl-għadam ta’ ċanga ffriżata li taqa’ taħt il-kodiċi NM 0202 20 30, 0202 30 10, 0202 30 50, 0202 30 90 jew 0206 29 91 u maħsuba għall-ipproċessar fil-Komunità (minn hawn ‘il quddiem imsejjħa “l-kwota”) hija b’dan miftuħa għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2006 sat-30 ta’ Ġunju 2007 bla ħsara għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament.

Artikolu 2

1.   Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, prodott-A għandu jfisser prodott proċessat li jaqa’ taħt il-kodiċi NM 1602 10, 1602 50 31, 1602 50 39 jew 1602 50 80, li ma jkunx fih laħam ħlief ta’ annimali ta’ l-ispeċijiet bovini, bi proporzjon ta’ kollaġen/proteina ta’ mhux aktar minn 0,45 u li bil-piż ikun fiħ mill-inqas 20 % laħam dgħif minbarra l-ġewwieni u x-xaħam, u li l-piż nett tiegħu għandu jkun magħmul ta’ l-inqas minn 85 % laħam u ġelatina.

Il-kontenut tal-kollaġen għandu jitqies bħala li jkun l-kontenut ta’ idrossiprolina (hydroxyproline) immultiplikat bil-fattur 8. Il-kontenut ta’ idrossiprolina (hydroxyproline) għandu jiġi stabbilit skond il-metodu 3496-1994 ta’ l-ISO.

L-ammont ta’ laħam dgħif ta’ l-annimali bovini minbarra x-xaħam għandu jiġi stabbilit skond il-proċedura stabbilita fl-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2429/86 (10).

Il-ġewwieni jinkludi dan li ġej: ir-ras u biċċiet minnha (inklużi l-widnejn), is-saqajn, id-denb, il-qalb, il-bżieżel, il-fwied, il-kliewi, l-animelli (it-timu [thymus glands] u l-frixa), il-moħħ, il-pulmun, il-gerżuma, l-falda, l-milsa, l-ilsien, il-mindil, is-sinsla, l-ġilda li tista’ tittiekel, l-organi riproduttivi (jiġifieri l-utru, l-ovarji u t-testikoli), it-tirojde u l-glandola pitwarja.

Il-prodott għandu jkun suġġett għal trattament ta’ sħana li jkun biżżejjed biex jiżgura l-koagulazzjoni tal-proteini tal-laħam fil-prodott kollu kemm hu, li jista’ ma juri l-ebda traċċa ta’ likwidu fir-roża fuq wiċċ il-qatgħat meta l-prodott jinqata’ f’linja li tgħaddi mill-eħxen parti tiegħu.

2.   Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, prodott-B għandu jfisser prodott ipproċessat li fih iċ-ċanga, għajr:

(a)

il-prodotti speċifikati fl-Artikolu 1(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999, jew

(b)

il-prodotti msemmija fil-paragrafu 1.

Madankollu, għandu jitqies bħala prodott-B, prodott ipproċessat li jaqa’ taħt il-kodiċi NM 0210 20 90 li jkun ġie mnixxef jew iffumikat sabiex il-kulur u l-konsistenza tal-laħam frisk ikunu għebu għal kollox u li jkollu proporzjon ta’ ilma/proteina li ma jaqbiżx 3,2.

Artikolu 3

1.   Il-kwantità totali msemmija fl-Artikolu 1 għandha tinqasam f’żewġ kwantitajiet u tinfirex kif ġej:

(a)

43 000 tunnellata ċanga ffriżata maħsuba għall-użu fil-manifattura ta’ prodotti-A, li minnha:

(i)

30 000 tunnellata għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2006 sal-31 ta’ Diċembru 2006;

(ii)

13 000 tunnellata għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2007 sat-30 ta’ Ġunju 2007;

(b)

11 703 tunnellati ċanga ffriżata maħsuba għall-użu fil-manifattura ta’ prodotti-B, li minnħa:

(i)

8 200 tunnellata għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2006 sal-31 ta’ Diċembru 2006;

(ii)

3 503 tunnellati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2007 sat-30 ta’ Ġunju 2007.

2.   Il-kwota għandu jkollha in-numri ta’ l-ordni li ġejjin:

09,4057 għall-kwantitajiet imsemmija fil-paragrafu 1(a),

09,4058 għall-kwantitajiet imsemmija fil-paragrafu 1(b).

3.   Id-dazji doganali fuq l-importazzjoni li għandhom japplikaw għaċ-ċanga ffriżata jinstabu fl-Anness I.

Artikolu 4

1.   L-applikazzjoni għad-drittijiet ta’ l-importazzjoni skond il-kwota tista’ tiġi preżentata biss minn, jew għan-nom ta’, stabbilimenti ta’ l-ipproċessar approvati skond l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 u li kienu attivi fil-produzzjoni ta’ prodotti ipproċessati li fihom iċ-ċanga mill-inqas mill-1 ta’ Lulju 2005.

Bla ħsara għad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija fl-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Jannar 2007, stabbilimenti ta’ l-ipproċessar f’dawk il-pajjiżi li ġew approvati skond l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 854/2004 biex jesportaw lejn il-Komunità u li kienu attivi fil-produzzjoni ta’ prodotti ipproċessati li fihom iċ-ċanga mill-inqas mill-1 ta’ Lulju 2005 jistgħu japplikaw għal drittijiet ta’ l-importazzjoni fir-rigward tal-kwantitajiet disponibbli għat-tieni sub-perjodu ta’ din il-kwota kif imsemmija fl-Artikolu 3(1)(a)(ii) u (b)(ii).

Għal kull kwantità msemmija fl-Artikolu 3(1), fir-rigward ta’ kull stabbiliment ta’ l-ipproċessar approvat tista’ tiġi aċċettata applikazzjoni waħda biss għad-drittijiet ta’ l-importazzjoni li m’għandhiex teċċedi l-10 % ta’ kull kwantità disponibbli.

Applikazzjonijiet għad-drittijiet ta’ l-importazzjoni jistgħu jiġu preżentati biss fl-Istat Membru li fih il-proċessur ikun irreġistrat għall-finijiet tal-VAT.

2.   Garanzija ta’ EUR 6 kull 100 kg għandha tiġi preżentata flimkien ma’ l-applikazzjoni għad-drittijiet ta’ l-importazzjoni.

3.   Il-prova tal-konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-ewwel u fit-tieni subinċiż tal-paragrafu 1 għandha tiġi preżentata flimkien ma’ l-applikazzjoni għad-drittijiet ta’ l-importazzjoni.

L-awtorità nazzjonali kompetenti għandha tiddeċiedi liema dokumenti jkunu aċċettabbli bħala prova tal-konformità ma’ dawk il-kundizzjonijiet.

Madankollu, operaturi li ppreżentaw dik il-prova flimkien ma’ l-applikazzjoni tagħhom għad-drittijiet ta’ l-importazzjoni relatati mal-kwantitajiet disponibbli għall-ewwel sub-perjodu ta’ din il-kwota, kif imsemmi fl-Artikolu 3(1)(a)(i) u (b)(i), huma eżentati mill-obbligu li jipprovdu tali prova fil-każ ta’ applikazzjonijiet għad-drittijiet ta’ l-importazzjoni relatati mal-kwantitajiet disponibbli għat-tieni sub-perjodu ta’ din il-kwota, kif imsemmi fl-Artikolu 3(1)(a)(ii) u (b)(ii).

Artikolu 5

1.   Kull applikazzjoni għad-drittijiet ta’ l-importazzjoni ta’ prodotti-A jew prodotti-B għandha tiġi espressa f’ekwivalenti ta’ laħam bl-għadam.

Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu 100 kilogramma ċanga bl-għadam hija ekwivalenti għal 77 kilogramma ċanga bla għadam.

2.   L-applikazzjonijiet għad-drittijiet ta’ l-importazzjoni għall-produzzjoni ta’ prodotti-A jew prodotti-B għandhom jaslu għand l-awtorità kompetenti:

(a)

mhux aktar tard mit-tieni Ġimgħa wara d-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan ir-Regolament fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea sa mhux aktar tard mis-13.00 ħin ta’ Brussell, għal applikazzjonijiet relatati ma’ l-ewwel sub-perjodu kif imsemmi fl-Artikolu 3(1)(a)(i) u (b)(i);

(b)

mhux aktar tard mis-13.00, ħin ta’ Brussell, fit-12 ta’ Jannar 2007 għal applikazzjonijiet relatati mat-tieni sub-perjodu kif imsemmi fl-Artikolu 3(1)(a)(ii) u (b)(ii).

3.   L-Istati Membri għandhom jibgħatu lill-Kummissjoni, mhux aktar tard mit-tieni Ġimgħa wara li jgħalqu l-perjodi rispettivi għas-sottomissjoni ta’ l-applikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2, lista ta’ l-applikanti u l-kwantitajiet li saret applikazzjoni għalihom taħt kull waħda miż-żewġ kategoriji flimkien man-numri ta’ approvazzjoni ta’ l-istabbilimenti ta’ l-ipproċessar konċernati.

Il-komunikazzjonijiet kollha, inklużi prospetti nulli, għandhom jintbagħtu bil-faks jew bl-email fuq il-formoli stabbiliti fl-Annessi II u III.

4.   Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi mill-aktar fis possibbli safejn jiġu milqugħa l-applikazzjonijiet, fejn ikun meħtieġ bħala perċentwali tal-kwantità li għaliha tkun saret applikazzjoni.

Artikolu 6

1.   Kwalunkwe importazzjoni ta’ ċanga ffriżata li għaliha jkunu ġew allokati drittijiet ta’ l-importazzjoni skond l-Artikolu 5(4) għandha tkun suġġetta għall-preżentazzjoni ta’ liċenzja ta’ l-importazzjoni.

2.   Fir-rigward tal-garanzija msemmija fl-Artikolu 4(2) l-applikazzjoni għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni li jikkorrispondu mad-drittijiet ta’ l-importazzjoni allokati għandha tkun rekwiżit primarju skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 20(2) tar-Regolament (KEE) Nru 2220/85.

Meta bl-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 5(4) il-Kummissjoni tistabbilixxi koeffiċjent ta’ tnaqqis, il-garanzija preżentata għandha tiġi rilaxxata fir-rigward tad-drittijiet ta’ l-importazzjoni li dwarhom saret applikazzjoni u li jeċċedu d-drittijiet ta’ l-importazzjoni allokati.

3.   Id-drittijiet ta’ l-importazzjoni allokati lill-proċessuri jintitolawhom għal liċenzji ta’ l-importazzjoni għal kwantitajiet ekwivalenti għad-drittijiet allokati.

Applikazzjonijiet għal liċenzji jistgħu jiġu preżentati biss:

(a)

fl-Istat Membru li fih l-applikazzjoni għad-drittijiet ta’ l-importazzjoni tkun ġiet preżentata;

(b)

minn proċessuri jew għan-nom ta’ proċessuri li lilhom ikunu ġew allokati drittijiet ta’ l-importazzjoni.

4.   Għandha tiġi depożitata garanzija għand l-awtorità kompetenti meta ssir l-importazzjoni biex jiġi żgurat li l-proċessur, li lilu ġew allokati drittijiet ta’ l-importazzjoni, jipproċessa l-laħam kollu impurtat fi prodotti kompluti meħtieġa fl-istabbiliment tiegħu speċifikat fl-applikazzjoni għal-liċenzja, fi żmien tliet xhur mid-data ta’ l-importazzjoni.

L-ammonti tal-garanzija huma stabbiliti fl-Anness IV.

Artikolu 7

Ir-Regolamenti (KE) Nru 1291/2000 u (KE) Nru 1445/95 għandhom japplikaw, bla ħsara għal kull deroga kontemplata f’dan ir-Regolament.

Artikolu 8

1.   L-applikazzjoni għal-liċenzja u l-liċenzja għandu jkun fihom l-informazzjoni li ġejja:

(a)

f’kaxxa 8, il-pajjiż ta’ oriġini;

(b)

f’kaxxa16, wieħed mill-kodiċi NM eliġibbli imsemmi fl-Artikolu 1;

(c)

f’kaxxa 20, mill-inqas waħda mill-annotazzjonijiet elenkati fl-Anness V.

2.   Il-liċenzji ta’ l-importazzjoni għandhom ikunu validi għal 120 jum mid-data tal-ħruġ attwali skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 23(1) tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000. Madankollu, l-ebda liċenzja ma tkun valida wara t-30 ta’ Ġunju 2007.

3.   Bl-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 50(1) tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000, id-dazju sħiħ skond it-Tariffa Doganali Komuni applikabbli fid-data tat-tqegħid f’cirkolazzjoni ħielsa għandu jinġabar fir-rigward tal-kwantitajiet kollha impurtati li jeċċedu dawk murija fuq il-liċenzja ta’ l-importazzjoni.

Artikolu 9

L-Istati Membri għandhom iwaqqfu sistema ta’ verifiki fiżiċi u dokumentati biex jiżguraw li, fi żmien tliet xhur mid-data ta’ l-importazzjoni, il-laħam kollu jiġi pproċessat fl-istabbiliment ta’ l-ipproċessar u fil-kategorija tal-prodott speċifikat fuq il-liċenzja ta’ l-importazzjoni kkonċernata.

Is-sistema għandha tinkludi verifiki fiżiċi tal-kwantità u tal-kwalità fil-bidu ta’ l-ipproċessar, waqt l-ipproċessar u wara li l-operazzjoni ta’ l-ipproċessar tkun tlestiet. Għal dan il-għan, il-proċessuri għandhom ikunu jistgħu juru l-identità u l-użu tal-laħam impurtat permezz ta’ rekords ta’ produzzjoni xierqa, f’kull ħin.

Il-verifika teknika tal-metodu ta’ produzzjoni mill-awtorità kompetenti tista’, safejn ikun meħtieġ, tagħmel konċessjonijiet għat-telf mit-taqtir u mill-qtugħ.

Sabiex tiġi vverifikata l-kwalità tal-prodott aħħari u tiġi stabbilita l-konformità tiegħu mal-formula tal-proċessur għall-kompożizzjoni tal-prodott, l-Istati Membri għandhom jieħdu kampjuni rappreżentattivi u janalizzaw dawk il-prodott. L-ispejjeż għal dan għandhom jitħallsu mill-proċessur ikkonċernat.

Artikolu 10

1.   Il-garanzija msemmija fl-Artikolu 6(4) għandha tiġi rilaxxata fi proporzjon mal-kwantità li għaliha, fi żmien seba’ xhur mid-data ta’ l-importazzjoni, tkun ingħatat prova li tissodisfa lill-awtorità kompetenti li l-laħam kollu impurtat jew parti minnu ġie pproċessat fil-prodotti rilevanti fi żmien tliet xhur wara d-data ta’ l-importazzjoni fl-istabbiliment magħżul.

Madankollu, jekk l-ipproċessar ikun seħħ wara li jiskadi t-terminu ta’ tliet xhur imsemmi fl-ewwel subinċiż, il-garanzija għandha tiġi rilaxxata bi tnaqqis ta’ 15 % flimkien ma’ 2 % mill-ammont li jibqa’ għal kull jum li biħ ikun inqabeż it-terminu ta’ żmien.

Jekk tingħata prova ta’ l-ipproċessar qabel ma jiskadi t-terminu ta’ seba’ xhur imsemmi fl-ewwel subinċiż u din tiġi provduta matul it-18-il xahar li jiġu wara s-seba’ xhur, l-ammont miżmum, bi tnaqqis ta’ 15 % mill-ammont tal-garanzija, għandu jintradd lura.

2.   L-ammont mhux rilaxxat mill-garanzija msemmija fl-Artikolu 6(4) għandu jintilef u jinżamm bħala dazju tad-dwana.

Artikolu 11

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum li jiġi wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 12 ta’ Mejju 2006.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 160, 26.6.1999, p. 21. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2005 (ĠU L 307, 25.11.2005, p. 2).

(2)  ĠU L 47, 17.2.2006, p. 54.

(3)  ĠU L 47, 17.2.2006, p. 52.

(4)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 426/2006 (ĠU L 79, 16.3.2006, p. 1).

(5)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55. (verżjoni ikkorreġuta fil-ĠU L 226, 25.6.2004, p. 22). Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2076/2005 (ĠU L 338, 22.12.2005, p. 83).

(6)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206. (verżjoni ikkorreġuta fil-ĠU L 226, 25.6.2004, p. 83). Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2076/2005 (ĠU L 338, 22.12.2005, p. 83).

(7)  ĠU L 152, 24.6.2000, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1856/2005 (ĠU L 297, 15.11.2005, p. 7).

(8)  ĠU L 143, 27.6.1995, p. 35. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1118/2004 (ĠU L 217, 17.6.2004, p. 10).

(9)  ĠU L 205, 3.8.1985, p. 5. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 673/2004 (ĠU L 105, 14.4.2004, p. 17).

(10)  ĠU L 210, 1.8.1986, p. 39.


ANNESS I

DAZJI FUQ L-IMPORTAZZJONI

Prodott

(Kodiċi NM)

Għall-manifattura ta’ prodotti-A

Għall-manifattura ta’ prodotti-B

0202 20 30

20 %

20 % + 994,5  EUR/1 000 kg/nett

0202 30 10

20 %

20 % + 1 554,3  EUR/1 000 kg/nett

0202 30 50

20 %

20 % + 1 554,3  EUR/1 000 kg/nett

0202 30 90

20 %

20 % + 2 138,4  EUR/1 000 kg/nett

0206 29 91

20 %

20 % + 2 138,4  EUR/1 000 kg/nett


ANNESS II

Faks tal-KE: (32 2) 292 17 34

Email: AGRI-IMP-BOVINE@cec.eu.int

Applikazzjoni ta’ l-Artikolu 5(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS III

Faks tal-KE: (32 2) 292 17 34)

Email: AGRI-IMP-BOVINE@cec.eu.int

Applikazzjoni ta’ l-Artikolu 5(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 727/2006

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS IV

AMMONTI TAL-GARANZIJA (1)

(f’EUR/1000 kg nett)

Prodott

(Kodiċi NM)

Għall-manifattura ta’ prodotti-A

Għall-manifattura ta’ prodotti-B

0202 20 30

1 414

420

0202 30 10

2 211

657

0202 30 50

2 211

657

0202 30 90

3 041

903

0206 29 91

3 041

903


(1)  Ir-rata tal-kambju li għandha tiġi applikata għandha tkun ir-rata tal-kambju fil-jum li jiġi qabel dak meta tiġi ddepożitata l-garanzija.


ANNESS V

L-annotazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 8(1)(c)

:

bl-Ispanjol

:

Certificado válido en … (Estado miembro expedidor)/carne destinada a la transformación … (productos A) (productos B) (táchese lo que no proceda) en … (designación exacta y número de registro del establecimiento en el que vaya a procederse a la transformación)/Reglamento (CE) no 727/2006

:

biċ-Ċek

:

Licence platná v … (vydávající členský stát)/Maso určené ke zpracování … (výrobky A) (výrobky B) (nehodící se škrtněte) v (přesné určení a číslo schválení zpracovatelského zařízení, v němž se má zpracování uskutečnit)/nařízení (ES) č. 727/2006

:

bid-Daniż

:

Licens gyldig i … (udstedende medlemsstat)/Kød bestemt til forarbejdning til (A-produkter) (B-produkter) (det ikke gældende overstreges) i … (nøjagtig betegnelse for den virksomhed, hvor forarbejdningen sker)/forordning (EF) nr. 727/2006

:

bil-Ġermaniż

:

In … (ausstellender Mitgliedstaat) gültige Lizenz/Fleisch für die Verarbeitung zu (A-Erzeugnissen) (B-Erzeugnissen) (Unzutreffendes bitte streichen) in … (genaue Bezeichnung des Betriebs, in dem die Verarbeitung erfolgen soll)/Verordnung (EG) Nr. 727/2006

:

bl-Estonjan

:

Litsents on kehtiv … (välja andev liikmesriik)/Liha töötlemiseks … (A toode) (B toode) (kustuta mittevajalik) … (ettevõtte asukoht ja loanumber, kus toimub töötlemine/määrus (EÜ) nr 727/2006

:

bil-Grieg

:

Η άδεια ισχύει … (κράτος μέλος έκδοσης)/Κρέας που προορίζεται για μεταποίηση … (προϊόντα Α) (προϊόντα Β) (διαγράφεται η περιττή ένδειξη) … (ακριβής περιγραφή και αριθμός έγκρισης της εγκατάστασης όπου πρόκειται να πραγματοποιηθεί η μεταποίηση)/Κανονισμός (ΕΚ) αριθ. 727/2006

:

bl-Ingliż

:

Licence valid in … (issuing Member State)/Meat intended for processing … (A-products) (B-products) (delete as appropriate) at … (exact designation and approval No of the establishment where the processing is to take place)/Regulation (EC) No 727/2006

:

bil-Franċiż

:

Certificat valable … (État membre émetteur)/viande destinée à la transformation de … (produits A) (produits B) (rayer la mention inutile) dans … (désignation exacte et numéro d’agrément de l’établissement dans lequel la transformation doit avoir lieu)/règlement (CE) no 727/2006

:

bit-Taljan

:

Titolo valido in … (Stato membro di rilascio)/Carni destinate alla trasformazione … (prodotti A) (prodotti B) (depennare la voce inutile) presso … (esatta designazione e numero di riconoscimento dello stabilimento nel quale è prevista la trasformazione)/Regolamento (CE) n. 727/2006

:

bil-Latvjan

:

Atļauja derīga … (dalībvalsts, kas izsniedz ievešanas atļauju)/pārstrādei paredzēta gaļa … (A produktu) (B produktu) ražošanai (nevajadzīgo nosvītrot) … (precīzs tā uzņēmuma apzīmējums un apstiprinājuma numurs, kurā notiks pārstrāde)/Regula (EK) Nr. 727/2006

:

bil-Litwan

:

Licencija galioja … (išdavusioji valstybė narė)/Mėsa skirta perdirbimui … (produktai A) (produktai B) (ištrinti nereikalingą) … (tikslus įmonės, kurioje bus perdirbama, pavadinimas ir registracijos Nr.)/Reglamentas (EB) Nr. 727/2006

:

bl-Ungeriż

:

Az engedély … (kibocsátó tagállam) területén érvényes./Feldolgozásra szánt hús … (A-termék) (B-termék) (a nem kívánt törlendő) … (pontos rendeltetési hely és a feldolgozást végző létesítmény engedélyezési száma)/727/2006/EK rendelet

:

bil-Malti

:

Liċenzja valida fi … (Stat Membru li joħroġha)/Laħam maħsub għall-ipproċessar … [Prodotti-A] [Prodotti-B] (ħassar skond kif ikun xieraq) fi … (deżinjazzjoni eżatta u Nru ta’ l-approvazzjoni ta’ l-istabbiliment fejn għandu jsir l-ipproċessar)/Regolament (KE) Nru 727/2006

:

bl-Olandiż

:

Certificaat geldig in … (lidstaat van afgifte)/Vlees bestemd voor verwerking tot (A-producten) (B-producten) (doorhalen wat niet van toepassing is) in … (nauwkeurige aanduiding en toelatingsnummer van het bedrijf waar de verwerking zal plaatsvinden)/Verordening (EG) nr. 727/2006

:

bil-Pollakk

:

Pozwolenie ważne w … (wystawiające państwo członkowskie)/Mięso przeznaczone do przetworzenia … (produkty A) (produkty B) (niepotrzebne skreślić) w … (dokładne miejsce przeznaczenia i nr zatwierdzenia zakładu, w którym ma mieć miejsce przetwarzanie)/rozporządzenie (WE) nr 727/2006

:

bil-Portugiż

:

Certificado válido em … (Estado-Membro emissor)/carne destinada à transformação … (produtos A) (produtos B) (riscar o que não interessa) em … (designação exacta e número de aprovação do estabelecimento em que a transformação será efectuada)/Regulamento (CE) n.o 727/2006

:

bis-Slovakk

:

Licencia platná v … (vydávajúci členský štát)/Mäso určené na spracovanie … (výrobky A) (výrobky B) (nehodiace sa prečiarknite) v … (presné určenie a číslo schválenia zariadenia, v ktorom spracovanie prebehne)/nariadenie (ES) č. 727/2006

:

bis-Sloven

:

Dovoljenje velja v … (država članica, ki ga je izdala)/Meso namenjeno predelavi … (proizvodi A) (proizvodi B) (črtaj neustrezno) v … (točno namembno območje in št. odobritve obrata, kjer bo predelava potekala)/Uredba (ES) št. 727/2006

:

bil-Finlandiż

:

Todistus on voimassa … (myöntäjäjäsenvaltio)/Liha on tarkoitettu (A-luokan tuotteet) (B-luokan tuotteet) (tarpeeton poistettava) jalostukseen … :ssa (tarkka ilmoitus laitoksesta, jossa jalostus suoritetaan, hyväksyntänumero mukaan lukien)/Asetus (EY) N:o 727/2006

:

bl-Iżvediż

:

Licensen är giltig i … (utfärdande medlemsstat)/Kött avsett för bearbetning … (A-produkter) (B-produkter) (stryk det som inte gäller) vid … (exakt angivelse av och godkännandenummer för anläggningen där bearbetningen skall ske)/Förordning (EG) nr 727/2006


Top