EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006R0584

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 584/2006 ta' l- 10 ta' April 2006 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1480/2003 li jimponi dazju kompensatorju definittiv u l-ġbir definittiv tad-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjoni ta' ċerti mikroċirkwiti elettroniċi magħrufa bħala DRAM ( Dynamic Random Access Memories – Memorji Dinamiċi b'Aċċess Każwali) li joriġinaw fir-Repubblika tal-Korea

ĠU L 103, 12.4.2006, p. 1–26 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 270M, 29.9.2006, p. 380–405 (MT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 23/08/2008

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/584/oj

29.9.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

380


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 584/2006

ta' l-10 ta' April 2006

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1480/2003 li jimponi dazju kompensatorju definittiv u l-ġbir definittiv tad-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjoni ta' ċerti mikroċirkwiti elettroniċi magħrufa bħala DRAM (Dynamic Random Access Memories – Memorji Dinamiċi b'Aċċess Każwali) li joriġinaw fir-Repubblika tal-Korea

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1515/2001 tat-23 ta' Lulju 2001 dwar il-miżuri li jistgħu jittieħdu mill-Komunità wara rapport adottat mill-Korp għall-Ftehim fuq Tilwim tad-WTO dwar kwistjonijiet fuq anti-dumping u anti-sussidji (1),

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2026/97 tas-6 ta' Ottubru 1997 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea (2) (“ir-Regolament bażiku”),

Wara li kkunsidra l-proposta preżentata mill-Kummissjoni wara li konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

A.   PROĊEDURA

1.   Miżuri eżistenti

(1)

Permezz tar-Regolament (KE) Nru 1480/2003 (3) (“ir-Regolament definittiv”), il-Kunsill impona dazju kompensatorju definittiv ta' 34,8 % fuq l-importazzjoni ta' ċerti mikroċirkwiti elettroniċi magħrufa bħala Memorji Dinamiċi b'Aċċess Każwali (“DRAM”) li joriġinaw mir-Repubblika tal-Korea u manifatturati mill-kumpanniji kollha minbarra Samsung Electronics Co., Ltd (“Samsung”), li għaliha ġiet stabbilita rata ta' dazju ta' 0 %. Ir-Regolament definittiv kien preċedut mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 708/2003 li jimponi dazju kompensatorju provviżorju fuq l-importazzjoni ta' DRAM li joriġinaw mir-Repubblika tal-Korea (4) (ir-“Regolament provviżorju”).

(2)

Żewġ kumanniji produtturi esportaturi li jinstabu fir-Repubblika tal-Korea kkoperaw fl-investigazzjoni li wasslet għall-impożizzjoni tal-miżuri eżistenti (“l-investigazzjoni oriġinali”): Samsung, li ma nstabitx tirċievi sussidji, u Hynix Semiconductor Inc. (“Hynix”). L-industrija Komunitarja Ewropea (KE) fl-investigazzjoni oriġinali kienet tikkonsisti minn żewġ produtturi li kienu jakkontaw għall-parti l-kbira tal-produzzjoni Komunitarja totali ta' DRAM, Infineon Technologies AG, fi Munich, il-Ġermanja, (“Infineon”) u Micron Europe Ltd, f'Crowthorne, r-Renju Unit (“Micron”).

(3)

L-investigazzjoni tas-sussidjar u tad-danni kopriet il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2001 sal-31 ta' Diċembru 2001 (“PI”). L-eżami tat-tendenzi relevanti għall-istima tad-danni kopriet il-perjodu mill-1 ta' Jannar 1998 sat-tmiem tal-PI (“il-perjodu ta' l-investigazzjoni”).

2.   Ir-rapport adottat mill-Korp għas-Soluzzjoni tat-Tilwim tad-WTO

(4)

Fit-3 ta' Awwissu 2005, il-Korp għas-Soluzzjoni tat-Tilwim (“DSB”) ta' l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (“WTO”) adotta rapport tal-Bord fil- “Komunitajiet Ewropej – Miżuri Kompensatorji fir-rigward ta' Ċipep ta' Memorja Dinamika b'Aċċess Każwali mill-Korea” (5).

(5)

Skond ir-rapport tal-Bord, il-KE aġixxiet b'mod inkonsistenti ma' l-obbligi tagħha lejn id-WTO taħt:

(a)

l-Artikolu 1.1(a) tal-Ftehim dwar Sussidji u Miżuri Kompensatorji (6) (il-“Ftehim SCM”) meta ddeċidiet li l-Programm ta' Ristrutturazzjoni ta' Mejju 2001 kien jikkostitwixxi kontribuzzjoni finanzjarja mill-Gvern;

(b)

l-Artikolu 1.1(b) tal-Ftehim SCM meta ddeċidiet li jeżisti benefiċċju fil-każ ta' Self Sindakat;

(ċ)

l-Artikoli 1.1(b) u 14 tal-Ftehim SCM meta applikat direttament, għar-raġunijiet tal-kalkolu ta' l-ammont tal-benefiċċju, il-metodoloġija tagħha għal għotja taħt kull programm li nstab li jikkostitwixxi sussidju;

(d)

l-Artikolu 15.4 tal-Ftehim SCM billi ma stmatx il-fattur “pagi” bħala fattur relevanti li jolqot l-istat ta' l-industrija domestika;

u

(e)

l-Artikolu 15.5 tal-Ftehim SCM meta falliet milli tassigura li d-dannu kkawżat minn ċerti fatturi oħra (partikolarment, it-tnaqqis fid-domanda, il-kapaċità produttiva żejda, u importazzjonijiet oħra (mhux sussidjati)) ma ġiex attribwit għall-oġġetti importati ssusidjati.

(6)

Min-naħa l-oħra, l-KE nstabet li aġixxiet b'mod konsistenti ma' l-obbligi tagħha lejn id-WTO taħt:

(a)

l-Artikolu 1.1(a) tal-Ftehim SCM meta ddeċidiet li s-Self Sindakat, il-Garanzija KEIC, il-Programm KDB tat-Titoli ta' l-Imgħax u l-Programm ta' Ristrutturazzjoni ta' Ottubru 2001 kienu jikkostitwixxu kontribuzzjoni finanzjarja mill-Gvern tal-Korea (“GOK”);

(b)

l-Artikolu 1.1(b) tal-Ftehim SCM meta ddeċidiet li l-Hynix ingħatat benefiċċju mill-Garanzija KEIC, mill-Programm KDB tat-Titoli ta' l-Imgħax, mill-Programm ta' Ristrutturazzjoni ta' Mejju 2001 u mill-Programm ta' Ristrutturazzjoni ta' Ottubru 2001;

(ċ)

l-Artikoli 1.2 u 2 tal-Ftehim SCM meta sabet speċifiċità de facto (żewġ asserzjonijiet Koreani);

(d)

l-Artikolu 15.2 tal-Ftehim SCM meta stmat is-sinifikat ta' l-effetti tal-volum u tal-prezz ta' l-importazzjonijiet sussidjati (żewġ asserzjonijiet Koreani);

(e)

l-Artikolu 15.4 tal-Ftehim SCM meta kkunsidrat il-fatturi kollha relevanti għall-kundizzjoni globali ta' l-industrija domestika, ħlief għall-fattur “salarji”;

(f)

l-Artikolu 15.5 tal-Ftehim SCM meta wriet ir-rabta każwali neċessarja bejn l-importazzjonijiet sussidjati u d-danni;

u

(g)

l-Artikolu 12.7 tal-Ftehim SCM meta applikat “il-fatti disponibbli” fir-rigward ta' l-investigazzjoni tas-sussidju.

3.   Ir-rivalutazzjoni sabiex jiġu implementati r-rakkomandazzjonijiet tal-DSB

(7)

Fid-dawl tar-rakkomandazzjonijiet esposti fir-rapport tal-Bord, il-Kummissjoni wettqet rivalutazzjoni fil-fond u objettiva tal-konklużjonijet relevanti fir-Regolament definittiv fuq il-bażi ta' informazzjoni dokumentata. L-għan tar-rivalutazzjoni huwa limitat kif jixraq għal eżami tal-ħames aspetti speċifiċi tal-miżura eżistenti, kif deskritt aktar 'il fuq, li nstabu li kienu inkonsistenti mal-Ftehim SCM. Dan l-eżami huwa bbażat fuq valutazzjoni mill-ġdid tal-prova eżistenti dokumentata ta' l-investigazzjoni oriġinali fid-dawl tal-konklużjonijet relevanti fir-rapport tal-Bord.

(8)

Ir-rivalutazzjoni dikjarata hawn isfel turi li għadu jsir is-sussidjar dannuż, għalkemm f'livell kemmxejn anqas.

B.   IL-PRODOTT EŻAMINAT U L-PRODOTT SIMILI

(9)

Il-prodott eżaminat u l-prodott simili huma l-istess bħal dawk koperti mill-investigazzjoni oriġinali, jiġifieri ċerti mikroċirkwiti elettroniċi magħrufa bħala Memorji Dinamiċi b'Aċċess Każwali (“DRAM”), ta' kull tip, densità u varjazzjoni, kemm jekk muntati, proċessati f'wejfers jew ċipep (forom), manifatturati bl-użu ta' varjazzjonijiet tat-teknoloġija tal-proċess ta' Metal Oxide-Semiconductors (“MOS”), iklużi t-tipi komplementari ta' l-MOS (CMOS), ta' kull densità (inklużi densitajiet futuri), irrispettivament mill-veloċità ta' l-aċċess, il-konfigurazzjoni, l-ippakkjar jew il-frame eċċ. li joriġinaw mir-Repubblika tal-Korea. Il-prodott konċernat jinkludi wkoll DRAM preżentati f'moduli ta' memorja (mhux customized) jew bords ta' memorja L 336, 23.12.1994, p 156 (mhux customized), jew f'xi għamla oħra ta' forma aggregata, sakemm l-iskop ewlieni tagħhom ikun li jipprovdu memorja (7).

(10)

Il-prodott konċernat fil-preżent jista' jiġi klassifikat taħt il-kodiċijiet NM 8542 21 11, 8542 21 13, 8542 21 15, 8542 21 17, ex 8542 21 01, ex 8542 21 05, ex 8548 90 10, ex 8473 30 10 u ex 8473 50 10.

(11)

Ir-rapport tal-Bord ma kopra l-ebda talba li tolqot il-konklużjonijiet esposti fir-Regolament definittiv rigward il-prodott konċernat u l-prodott simili.

Ċ.   IL-KONKLUŻJONIJIET RIVEDUTI BBAŻATI FUQ IR-RAPPORT TAL-BORD

1.   Is-sussidji

1.1.   Introduzzjoni

(12)

Din il-parti tistabbilixxi l-konklużjonijiet rivalutati bbażati fuq il-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tar-rapport tal-Bord rigward:

(a)

jekk il-Programm ta' Ristrutturazzjoni ta' Mejju 2001 kienx jikkostitwixxi kontribuzzjoni finanzjarja mill-GOK fis-sens ta' l-Artikolu 2(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2026/97 (1)(“ir-Regolament bażiku”);

(b)

jekk ingħatax benefiċċju fil-każ tas-Self Sindakat fis-sens ta' l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku;

(c)

il-kalkolu ta' l-ammont tal-benefiċċju fir-rigward ta' kull programm ta' sussidju fis-sens ta' l-Artikoli 2(2) u 6 tar-Regolament bażiku.

(13)

Kull konklużjoni oħra relatata mas-sussidji tibqa' kif stabbilita fl-investigazzjoni oriġinali u stabbilita fir-Regolament provviżorju u fir-Regolament definittiv.

1.2.   Ix-Xiri ta' Titoli “Bonds” minn Banek Kredituri f'Mejju 2001 għall-ammont ta' 1 triljun KRW u l-Ewwel Estensjoni tad-Dejn (il-Programm ta' Ristrutturazzjoni)

(14)

Il-Bord sab li l-konklużjoni l-banek kredituri kienu diretti li jipparteċipaw fil-Programm ta' Ristrutturazzjoni ta' Mejju 2001 u li x-xiri tagħhom ta' triljun KRW ta' titoli bonds konvertibbli (“CBs”) bħala parti mill-Programm kien għalhekk jikkostitwixxi kontribuzzjoni finanzjarja mill-GOK ma kinitx konsistenti ma' l-Artikolu 1.1(a) tal-Ftehim SCM (8). B'mod aktar speċifiku, il-Bord sab li “filwaqt li l-Programm ta' Ristrutturazzjoni ta' Mejju 2001 huwa każ li jista' jinqata' favur kull naħa, aħna nikkunsidraw li l-prova miġjuba quddiem l-awtorità ta' l-investigazzjoni kienet insuffiċjenti sabiex ikun konkluż b'mod raġonevoli li l-gvern inkariga jew idderieġa lill-banek privati sabiex jixtru s-CBs ta' Hynix.” (9)

(15)

Skond il-valutazzjoni tal-Bord, il-fondi provduti lil Hynix fil-kuntest tal-Programm ta' Ristrutturazzjoni ta' Mejju 2001 m'għandhomx jattiraw miżuri kompensatorji (10).

1.3.   Is-Self Sindakat ta' 800 biljun KRW

(16)

Fir-rigward tas-Self Sindakat ta' 800 biljun KRW 800, il-Bord sab li l-KE kienet stabbilixxiet korrettament li l-GOK kien idderieġa lill-Bank tal-Kambju Korean [Korea Exchange Bank] (“KEB”) sabiex jipparteċipa fis-self u li dan kien jikkostitwixxi kontribuzzjoni finanzjarja permezz ta' inkarigu mogħti jew direzzjoni mogħtija lill- KEB skond l-Artikolu 1.1(a) tal-Ftehim SCM. Il-Bord sab ukoll li l-Korea Development Bank (“KDB”) ipprovda kontribuzzjoni finanzjarja diretta permezz tal-parteċipazzjoni tiegħu fis-Self Sindakat, u minħabba li l-KDB kien entità pubblika, ma kienx meħtieġ li l-KE tasal għal xi konklużjoni dwar inkarigu mogħti jew direzzjoni mogħtija (11). Madankollu, il-Bord sab li l-KE falliet milli tistabbilixxi l-eżistenza ta' benefiċċju mill-kontribuzzjoni finanzjarja provduta mill-KDB u mill-KEB fis-sens ta' l-Artikolu 1(b) tal-Ftehim SCM  (12). B'mod speċifiku, il-Bord iddikjara li l-KE ma kinitx eżaminat jekk kienx hemm self kummerċjali komparabbli fuq is-suq li attwalment seta' jinkiseb minn Hynix u ddikjara li l-KE kienet injorat lill-partiċipanti l-oħra fis-Self Sindakat bħala punti possibbli ta' referenza (13).

(17)

Fl-opinjoni tal-Kummissjoni, il-parteċipazzjoni tal-banek l-oħra fis-Self Sindakat ma tistax isservi bħala punt adegwat ta' referenza sabiex tiġi determinata l-eżistenza ta' benefiċċju. Kif innota l-Bord stess, sabiex tiġi determinata l-eżistenza ta' punt ta' referenza kummerċjali, l-awtoritajiet iridu jeżaminaw jekk tali self kienux fil-fatt influwenzati mill-allegat intervent tal-gvern u b'hekk ma jirrappreżentawx self li jista' fil-fatt jinkiseb fuq is-suq (14). Il-Kummissjoni wettqet rivalutazzjoni fil-fond tad-dokument estensiv f'dan il-każ u implementat it-tip ta' analiżi diskuss mill-Bord. Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni ddeċidiet li s-self mill-banek l-oħra parteċipanti fis-Self Sindakat ma setgħux iservu bħala punt adegwat ta' referenza.

(18)

L-ewwelnett, fid-dawl tal-kundizzjoni finanzjarja ta' Hynix fiż-żmien li kien miftiehem is-Self Sindakat, kif innutat fir-premessa 19 tar-Regolament definittiv, fiż-żmien li kien miftiehem is-Self, fit-tmiem tas-sena 2000, Hynix kienet tinsab f'inkwiet finanzjarju gravi. Il-kumpannija kellha 'l fuq minn 9,46 biljun USD fi djun fit-tmiem tas-sena 2000, li kien aktar minn darbtejn il-valur nett tagħha u aktar minn erba' darbiet il-kapitalizzazzjoni tas-suq tal-kumpannija. Din soffriet telf fis-sena 2000, sena li fiha produtturi kbar oħra ta' DRAM irreġistraw profitti u li kienet meqjusa b'mod ġenerali bħala sena tassew tajba fl-industrija tad-DRAM. Il-maġġoranza tad-djun tal-Hynix kienu qegħdin isiru esiġibbli fl-2001 u l-kumpannija kienet qed tiffaċċja problemi intensi ta' likwidità. Bosta analisti indipendenti u ditti tas-sigurtajiet kienu qed jgħidu f'dak iż-żmien li l-kumpannija ma kinitx se tkun kapaċi li tiġġenera likwidità jew tbiegħ assi suffiċjenti sabiex tħallas id-djun tagħha li kienu waslu sabiex jimmaturaw. Taħt dawn iċ-ċirkostanzi, banek li jimmassimizzaw il-profitt u li joperaw taħt kundizzjoniiet kummerċjali normali ma jipparteċipawx b'mod volontarju f'self suġġett għal riskju tant enormi ta' inadempjenza (15).

(19)

It-tieninett, hemm biżżejjed prova dokumentata li parteċipanti oħra fis-Self Sindakat kienu kostretti sabiex jipparteċipaw fir-ristrutturazzjoni globali tad-dejn ta' Hynix. Per eżempju, id-dokment jinkludi prova li wieħed mill-parteċipanti, Kookmin Bank, kien mitlub li jsellef direttament lill-“kumpanniji f'diffikultà li jixtiequ jissellfu”, Speċifikament, f'dikjarazzjoni lill-Kummissjoni dwar Sigurtajiet u Kambju ta' l-Istati Uniti, Kookmin iddikjara:

“Il-gvern Korean ippromwova, u, bħala fatt ta' politika, jista' jkompli jippromwovi s-self lil ċerti tipi ta' mutwatarji. Huwa għamel dan ġeneralment billi jitlob lill-banek sabiex jipparteċipaw fi programmi rimedjali għal mutwatarji f'diffikultà {bħal Hynix} u billi jidentifika setturi ta' l-ekonomija li huwa jixtieq jippromwovi u jagħmel self b'imgħax baxx disponibbli lill-banek u lill-istituzzjonijiet finanzjarji li jsellfu lil mutwatarji f'dawn is-setturi. B'dan il-mod il-gvern ippromwova self garantit għal dawk bi dħul baxx u self lill-kumpanniji li joperaw fil-qasam tat-teknoloġija. Aħna nistennew li kull self mogħti skond il-politika tal-gvern ser jiġi rivedut skond il-politika tagħna dwar l-għoti ta' kreditu. Madankollu, l-politika tal-gvern tista' tinfluwenzana sabiex insellfu lil ċerti setturi jew li nsellfu b'mod li ma konniex insellfu li kieku ma' kienx hemm il-politika tal-gvern.” (16).

Huwa ċar li Kookmin qed jirriferi għal Hynix meta jsemmi mutwatarji f'diffikultà, għaliex ir-rapport tal-bank għas-sena 2001 jelenka lil Hynix bħala l-unika l-akbar entità li ssellfet li kienet f'diffikultajiet finanzjarji (17). Barra minn dan, Kookmin, bħala intrapriża b'investiment tal-GOK kien suġġett għal verifika u spezzjoni mill-Bord ta' l-Verifika u Spezzjoni tal-GOK u għalhekk kien taħt pressjoni sabiex jikkonforma mal-politika tal-GOK

(20)

Parteċipanti oħra fis-Self Sindakat kienu wkoll taħt pressjoni mill-GOK sabiex jassistu lil Hynix. F'dan ir-rispett, ir-premessa 55 tar-Regolament definittiv tipprovdi informazzjoni estensiva dwar sa fejn wasal il-GOK meta għamel pressjoni fuq il-Korea First Bank (“KFB”) sabiex dan jipprovdi finanzjament kontinwu lil Hynix. F'laqgħa Ministerjali Ekonomika ta' livell għoli f'Novembru 2000 il-GOK ħa passi sabiex “itaffi in-nuqqas ta' fondi ta' Hynix” u rrinunzja għal-limiti ta' kreditu statutorji għal KFB, KEB u KDB. Il-Bord ma eżaminax il-prova rigward il-KFB, għaliex il-Kummissjoni kkonkludiet li l-involviment tiegħu kien negliġibbli. Madankollu, minħabba li l-Bord sab li l-istess tattiċi tal-GOK wżati fir-rigward ta' KEB ammontaw għal direzzjoni u li l-GOK għandu 49 % tal-KFB, huwa raġonevoli li wieħed jikkonkludi li l-GOK kien f'pożizzjoni sabiex jeżerċita u li fil-fatt eżerċita influwenza fuq il-KFB rigward id-deċiżjoni tiegħu li jipparteċipa fis-Self Sindakat. Il-KDB huwa entità pubblika u l-Bord sab li l-KEB irċeva direzzjonijiet mingħand il-GOK. Il-parteċipazzjoni ta' dawn il-banek fis-Self Sindakat għalhekk mhijiex punt affidabbli ta' referenza kummerċjali. Banek oħra li kienu parti mis-Self Sindakat kienu wkoll suġġetti għal pressjoni simili mill-GOK. Il-GOK għamel pressjoni tassew diretta kemm fuq il-Bank Shinhan u kemm fuq il-Bank KorAm rigward l-estensjoni ta' l-arranġamenti dwar il-kreditu għall-esportazzjoni, li saret fl-istess żmien tas-Self Sindakat. Dawn il-banek kienu kkonkludew li kienu diġà esposti ż-żejjed għal Hynix u reġgħu lura d-deċiżjoni preċedenti tagħhom li jżidu l-limitu ta' kreditu għall-esportazzjoni disponibbli għal Hynix. B'risposta għal dan, uffiċjal ta' l-FSS ikkritika l-mossa tagħhom bħala “inkonċepibbli” (18). Il-GOK kellu 18.3 % ta' Shinhan u kien l-akbar azzjonist tiegħu, għalhekk seta' jeżerċita influwenza konsiderevoli fuq il-bank. Huwa ċar li Shinhan ma kienx qed jaġixxi b'mod kummerċjali minħabba li dan żied ir-riservi għat-telf fuq is-self lil Hynix fl-istess żmien li kompla jassisti lill-kumpannija u li ma offra l-ebda analiżi leġittima tar-riskju ta' kreditu sabiex jassistiha. Il-Bank KorAM ukoll iffaċċja theddid mill-GOK meta l-bank irrifjuta li jixtri CBs ta' Hynix, għaliex iddeċieda li dan ma kienx jagħmel sens finanzjarjament. B'risposta għad-deċiżjoni tal-bank li ma jixtrix it-titoli, uffiċjal ta' l-FSS wissa lil KorAm, u uża lingwaġġ mhux karatteristiku għal gvern li apparentement mhux involut f'deċiżjonijiet ta' kreditu. L-uffiċjal iddikjara: “Jekk KorAm ma jonorax il-ftehim, aħna m'aħniex sejrin nahfru lill-bank.” (19) Huwa ddikjara wkoll li l-FSS kien ser jieħu miżuri stretti kontra l-bank, bħal preżempju n-nuqqas ta' approvazzjoni ta' strumenti finanzjarji ġodda u l-impożizzjoni fuq l-bank ta' verifika aktar stretta (20). Bħala riżultat ta' dan it-theddid, il-Bank KorAm ċeda u reġġa' lura d-deċiżjoni tiegħu (21), waqt li kontemporanjament żied ir-riservi għat-telf fuq is-self lil Hynix u ma offra l-ebda analiżi tal-kreditu leġittima sabiex ipprovda assistenza finanzjarja bħal din. Mill-bqija tal-banek li pparteċipaw fis-Self Sindakat, il-Bank Chohung, il-Bank Woori, l-NACF, il-Bank ta' Seoul, il-Bank Kwangju il-Bank Peace, il-Bank Kyongnam u l-Bank Industrijali tal-Korea huma kollha proprjetà tal-GOK u b'hekk id-deċiżjonijiet ta' kreditu tagħhom huma mniġġsa mill-politika tal-GOK. Il-Housing and Commercial Bank, li l-GOK għandu sehem ta' 20 % fih, ammetta direzzjoni min-naħa tal-gvern fid-deċiżjonijiet tal-kreditu tiegħu f'dikjarazzjoni solenni lill-US SEC (22). Fl-aħħarnett, għalkemm il-Bank Pusan m'huwiex proprjetà tal-gvern, xorta waħda kien ordnat mill-FSS fl-1999 sabiex ikeċċi jew ibiddel lill-eżekuttiv tiegħu u sabiex iżid il-kapital imħallas tiegħu b'86,2 miljun USD qabel it-tmiem ta' Marzu 2000 (23), sabiex “inaqqas l-ammont ta' ħaddiema tagħhom, in-numru ta' fergħat u organizzazzjonijiet, filwaqt li jbigħ is-sussidjarji f'diffikultà” (20) u, fis-sena 2000, l-FSS issanzjona lill-uffiċjali preċedenti u attwali tiegħu fuq tmexxija ħażina (24). Minħabba dan l-ammont ta' kontroll tal-GOK fuq il-Bank Pusan, id-deċiżjoni tal-bank li jipparteċipa fis-Self Sindakat ma jistax jitqies bħala punt affidabbli ta' referenza kummerċjali.

(21)

It-tieletnett, ċertament ma jkunx xieraq li jintuża Citibank Seoul bħala punt ta' referenza sabiex jiġi determinat kemm hija kummerċjalment raġonevoli l-partiċipazzjoni fis-Self Sindakat, għar-raġunijiet esposti fir-premessi (130) sa (133) tar-Regolament definittiv. L-ewwelnett, Citibank Seoul ma kkoperax f'din l-investigazzjoni, għalhekk ġiegħel lill-Kummissjoni sabiex tistrieħ fuq fatti disponibbli rigward il-parteċipazzjoni ta' Citibank Seoul. Barra minn hekk, il-prova dokumentata diskussa fil-premessa 133 tar-Regolament definittiv tirrifletti relazzjoni tassew mill-qrib mhux tas-soltu bejn il-GOK u Citibank li titfa dubbju fuq l-imparzjalità ta' Citibank meta dan sellef lil Hynix. It-tieletnett, Citibank stess kien konsulent finanzjarju ta' Hynix rigward ir-ristrutturazzjoni tagħha u għalhekk kellu konflitt inerenti fir-rigward ta' partiċipazzjoni f'self ġdid lil Hynix (25). Dan qatt ma kien iffinanzja lil Hynix qabel ma sar il-konsulent finanzjarju ta' Hynix. Ir-rabanett, il-Bord stess għaraf li Citibank ma jistax iservi bħala bażi sabiex jiġi determinat jekk xi waħda mis-self li sar lil Hynix saritx fuq il-bażi ta' kunsiderazzjonijiet kummerċjali (26).

(22)

Fl-aħħarnett, huwa importanti li jiġi nnotat li Hynix naqset milli tħallas l-imgħax fuq is-Self Sindakat kważi hekk kif ingħata s-self. Kif ġie innotat fil-premessa 87 tar-Regolament definittiv, Hynix ma kinitx qed tonora s-Self Sindakat li kienet irċeviet f'Jannar 2001.

(23)

Ibbażat fuq dan kollu, jista' jiġi konkluż li l-ebda wieħed mis-seba' parteċipanti l-oħra fis-Self Sindakat ma jista' jservi bħala punt adegwat ta' referenza sabiex jitqies kemm huwa kummerċjalment raġonevoli jew le l-ammont ta' benefiċċju lil Hynix mill-partijiet tas-self li ngħataw minn KEB u KDB.

(24)

Fuq din il-bażi, il-parteċipazzjoni ta' KEB u KDB fis-Self Sindakat tista' tibqa' tiġi meqjusa bħala sussidju, li jattira azzjoni kompensatorja, li jipprovdi benefiċċju lil Hynix. Madankollu, kif ġie espost fil-premessa 37 tar-Regolament definittiv, l-ebda ammont ta' sussidju ma ġie suġġett għal miżuri kompensatorji taħt is-Self Sindakat sabiex ikun evitat li jingħadd darbtejn, minħabba li l-ammont tas-Self Sindakat kien sussegwentement estiż għall-miżuri ta' Ottubru 2001. Għalhekk, ma hija neċessarja l-ebda emenda tal-konklużjonijet fir-rigward ta' din il-miżura.

1.4.   Il-kalkolu ta' l-ammont tal-benefiċċju

(25)

Il-Bord sab, fil-para 7.215 tar-rapport tiegħu, li l-kalkolu ta' l-ammont tal-benefiċċju mogħti minn kull wieħed mill-kontributuri finanzjarji ma kienx konsistenti ma' l-Artikoli 1.1(b) u 14 tal-Ftehim SCM. Il-GOK ma qajjem l-ebda eċċezzjoni sabiex jirribatti, “bħala tali”, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament bażiku jew il-Linji Gwida (27) rigward il-kalkolu ta' l-ammont tal-benefiċċju. Għalhekk, ir-rapport tal-Bord indirizza biss kif l-KE applikat dawn id-dispożizzjonijiet u kalkulat l-ammont tal-benefiċċju fir-rigward tal-miżuri diskussi f'din il-proċedura (ir-Regolament definittiv).

(26)

B'mod partikolari, il-Bord ikkunsidra li l-KE aġixxiet b'nuqqas ta' konsistenza ma' l-Artikoli 1.1(b) u 14 tal-Ftehim SCM billi ħadet bħala l-punt tat-tluq il-fatt li l-ammont tal-benefiċċju mogħti minn kull wieħed mill-kontribuzzjonijiet finanzjarji, li kienu ġeneralment f'forma ta' self, garanziji jew sigurtajiet, kellu jkun kalkulat bħallikieku dawk il-kontribuzzjonijiet finanzjarji kienu għotjiet, irrispettivament mit-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom. Il-Bord irraġuna li l-kalkolu ta' l-ammont tal-benefiċċju għandu jkun ibbażat fuq il-benefiċċju lil min qed jirċevih, mhux kemm dan se jiswa lil min qed jipprovdih. Irraġuna wkoll li fil-każ preżenti l-għoti ta' fondi lil Hynix fil-forma ta' self, garanziji u sigurtajiet setgħu kienu ta' benefiċċju anqas lil Hynix milli kieku l-fondi kienu ġew provduti fil-forma ta' għotjiet. B'mod partikolari, il-Bord irraġuna li l-fondi kienu jidhru bħala dejn fil-karta tal-bilanċ ta' Hynix jew kienu jikkawżaw dilwizzjoni tad-drittijiet ta' proprjetà ta' azzjonisti eżistenti f'Hynix (28).

(27)

Il-Bord ikkunsidra li, bħala fatt ta' liġi tad-WTO, il-punt korrett tat-tluq għall-KE f'dan il-każ irid ikun it-tfittxija għal punt alternattiv ta' referenza bħala bażi għall-kalkolu ta' l-ammont tal-benefiċċju. Il-Bord irrifera b'mod partikolari, fil-paragrafu 7.213 tar-rapport tiegħu, għal “self kummerċjali komparabbli li d-ditta setgħet fil-fatt tikseb fuq is-suq” (l-Artikolu 14(b) tal-Ftehim SCM) u “self kummerċjali komparabbli nieqes il-garanzija tal-gvern” (l-Artikolu 14(a) tal-Ftehim SCM). Il-Bord irrifera wkoll, bħala eżempju, għal l-hekk imsejħa “junk bonds” jew “vulture funds” (29).

(28)

Il-Bord osserva li jista' jkun hemm ċirkostanzi fejn ma jkun hemm l-ebda punt komparabbli ta' referenza, u li l-awtorità li qed tagħmel l-investigazzjoni kienet u hija intitolata għal latitudni pjuttost wiesgħa fl-adozzjoni ta' strateġija raġonevoli għall-kalkolu ta' l-ammont tal-benefiċċju lil Hynix (30).

(29)

Fid-dawl tal-konklużjonijet tal-Bord, għal kull waħda mill-kontribuzzjonijiet finanzjarji relevanti fil-miżura konċernata, il-Kummissjoni eżaminat mill-ġdid il-fatti u l-prova kollha relevanti fl-atti, filwaqt li kkunsidrat is-sottomissjonijiet kollha tal-partijiet interessati, speċifikament fir-rigward ta' punti alternattivi ta' referenza possibbli, inklużi “junk bonds” u “vulture funds”, u, għal kull kontribuzzjoni finanzjarja relevanti, determinat mill-ġdid l-ammont ta' benefiċċju lil Hynix.

(30)

Il-Kummissjoni ma eżaminatx mill-ġdid u m'għamlet l-ebda determinazzjoni mill-ġdid fir-rigward ta' kwalunkwe kwistjoni sostantiva jew ta' proċedura konfermata mir-rapport tal-Bord jew mhux misjuba mill-Bord bħala inkonsistenti mal-Ftehim SCM, inklużi, iżda mhux limitatament għal: is-sitwazzjoni finanzjarja jew valur ta' Hynix, il-kundizzjonijiet fis-suq ta' DRAM, il-kundizzjonijiet fis-swieq finanzjarji u l-użu tal-fatti disponibbli. Il-Kummissjoni llimitat ruħha għall-kwistjoni speċifika li hija s-suġġett tal-konklużjonijet tal-Bord: id-disponibbiltà ta' punti alternattivi ta' referenza.

(31)

Meta għamlet din id-determinazzjoni mill-ġdid, il-Kummissjoni bbażat il-kalkolu tagħha tas-sussidju fuq standard ta' “benefiċċju lil min qed jirċevih” u mhux fuq dak ta' “kemm se jiswa lill-gvern”, kif jirrikjedi l-Artikolu 6 tar-Regolament bażiku, f'konsistenza mar-raġunament tal-Bord, mad-determinazzjonijiet fir-Regolament definittiv u mal-prattika stabbilita tal-Kummissjoni (31). F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni tinnota li wieħed mill-fatturi ewlenin tal-Ftehim SCM (l-Artikolu 14) wara l-Uruguay Round kien il-konferma li l-istandard “benefiċċju għal min qed jirċevih” normalment jiġi qabel l-istandard “kemm se jiswa lill-gvern”. Il-Kummissjoni tinnota wkoll li dak ta' l-ewwel ġeneralment iwassal għal ammont aktar għoli ta' sussidju minn dak ta' l-aħħar, minħabba li dan jirrikjedi li jitqabbel ma' l-għoti ta' fondi kummerċjali, aktar milli tal-gvern. Konsegwentement, il-Kummissjoni tinnota li l-metodu ta' “kemm se jiswa lill-gvern” ġeneralment ma jkunx mistenni li jwassal għal ammont aktar għoli ta' sussidju mill-metodu tal-“benefiċċju lil min se jirċevih”.

(32)

Għalhekk, skond ir-raġonament tal-Bord, il-Kummissjoni eżaminat il-kontribuzzjoniet finanzjarji “mill-perspettiva ta' min qed jirċevihom”. Il-Kummissjoni għamlet dan permezz ta' eżami objettiv ta' l-informazzjoni dokumentata tal-każ. Il-Kummissjoni ma indagatx x'seta' kien l-istat mentali suġġettiv ta' wieħed jew aktar mid-diriġenti ta' Hynix f'dak iż-żmien. Minflok, hija indagat x'kien ikun, objettivament, l-ammont ta' benefiċċju għal kumpannija fl-istess sitwazzjoni eżatta ta' Hynix f'dak iż-żmien. Il-kalkolu ta' l-ammont tal-benefiċċju mill-perspettiva ta' min qed jirċevih ma jinkludix li wieħed jaqleb minn bażi interrogattiva objettiva għal waħda suġġettiva.

1.5.   Il-Garanzija tal-KEIC għall-Krediti ta' l-Esportazzjoni (estensjoni D/A) għall-ammont ta' 600 miljun USD

(33)

Il-Bord ġabar fil-qosor il-fatti li jikkonċernaw il-Garanzija tal-KEIC fit-termini li ġejjin:

“7.85

It-tieni azzjoni li nstabet li kienet sussidju kienet l-estensjoni ta' garanzija mill-Korporazzjoni Koreana ta' l-Assigurazzjoni ta' l-Esportazzjoni (‘KEIC’) li hija l-aġenzija uffiċjali għall-kreditu ta' l-esportazzjoni tal-Korea. Il-KEIC tipprovdi assigurazzjoni għall-esportazzjoni u garanziji sabiex wieħed jiġġestixxi r-riskju assoċjat mat-transazzjonijiet esteri. F'Jannar 2001, erbatax-il bank kreditur Hynix żiedu l-limitu tal-faċilità tal-kreditu għall-esportazzjoni għal D/A's (‘Documents against Acceptance’ — dokumenti skambjati ma' l-aċċettazzjoni) provduti lil Hynix minn 800 miljun USD għal 1.4 biljun USD, żieda ta' 600 miljun USD. Il-KEIC ta l-assigurazzjoni għall-esportazzjoni għal żmien qasir għal limitu estiż ta' D/A fir-rigward tat-transazzjoni bejn Hynix u s-sussidjarji tagħha barra l-pajjiż. Fi kliem ieħor, Hynix tiġbor il-pagament maħsub għat-transazzjoni ta' l-esportazzjoni mill-banek konċernati, li jżommu d-dokumenti D/A. L-importatur affiljat fil-pajjiż tad-destinazzjoni imbagħad jagħmel il-pagamenti għall-oġġetti konċernati direttament lill-banek kontra d-D/A. Hynix tħallas lil KEIC premium għall-garanzija u tħallas l-imgħaxijiet lill-banek konċernati għall-ammonti D/A miġbuda sakemm l-importatur jagħmel il-pagament finali. L-assigurazzjoni KEIC tkopri l-ammonti dovuti lill-banek li ma jistgħux jinġabru minħabba l-falliment jew ta' l-esportatur jew ta' l-importatur.”
 (32)

(34)

Il-Bord sab li l-KE waslet għal konklużjoni raġonevoli u raġunata fuq il-bażi ta' l-atti li kellha quddiemha li l-Garanzija KEIC tat benefiċċju lil Hynix (33). Meta għamlet hekk, hija fakkret li l-KEIC stess ma kienx ċert jekk jipprovdix garanzija fuq id-dejn ta' Hynix u talab garanzija hu stess mill-GOK (34). Madankollu, fir-rigward ta' l-ammont tal-benefiċċju, ir-rapport tal-Bord jindika li l-KE, bħala fatt tal-liġi tad-WTO, għandha terġa' teżamina mill-ġdid il-kwistjoni tad-disponibbiltà ta' punti alternattivi ta' referenza għall-kalkolu tal-benefiċċju lil Hynix (35).

(35)

Kif osserva l-Bord, il-kwistjoni tal-benefiċċju fil-każ ta' garanzija tal-gvern tista' tiġi eżaminata minn aktar minn angolu wieħed (34).

(36)

Wieħed mill-metodi raġonevoli sabiex wieħed jindaga dwar l-ammont ta' benefiċċju minn miżura bħal din jista' jkun li titqabbel il-garanzija provduta mill-gvern ma' garanzija komparabbli provduta mis-suq (34).

(37)

Metodu ieħor huwa indikat mill-Artikolu 6(b) tar-Regolament bażiku (li ġeneralment jikkorrispondi għall-Artikolu 14(b) tal-Ftehim SCM), li jirriferi għal self mill-gvern; u l-Artikolu 6(c) tar-Regolament bażiku (li ġeneralment jikkorrispondi għall-Artikolu 14(ċ) tal-Ftehim SCM), li jirriferi għal garanzija ta' self minn gvern (34). F'dan il-każ, is- “self garantit mill-gvern” huwa l-ammont ta' dejn li jinbidel minn żmien għal żmien u li hu dovut f'mument partikolari li huwa dovut mill-grupp Hynix, permezz ta' l-importaturi affiljati tagħha f'diversi pajjiżi li tesporta lejhom, lill-banek, fir-rigward ta' transazzjonijiet ta' l-esportazzjoni fejn għad irid isir il-pagament, iżda l-fondi jkunu diġà ngħataw mill-banek lil Hynix. Il-kontribuzzjoni finanzjarja li qed tiġi kkunsidrata tittratta ż-żieda tal-faċilità b'600 miljun USD. Madankollu, il-faċilità stess kellha limitu globali ta' 1.4 biljun USD.

(38)

Il-Kummissjoni reġgħet eżaminat mill-ġdid l-atti estensivi f'dan il-każ u kkunsidrat jekk hemmx punt relevanti ta' referenza li miegħu jista' jitkejjel l-ammont tal-benefiċċju. L-ewwelnett, il-Kummissjoni kkunsidrat jekk Hynix kinitx irċeviet self ġdid fiż-żmien li ngħatat iż-żieda ta' 600 miljun USD. L-atti juru, madankollu, li ma ġie provdut l-ebda self ġdid li jista' jitqabbel kummerċjalment. It-tieninett, il-Kummissjoni fittxet prova verifikata rigward l-ispiża u t-termini ta' garanzija kummerċjali komparabbli jew għal “self kummerċjali komparabbli f'nuqqas ta' garanzija tal-gvern” li Hynix jew xi ditta oħra f'sitwazzjoni komparabbli għal dik ta' Hynix ikkonkludiet fi żmien relevanti. Self kummerċjali komparabbli ikun idealment wieħed ta' bejn wieħed u ieħor l-istess daqs, ikun jirrelata għall-istess settur ta' attività ekonomika jew wieħed simili, bħall-assigurazzjoni għall-kreditu ta' l-esportazzjoni, u jkun ġie konkluż bejn wieħed u ieħor fl-istess żmien. Dan ma jkun jinvolvi l-ebda garanzija tal-gvern, espressa jew implikata, u jkun irid jinvolvi ditta f'sitwazzjoni finanzjarja komparabbli għal dik ta' Hynix.

(39)

Wara li wettqet dan l-eżami mill-ġdid, il-Kummissjoni ddeterminat li m'hemm l-ebda informazzjoni affidabbli dokumentata rigward dawn il-kwistjonijiet. Il-Kummissjoni ma sabet l-ebda punt ta' referenza fir-rigward ta' l-istess Hynix. Is-self mogħti lil Hynix kien ġeneralment provdut mill-GOK jew minn banek li kienu inkarigati mill-GOK jew taħt l-istruzzjonijiet tiegħu, u r-rata fuq is-Self Sindakat ukoll tkun punt inadatt ta' referenza għar-raġunijiet esposti fil-premessi (17) sa (20) aktar 'il fuq. Is-self minn Citibank Seoul ukoll mhuwiex punt adatt ta' referenza għar-raġunijiet esposti fil-premessa 21 aktar 'il fuq. Il-parteċipazzjoni ta' Citibank mhijiex sinifikattiva biżżejjed, kienet influwenzata mill-parteċipazzjoni tas-selliefa l-oħra u mill-GOK u kienet distorta kemm mill-interessi tiegħu, flimkien ma' SSB, bħala l-konsulent finanzjarju ta' Hynix u r-relazzjoni fit-tul ta' dan mal-GOK. Fi kwalunkwe każ, Citibank ma kkoperax fl-investigazzjoni.

(40)

Minħabba l-kundizzjoni finanzjarja ta' Hynix, m'hemm l-ebda punt speċifiku ta' referenza għal Hynix li jista' jintuża u m'hemm l-ebda data dokumentata rigward self lil kumpanniji f'kundizzjoni finanzjarja simili għal Hynix. Barra dan, l-informazzjoni disponibbli tindika li Hynix ma kisbitx, u ma kinitx tkun tista' tikseb, il-fondi relevanti mis-suq (36). Il-programm ta' garanzija ta' kreditu għall-esportazzjoni u l-Programm KDB tat-Titoli ta' l-Imgħax kienu fis-seħħ matul l-2001. Matul dan il-perjodu, Hynix kienet, tħares minn fejn tħares, mhux idonea għall-kreditu, il-qagħda finanzjarja diġà diżastruża ta' Hynix kompliet tmur għall-agħar sew fis-sena 2000, meta l-kumpannija soffriet telf nett ta' aktar minn 2 triljun KRW. Fit-tmiem tas-sena 2000, id-dejn totali ta' Hynix kien 8 triljun KRW, u l-proporzjon kurrenti ta' Hynix, li jindika l-grad li għalih l-assi kurrenti ta' ditta jkopru d-djun kurrenti, kien ta' 0.33 (37). Il-marġini ta' profitt nett ta' Hynix waqa' minn 2.08 % fl-1999 għal 24.03 % fin-negattiv fl-2000 (meta l-industrija ta' DRAM kellha prestazzjoni globalment tajba) u 93,83 % fin-negattiv fl-2001 (38). B'mod ċar, matul is-sena 2000 u l-2001, Hynix ma kinitx kapaċi tiġġenera likwidità suffiċjenti sabiex tkopri d-dejn eżistenti tagħha, anqas u anqas dejn ġdid.

(41)

L-analisti tas-suq qablu li Hynix ma kinitx idonea għall-kreditu matul dan il-perjodu. L-istatus ta' Standard & Poor's għal Hynix kien B- f'Marzu 2001, CCC+ f'Awwissu 2001 u “selective default” f'Ottubru 2001. F'Jannar 2001, UBS Warburg fisser kif “il-ftehim ta' finanzjament mill-ġdid tad-dejn {ta' Hynix} mal-KDB…kull ma jagħmel huwa li jipposponi il-ġurnata fatali iżda ma jsolvix il-problema profonda {ta'Hynix}, li mhix profitabbli u li mhix tħallas id-dejn b'rata mgħaġġla biżżejjed mil-likwidità interna jew mill-bejgħ ta' l-assi” (39). UBS Warburg għalhekk iddikjara li n-nuqqas ta' diversità fil-prodotti ta' Hynix kien ta' tħassib u li l-mira eċċessiva ta' Hynix fuq il-prodott tad-DRAM kienet ser tikkontribwixxi għad-“deterjorament tal-bażi fundamentali” tagħha matul l-ewwel nofs ta' l-2001 (40). Bl-istess mod, fi Frar 2001, Deutsche Bank ippreżenta il-problema ta' likwidità bi frankezza: “Aħna nemmnu li t-tħassib l-aktar kritiku għal {Hynix} huwa l-problemi kontinwi ta' likwidità. Fl-opinjoni tagħna, m'huwiex probabbli li l-Gvern Korean se jaqta' qalbu mill-kumpannija għalissa. Aħna nemmnu li l-kriżi finanzjarja {ta' Hynix} ser tkompli ġġorr piż tqil fuq il-kapaċità tagħha li tirkupra, minħabba li s-settur tad-DRAM huwa probabbilment l-aktar settur bi bżonnijiet intensivi ta' kapital f'dak tas-semikondutturi, bi ħtieġa kontinwa ta' titjib fil-proċessi teknoloġiċi” (41)

(42)

Fi Frar 2001, f'artikolu fil-Korea Herald (42), espert tas-suq ieħor iddikjara li: “Minħabba l-fatt li r-riskju ta' kreditu għadu għoli u qed jinkwieta lill-investituri, ma naħsibx li min jifhem ser ipoġġi flusu f'titoli tal-kumpanniji iggradati anqas minn BBB+”. Dan kien fl-istess żmien tal-bidu tal-Garanzija tal-KEIC u l-Programm tal-BKI dwar it-Titoli. L-artikolu jkompli jenfasizza d-differenza ta' rendiment bejn titoli ggradati u junk bonds, u jikkonkludi li “dan jindika li l-investituri għadhom jevitaw it-titoli tal-kumpanniji bi grad baxx, u jkabbru l-firxa bejn it-titoli bi grad għoli u l-hekk imsejħa junk bonds għall-aktar marġini wiesgħa tagħhom”. Rapport ta' l-istampa f'Ġunju 2001 iddikjara li “Investituri bdew iħarsu 'l isfel fuq il-kurva tal-kreditu Ażjatika, iżda għad m'għandhomx il-kuraġġ li jħarsu lejn kumpanniji taħt il-grad ta' investiment l-aktar baxx ta' BBB-. Huma biss kumpanniji b'likwidità b'saħħitha, bil-kapaċità li jlaħħqu mad-dejn u bi prospetti ta' tkabbir li probabbli jġegħluhom iħarsu” (43). Rapport ieħor ddikjara li “Speċjalment fit-tieni nofs tas-sena l-oħra, kien kważi impossibbli għal kumpannija li toħroġ junk bonds ibbażati fuq il-kreditu tagħha stess u s-swieq ta' junk bonds kienu jikkonsistu minn obbligi f'titoli primarji ggarantiti, obbligi f'self kollaterali u pjan ta' finanzjament mill-ġdid tat-titoli mibdi mill-gvern” (44).

(43)

Għalhekk il-Kummissjoni tikkonferma l-konklużjoni oriġinali tagħha li Hynix ma laħqitx il-grad ta' investiment meħtieġ mill-investituri għas-suq tal-junk bonds; u li, matul il-PI, it-tip ta' swieq kapitali li l-Bord għamel referenza għalihom kienu inaċċessibbli għal kumpanniji bi prospetti dgħajfa bħal dawk tal-Hynix. Għalhekk, informazzjoni bħal dik li hemm fl-atti ma tippermettix li jiġi stabbilit punt affidabbli ta' referenza fir-rigward ta' swieq bħal dawn.

(44)

Il-Kummissjoni għalhekk tkun f'pożizzjoni li tikkonkludi b'mod raġonevoli u objettiv li l-ebda punt ta' referenza kummerċjali alternattiv ma huwa fil-fatt disponibbli f'dan il-każ. Għaldaqstant, f'dawn iċ-ċirkostanzi, il-Kummissjoni ssib li l-ammont tal-benefiċċju lil Hynix ma jistax jeċċedi l-ammont totali tas-self, minbarra l-imgħax kompost u l-ispejjeż ta' l-irkupru jew ta' l-isforzi sabiex isir l-irkupru fl-eventwalità ta' inadempjenza. Minħabba li l-atti ma fihom l-ebda informazzjoni affidabbli dwar dawn l-ispejjeż addizzjonali ta' l-aħħar, il-Kummissjoni illimitat lilha nnifisha għall-ammont totali tas-self. Il-Kummissjoni temmen li din il-konklużjoni hija sostnuta bis-sħiħ mid-determinazzjonijiet (mhux mibdula) tagħha rigward is-sitwazzjoni finanzjarja u l-valur ta' Hynix, u s-sitwazzjoni fis-suq tad-DRAM u fis-swieq finanzjarji, u li din hija konsistenti mar-Regolament bażiku u mal-Linji Gwida.

(45)

Madankollu, konxja tar-raġunament tal-Bord tad-WTO, il-Kummissjoni, b'mod eċċezzjonali u għal din ir-raġuni biss, ikkunsidrat ukoll jekk hemmx jew le, anke fin-nuqqas ta' kull punt relevanti ta' referenza, xi ħaġa oħra li tista' sservi bħala bażi għal punt alternattiv ta' referenza, aġġustat fejn ikun neċessarju sabiex jiġu kkunsidrati ċ-ċirkostanzi partikolari ta' dan il-każ. Alternattiva bħal din tista', per eżempju, tkun ibbażata fuq rata kummerċjali ta' l-imgħax, biż-żieda ta' premium għar-riskju, li tirrifletti r-rati ta' inadempjenza min-naħa ta' kumpanniji f'livell ta' riskju komparabbli. Kalkolu bħal dan irid jikkunsidra t-termini tas-self, rata ta' imgħax bħala punt ta' referenza li titħallas minn kumpannija meqjusa idonea għall-kreditu, il-probabbiltà ta' inadempjenza minn kumpannija li m'għandhiex valur ta' kreditu f'perjodu ta' żmien speċifikat u l-probabbiltà ta' inadempjenza minn kumpannija meqjusa idonea għall-kreditu fl-istess perjodu ta' żmien speċifikat. Din l-istrateġija hija bbażata fuq l-idea ġeneralment mifhuma li meta xi ħadd jagħti self lill-kumpannija li mhijiex meqjusa idonea għall-kreditu, dak li jislef jiffaċċja probabbiltà akbar li l-mutwatarju ikun inadempjenti fil-ħlas lura s-self. B'konsegwenza ta' din il-probabbiltà ogħla ta' inadempjenza, dak li jislef jitlob rata ta' imgħax ogħla, u waħda li tkun fi proporzjon mal-probabbiltà akbar ta' inadempjenza. Essenzjalment, dan ifisser li tittieħed rata ta' imgħax disponibbli fuq is-suq għal mutwatarji idonei għall-kreditu u jiġi miżjud magħha “premium għar-riskju” sabiex jitqies ir-riskju miżjud assoċjat mas-self lil kumpannija li ma tkunx meqjusa idonea għall-kreditu.

(46)

Għall-finijiet ta' l-implementazzjoni tar-rapport tal-Bord f'dan il-każ, il-Kummissjoni wżat il-formola li ġejja sabiex tikkalkula rata ta' imgħax bħala punt adatt ta' referenza għal min mhux meqjus idoneju għall-kreditu:

ib = [(1–qn)(1+if)n/(1–pn)]1/n – 1

Fejn:

n

=

il-perjodu tas-self

ib

=

ir-rata ta' imgħax bħala punt ta' referenza għal min mhux meqjus idoneju għall-kreditu

if

=

ir-rata ta' imgħax fit-tul li titħallas minn kumpannija meqjusa idonea għall-kreditu

pn

=

il-probabbiltà ta' inadempjenza minn kumpannija mhux meqjus idoneju għall-kreditu fi żmien n snin

qn

=

il-probabbiltà ta' inadempjenza minn kumpannija meqjusa idonea għall-kreditu fi żmien n snin.

(47)

Għall-finijiet ta' din l-implementazzjoni, il-Kummissjoni wżat bħala r-rata għal min hu meqjus idoneju għall-kreditu (jew “kummerċjali”) għas-self USD ir-rata medja ta' imgħax fuq self fil-USD għall-2001, li, skond is-Servizz ta' Statistika Finanzjarja Internazzjonali ta' l-IMF (International Financial Statistics Service), kienet ta' 6.922 %. Għalkemm il-kreditu li rċeviet Hynix minħabba l-garanzija kien għal żmien qasir, il-miżura li qed tiġi kkunsidrata, jiġifieri l-garanzija nnifisha kienet fil-fatt forma ta' kreditu kontinwu. Il-Kummissjoni wżat data mill-Moody's Investor Service sabiex tikseb rati standard għal kumpanniji meqjusa idonei għall-kreditu u dawk meqjusa mhux idonei għall-kreditu. Għar-rata ta' min mhuwiex meqjus idoneju għall-kreditu, il-Kummissjoni wżat il-probabbiltà ta' inadempjenza minn kumpanniji b'rata ta' kreditu ta' Caa sa C matul iż-żmien tal-miżura relevanti (jiġifieri sena għall-Garanzija tal-KEIC). Bl-istess mod, il-Kummissjoni wżat ir-rata standard għal kumpannija meqjusa idonea għall-kreditu matul iż-żmien tal-miżura msemmija, kalkulata u bbażata fuq ġbir tad-data għall-kumpanniji bi grad ta' investiment. Ir-rata ta' inadempjenza għal kumpannija meqjusa mhux idonea għall-kreditu fl-2001 għal self fuq sena kienet, skond Moody's, 34.34 %. Ir-rata ta' inadempjenza ta' kumpannija meqjusa idonea għall-kreditu fl-2001 għal self fuq sena kienet ta' 0.13 %. Dan wassal għal rata ta' imgħax totali ta' 62.70 %. Min-naħa l-oħra, ir-rata ta' imgħax li kellha titħallas minn Hynix fuq is-self ta' USD msemmija kienet ta' 8.33 %, jiġifieri differenza totali ta' imgħaxijiet ta' 54.37 %.

(48)

Il-Kummissjoni tfakkar li, normalment, wara li jiġi determinat li l-benefiċċju ikun ekwivalenti għall-ammont totali tal-kontribuzzjoni finanzjarja (f'dan il-każ, self jew garanzija ta' self), Il-Kummissjoni titrattah bħala sussidju “mhux rikorrenti” u tallokah fuq perjodu ta' żmien li jikkorrispondi għad-deprezzament normali ta' l-assi fissi fl-industrija konċernata. Il-Kumissjoni tuża allokazzjoni lineari u ma żżidx l-ammont totali tal-benefiċċju billi tuża l-metodu“l-valur tal-flus fiż-żmien”; hija żżid biss l- imgħaxijiet għal kull porzjoni annwali allokat. F'dan il-każ, il-perjodu ta' l-allokazzjoni kien ta' ħames snin u ma ġew miżjuda l-ebda spejjeż addizzjonali ma' l-ammont totali tas-self kif spjegat fil-premessa 44 aktar 'il fuq, li jfisser li kien allokat 20 % tal-kontribuzzjoni finanzjarja għal kull sena.

(49)

Kieku l-Kummissjoni wżat tqabbil fuq rata ta' imgħax kif deskritt fil-premessi 45 sa 47 aktar 'il fuq, il-benefiċċju (jiġifieri d-differenza bejn il-punt ta' referenza u r-rata ta' l-imgħax attwali) kien jiġi kunsidrat bħala sussidju rikorrenti. L-ammont ta' sussidju allokat għal kull sena kien ikun id-differenza fir-rata ta' l-imgħax multiplikat bl-ammont fattwali tas-self. Għalhekk, skond id-daqs tad-differenza tar-rata ta' l-imgħax, it-termini u l-kundizzjonijiet tas-self, u t-tul tal-perjodu tad-deprezzament, il-benefiċċju annwali miksub meta jsir tqabbil tar-rata ta' l-imgħax jista' jkun akbar jew iżgħar minn dak li jirriżulta mil-applikazzjoni ta' l-istrateġija oriġinali tal-Kummissjoni.

(50)

F'dan il-każ, l-istrateġija oriġinali tal-Kummissjoni tirriżulta f'benefiċċju annwali allokat ta' 20 % mill-kontribuzzjoni finanzjarja. Skond il-kondizzjonijiet preċiżi tas-self, jiġifieri jekk il-benefiċjarju jħallasx lura imgħax u kapital jew imgħax biss kull sena, dan l-ammont jista' jintlaħaq b'differenza fir-rata ta' l-imgħax ta' mhux anqas minn 20 % u mhux aktar minn madwar 35 % fis-sena. Id-differenza attwali ta' l-imgħax f'dan il-każ huwa ta' 54.37 %. Dan ifisser li applikazzjoni stretta ta' dan il-metodu tirriżulta f'rata ħafna ogħla ta' sussidju li jattira azzjoni kompensatorja allokat fuq in-negozju globali, fil-fatt 12.8 % minflok 5.1 % kif oriġinalment kalkulat il-Kummissjoni.

(51)

Konsegwentement, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-istrateġija oriġinali tagħha kienet u hija raġonevoli f'dan il-każ. Fil-fatt, huwa biss f'każi estremi li l-Kummissjoni tiddetermina l-ammont tal-benefiċċju li jkun ekwivalenti għall-ammont totali ta' self (jiġifieri meta ma jkun hemm l-ebda possibbiltà realistika ta' ħlas lura) u f'dawn iċ-ċirkostanzi huwa normali li r-rata' ta' l-imgħax bħala punt ta' referenza tkun estremament għolja. Għalhekk, id-differenza tar-rata ta' l-imgħax spiss tagħti ammont ogħla ta' benefiċċju minn allokazzjoni sempliċi ta' l-ammont nominali tas-self matul iż-żmien. F'dawn iċ-ċirkostanzi, il-Kummissjoni wżat l-għażla l-aktar konservattiva mit-tnejn li kellha sabiex tkun żgur li ma esaġeratx l-ammont tas-sussidju, u ser titratta l-ammont nominali tas-self bħala l-bażi għal limitu fuq l-ammont massimu tal-benefiċċju.

(52)

Fuq il-bażi hawn fuq deskritta, l-ammont ta' benefiċċju mogħti mill-Garanzija tal-KEIC ad valorem tan-negozju globali ta' l-esportazzjoni kien ta' 5.1 %.

1.6.   Il-Programm KDB tat-Titoli ta' l-Imgħax

(53)

Il-Bord ġabar fil-qosor il-fatti li jikkonċernaw il-Programm KDB tat-Titoli ta' l-Imgħax fit-termini li ġejjin:

“7.88

It-tielet programm li nstab li jikkostitwixxi sussidju mill-Korea kien il-Programm KDB tat-Titoli ta' l-Imgħax li fih il-Hynix kienet ammessa fl-4 ta' Jannar 2001. Dan kien programm li essenzjalment dam għal sena (2001) u kien stabbilit mill-gvern b'risposta għall-instabbiltà finanzjarja fil-Korea kkawżata mill-fatt li ammont kbir ta' titoli maħruġa minn ftit kumpanniji (inkluż Hynix) kellhom jimmaturaw fl-istess żmien. Taħt dan il-Programm, dejn li kien wasal sabiex jimmatura kien estiż u anke preżentat mill-ġdid lill-investituri. Kumpannija parteċipanti ħallset lura l-20 fil-mija tat-titoli tal-kumpannija tagħha stess li kienu dovuti u l-KDB ħa t-80 fil-mija li kien baqa'. Dan kien jikkostitwixxi l-ewwel fażi tal-programm. Mit-80 fil-mija li oriġinalment ittieħdu mill-KDB, 20 fil-mija tat-titoli imbagħad inbiegħu lill-banek kredituri tal-kumpannija fi proporzjon mad-dejn li l-kumpannija kellha magħhom; 70 fil-mija reġa' ġie preżentat mill-ġdid għall-bejgħ lill-investituri bħala ‘obbligi ta' titoli garantiti’ (‘CBOs’) u/jew ‘obbligi ta' dejn garantit’ (‘CLOs’), garantiti mill-Fond Korean ta' Garanzija ta' Kreditu (‘FKGK’); (*) u l-KDB żamm l-10 fil-mija li kien baqa'. Il-kumpannija parteċipanti kellha terġa' tixtri ta' l-anqas 3 fil-mija ta' kull CBO u 5 fil-mija ta' kull CLO (**).

7.89

Aħna ninnutaw li l-kumpanniji ddaħħlu fil-Programm wara li ġew nominati mill-bank kreditur prinċipali, u kellhom bżonn l-approvazzjoni tal-Kunsill ta' l-Istituzzjonijiet Finanzjarji Kredituri (‘CFIC’), ibbażat fuq valutazzjoni tal-futur finanzjarju tal-kumpannija. Il-CFIC ikkonsista minn rappreżentanti tal-FKGK, il-KDB u sbatax-il bank kreditur ieħor (***). Kien il-CFIC li fl-aħħarnett iddeċieda min jipparteċipa fil-programm. Jekk banek li kienu taw 75 fil-mija tas-self tal-kumpannija taw il-kunsens tagħhom għall-parteċipazzjoni tal-kumpannija fil-Programm, il-CFIC kkunsidrat li d-deċiżjoni kienet unanima. sabiex jiddaħħlu fil-programm, il-kumpanniji riedu jkunu f'pożizzjoni li jħallsu lura 20 fil-mija tat-titoli tagħhom li kienu waslu sabiex jimmaturaw; jinnormalizzaw l-operat kummerċjali tagħhom permezz ta' pjan ta' salvataġġ; ikollhom rati tal-kreditu anqas minn A iżda ogħla minn BB; u jaqblu ma' kwalunkwe bidla fl-azzjonisti f'maġġoranza mitluba mill-banek kredituri tagħhom, jew li jissostitwixxu t-tmexxija f'każ ta' falliment. Hynix ġiet inkluża fil-programm fl-4 ta' Jannar 2001 b'rata ta' kreditu ta' BBB-. Kienu inklużi total ta' sitt kumpanniji; erba' minnhom, inkluż Hynix, kienu proprjetà tal-grupp Hyundai (****) Il-KE sabet li x-xiri tat-titoli mill-KDB bħala parti minn dan il-programm kien jikkostitwixxi kontribuzzjoni finanzjarja mill-gvern li tat benefiċċju lil Hynix.

(*)  Il-CBO's u l-CLO's huma sigurtajiet sostnuti minn assi li jinbigħu lil trusts ta' investiment."

(**)  Id-Determinazzjoni Preliminari, paras. 47-48."

(***)  Ibid., para. 49."

(****)  Ibid., paras. 49-52. Il-KE tiddikjara li l-baġit għall-programm kien 6.2 triljun KRW, li minnhom 2.9 triljun KRW kienu allokati għal Hynix; in-nefqa eventwali kienet ta' 2.9 triljun KRW li minnhom 1.2 triljun KRW (41 fil-mija) għal Hynix u 38 fil-mija kienu wżati għat-tlett kumpanniji l-oħra tal-Hyundai ().”"

(54)

Il-Bord sab li l-KE waslet għal konklużjoni raġonevoli u raġunata fuq il-bażi tad-dokumenti quddiemha li l-Programm KDB tat-Titoli ta' l-Imgħax ta benefiċċju lil Hynix. Meta għamlet dan, hija fakkret li l-Programm KBI tat-Titoli ta' l-Imgħax stess kien twaqqaf u effettivament garantit mill-GOK (46). Madankollu, fir-rigward ta' l-ammont tal-benefiċċju, ir-rapport tal-Bord jindika li l-Kummissjoni, bħala fatt tal-liġi tad-WTO, għandha terġa' teżamina mill-ġdid il-kwistjoni tad-disponibbiltà ta' punti alternattivi ta' referenza.

(55)

Skond l-oservazzjoni tal-Bord, il-kwistjoni ta' benefiċċju, ta' l-anqas fil-każ ta' garanzija tal-gvern, tista' tiġi eżaminata minn aktar minn angolu wieħed (47), u fl-applikazzjoni tal-linji ta' gwida li jinstabu fl-Artikolu 14 tal-Ftehim SCM, awtorità investigattiva hija intitolata għal libertà konsiderevoli (48). Il-Programm KDB tat-Titoli ta' l-Imgħax, per eżempju, turi uħud mill-karatteristiċi ta' garanzija, minħabba li l-miżura totali kienet imwaqqfa, sostnuta finanzjarment, u effettivament garantita mill-GOK jew minn entità pubblika tal-GOK. Għalhekk, wieħed mill-metodi raġonevoli ta' kif wieħed jindaga dwar l-ammont ta' benefiċċju ta' miżura bħal din jista' jkun li titqabbel il-garanzija provduta mill-gvern ma' garanzija komparabbli provduta mis-suq. Il-Programm KDB tat-Titoli ta' l-Imgħax jista' wkoll jiġi kkunsidrat fid-dawl ta' l-Artikolu 6(b) tar-Regolament bażiku (li ġeneralment jikkorrispondi ma' l-Artikolu 14(b) tal-Ftehim SCM), li jirriferi għas-self tal-gvern; u l-Artikolu 6(c) tar-Regolament bażiku (li ġeneralment jikkorrispondi ma' l-Artikolu 14(c) tal-Ftehim SCM), li jirriferi għal garanzija ta' self minn gvern.

(56)

Il-Kummissjoni reġgħet eżaminat mill-ġdid id-dokument sabiex tikkunsidra jekk hemmx xi punt relevanti ta' referenza li kontrih jista' jitkejjel l-ammont tal-benefiċċju. Din fittxet prova verifikata dwar garanzija tal-gvern komparabbli jew “self kummerċjali komparabbli” jew “self kummerċjali komparabbli fin-nuqqas tal-garanzija tal-gvern” li Hynix jew xi ditta oħra f'sitwazzjoni komparabbli għal dik ta' Hynix kkonkludiet fi żmien relevanti. Self kummerċjali komparabbli jkun idealment wieħed ta' bejn wieħed u ieħor l-istess daqs, ikun jirrelata għall-istess settur ta' attività ekonomika jew wieħed simili, ikun jinvolvi tip ta' attività komparabbli, u jkun ġie konkluż bejn wieħed u ieħor fl-istess żmien. Dan ma jistax jinvolvi xi garanzija tal-gvern, espressa jew implikata, u jkollu jinvolvi ditta f'sitwazzjoni finanzjarja komparabbli għal dik ta' Hynix.

(57)

Wara li wettqet dan l-eżami mill-ġdid, il-Kummissjoni iddeterminat li f'dan il-każ m'hemmx punt ta' referenza kummerċjali li jilħaq dawn il-kriterji. Hynix stess ma biegħetx xi titoli minn tagħha fis-suq kummerċjali fiż-żmien li pparteċipat fil-Programm KDB tat-Titoli ta' l-Imgħax. Fil-fatt, wieħed mill-kriterji tal-limitu għall-parteċipazzjoni fil-Programm KDB tat-Titoli ta' l-Imgħax kien li l-kumpannija msemmija ma setgħetx tikseb self jew tbigħ it-titoli tagħha fuq is-suq kummerċjali normali. Barra dan, kif innutat fil-premessa 53 tar-Regolament definittiv, Hynix ma pprovdiet l-ebda prova fl-atti li ppruvat taċċessa swieq barranin tad-dejn matul dan il-perjodu. Barra minn hekk, il-fatt li l-aġenzija tar-rati internazzjonali Standard and Poor's baxxiet il-gradazzjoni tad-dejn ta' Hynix għal rata spekulattiva ta' “B-” jagħmilha improbabbli li Hynix seta' jkollha aċċess għal swieq barranin tat-titoli jew tas-self, anke kieku ppruvat tagħmel dan. Anke l-gvern Korean innifsu nnota f'Jannar 2001 li Hynix kienet “fi stat ta' falliment tekniku.” (49)

(58)

Barra minn hekk, self ieħor lil Hynix matul l-perjodu l il-KDB ġedded it-titoli ta' Hynix li kienu waslu sabiex jimmaturaw ma jistax iservi bħala bażi sabiex jitqies jekk jeżistix benefiċċju għal Hynix. Għar-raġunijiet ċitati fil-premessi (17) sa (22) hawn fuq, is-self provdut bħala parti mis-Self Sindakat ma jistax iservi bħala bażi xierqa għal tqabbil. Is-self li sar wara s-Self Sindakat tant kien mgħawweġ mill-intervent tal-gvern f'dak is-self li ma jistax iservi bħala punt raġonevoli ta' referenza kummerċjali li miegħu jista' jitqies jekk ingħatax benefiċċju jew l-ammont ta' dak il-benefiċċju. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni tfakkar li s-Self Sindakat stess kien magħmul possibbli mill-GOK billi dan irrinunzja għal-limiti ta' self għal tliet partiċipanti ewlenin f'dak is-self. Fin-nuqqas tal-parteċipazzjoni ta' dawn it-tliet banek f'dan is-sindakat, m'huwiex ċar jekk is-self kien ikunx jibqa' kompli miexi 'l quddiem, minħabba li ma kienx ikollu numru suffiċjenti ta' paretċipanti (50).

(59)

Barra minn dan, it-titoli konvertibbli mixtrija mill-entitajiet privati bħala parti mill-Programm ta' Ristrutturazzjoni ta' Mejju 2001 ma jistgħux iservu bħala punt ta' referenza għaliex għalkemm il-prova dokumentata ma kinitx ta' livell suffiċjenti sabiex jinstab li ingħata inkarigu jew direzzjoni, hi tindika livell ta' indħil mill-gvern li jagħmel il-parteċipazzjoni minn kredituri privati mezz inadatt ta' kejl tar-raġonevolezza kummerċjali tax-xiri tas-CB: il-banek kredituri stess għarfu fir-riżoluzzjoni ta' l-Istituzzjonijiet Finanzjarji Kredituri tas-7 ta' Mejju 2001 li Hynix ma kinitx tista' tonora d-dejn tagħha f'Mejju 2001 (51) u l-GOK kien b'mod ċar involut sew li jissorvelja t-twettiq ta' l-offerta ta' CB ta' Mejju 2001, tant li uffiċjal għoli ta' l-FSS attenda l-laqgħa ta' Marzu 2001 tal-Kunsill tal-Kredituri (52). Barra minn dan, self kummerċjali komparabbli li jista' jservi bħala punt ta' referenza hu wieħed li jiġi konkluż bejn wieħed u ieħor fl-istess perjodu ta' żmien; l-offerta ta' CB seħħet ħames xhur wara l-Programm KDB tat-Titoli ta' l-Imgħax, meta kemm is-sitwazzjoni finanzjarja ta' Hynix u kemm l-istat tas-suq tad-DRAM kienu evidentement differenti.

(60)

Kif diġà indikat aktar 'il fuq (53), ma kien hemm l-ebda punt komparabbli ieħor ta' referenza kummerċjali fuq is-suq. Min-naħa l-oħra, l-informazzjoni disponibbli tindika li Hynix ma kinitx sejra tikseb il-fondi relevanti fis-suq.

(61)

Il-Kummissjoni hija għalhekk f'pożizzjoni sabiex tikkonkludi b'mod raġonevoli u objettiv li f'dan il-każ m'hemm l-ebda punt alternattiv ta' referenza kummerċjali. Għalhekk, f'dawn iċ-ċirkostanzi, il-Kummissjoni ssib li l-ammont ta' benefiċċju mogħti lil Hynix ma setax jeċċedi l-ammont totali tal-fondi miksuba minn Hynix bħala riżultat ta' l-operazzjoni tal-Programm KDB tat-Titoli ta' l-Imgħax, inkluż l-imgħax kompost u l-ispejjeż ta' l-irkupru jew ta' l-isforzi sabiex isir l-irkupru fl-eventwalità ta' inadempjenza. Minħabba wkoll il-fatt li m'hemm l-ebda informazzjoni affidabbli dokumentata rigward dawn l-ispejjeż addizjonali ta' l-aħħar, il-Kummissjoni rrestrinġiet lilha nnifisha għall-ammont sħiħ tal-fondi. Il-Kummissjoni temmen li din il-konklużjoni hija sostnuta bis-sħiħ mid-determinazzjonijiet (mhux mibdula) tagħha rigward is-sitwazzjoni finanzjarja u l-valur ta' Hynix, u s-sitwazzjoni fis-suq tad-DRAM u s-swieq finanzjarji, u li dan huwa konsistenti mar-Regolament bażiku u mal-Linji ta' Gwida.

(62)

Madankollu, konxja tar-raġunament tal-Bord tad-WTO, il-Kummissjoni kkunsidrat ukoll, anke fin-nuqqas tad-disponibbiltà ta' kwalunkwe punt adegwat ta' referenza kummerċjali, jekk kienx hemm xi ħaġa li tista' sservi bħala bażi għal punt sekondarju ta' referenza jew le, aġġustat fejn ikun neċessarju sabiex jittieħed kont taċ-ċirkostanzi partikolari ta' dan il-każ. Tali awtorità tista', per eżempju, tiġi kalkulata skond il-linji diġà indikati hawn fuq fil-premessi 45 u 46 fir-rigward tal-Garanzija KEIC.

(63)

Għall-finijiet ta' dan il-kalkolu, u kif suġġerit mill-GOK, il-Kummissjoni użat bħala r-rata ta' idoneità għall-kreditu għas-self f'KRW ir-rata ta' l-Istatistika Finanzjarja Internazzjonali ta' l-IMF fuq is-self denominat f'KRW għal żmien qasir, li kienet ta' 7.7 %. Ir-rati standard kemm għal kumpanniji meqjusa idonea għall-kreditu u kemm għal dawk meqjusa mhux idonea għall-kreditu waqt il-perjodu tal-miżura msemmija ġew meħuda mill-Moody's Investor Services (0.13 % u 34.37 % rispettivament). Dan wassal għal rata ta' imgħax totali ta' 63.89 %. Min-naħa l-oħra, ir-rata ta' imgħax medja li tista' titħallas minn Hynix fuq it-titoli ta' l-Imgħax tal-KDB msemmija kien 12.7 %, jiġifieri differenza totali fir-rata ta' l-imgħax ta' 51.19 %.

(64)

Il-kunsiderazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja bħala sussidju rikorrenti, aktar milli sussidju ta' darba li jrid jiġi allokat fuq perjodu ta' żmien, u l-applikazzjoni ta' dan il-mudell għall-kalkolu ta' l-ammont tal-benefiċċju fil-kontribuzzjoni finanzjarja li qed tiġi kkunsidrata, kienet twassal għal ammont ta' benefiċċju ta' 626.9 biljun KRW, li jirriżulta f'sussidju li jattira azzjoni kompensatorja allokat fuq negozju globali ta' 11.8 %, minflok l-4.9 % oriġinarjament kalkulat mill-Kummissjoni. Konsegwentement, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-istrateġija oriġinali tagħha kienet u hija raġonevoli f'dan il-każ, minħabba li d-differenza fir-rata ta' l-imgħax tagħti ammont ta' benefiċċju ħafna aktar għoli minn allokazzjoni sempliċi ta' l-ammont nominali tas-self fuq iż-żmien. F'dawn iċ-ċirkostanzi, il-Kummissjoni wżat l-għażla l-aktar konservattiva miż-żewġ għażliet sabiex tkun żgura li ma esaġeratx l-ammont tas-sussidju u titratta l-ammont nominali tas-self bħala l-bażi għal limitu fuq l-ammont massimu tal-benefiċċju.

(65)

Meta jittieħed l-ammont tal-fondi miksuba minn Hynix bħala riżultat ta' l-operazzjoni tal-Programm KDB tat-Titoli ta' l-Imgħax bħala limitu fuq l-ammont massimu tal-benefiċċju, il-Kummissjoni ssib li l-ammont ta' benefiċċju lil Hynix fil-kontribuzzjoni finanzjarja konċernata ad valorem tal-qligħ globali kien ta' 4.9 %.

1.7.   Il-Pakkett ta' Salvataġġ ta' Ottubru 2001, li jikkonsisti fil-Kapitalizzazzjoni tad-Dejn, It-Tieni Estensjoni tad-Dejn u Dispożizzjoni ta' Self Ġdid ta' 658 biljun KRW

(66)

Il-Bord ġabar fil-qosor il-fatti li jikkonċernaw il-Programm ta' Ristrutturazzjoni ta' Ottubru 2001 fit-termini li ġejjin:

“7.111

Il-ħames u l-aħħar programm meqjus li jikkostitwixxi sussidju kien il-Programm ta' Ristrutturazzjoni ta' Ottubru 2001. Fl-4 ta' Ottubru 2001, twaqqaf it-tieni Hynix CFIC skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Att ta' Promozzjoni ta' Ristrutturazzjoni tal-Kumpanniji (‘CRPA’). Il-CRPA ġie promulgat f'Awwissu 2001 u l-iskop tiegħu kien li jiffaċilita r-ristrutturazzjoni tal-kumpanniji, li qabel kienet ibbażata fuq ftehim bejn il-banek kredituri u l-kumpanniji konċernati. Il-CFIC kien jikkonsisti minn mija u għaxar istituzzjoni finanzjarja inklużi sbatax-il bank u ħmistax-il kumpannija tat-trusts ta' l-investiment. Id-deċiżjonijiet tal-CFIC kienu ttieħdu b'maġġoranza ta' 75 fil-mija. Il-voti kienu allokati proporzjonalment skond id-dejn li kellha Hynix ma' kull istituzzjoni meta mqabbel mas-self totali li kellha Hynix. Kull istituzzjoni finanzjarja li teżerċita d-drittijiet tagħha li tirrifjuta billi ma taqbilx ma' riżoluzzjoni tal-CFIC kienet tiġi eskluża mill-CFIC b'mod permanenti. Fit-tieni laqgħa tiegħu li saret fil-31 ta' Ottubru 2001, il-CFIC iddeċieda fuq ‘it-tieni pakkett ta' ristrutturazzjoni’ għal Hynix. Kienu proposti l-miżuri li ġejjin:

(a)

l-għoti ta' self ġdid ta' triljun KRW lil Hynix b'rata ta' imgħax ta' 7 fil-mija;

(b)

il-kapitalizzazzjoni tad-dejn bil-ħruġ ta' titoli konvertibbli f'ishma;

(ċ)

l-estensjoni tal-maturitajiet ta' self eżistenti sal-31 ta' Diċembru 2004, l-konverżjoni tat-titoli tal-kumpannija li waslu sabiex jimmaturaw f'titoli b'maturità ta' tliet snin u rata ta' l-imgħax ta' 6.5 fil-mija u l-aġġustament tar-rata ta' l-imgħax tsd-djun rimanenti fil-munita Koreana għal 6 fil-mija.

7.112

L-istituzzjonijiet finanzjarji ġew mogħtija tliet għażliet mill-CFIC fil-laqgħa tal-31 ta' Ottubru. L-ewwel għażla kienet li jaqblu mal-proposti billi jestendu kreditu ġdid u jipparteċipaw f'kapitalizzazzjoni tad-dejn (‘Għażla 1’). It-tieninett, il-banek li ma ridux jipparteċipaw fis-self il-ġdid kienu obbligati li jaqilbu 28,5 fil-mija tas-self tagħhom f'sigurtajiet u jaħfru l-bqija tad-dejn tal-Hynix (‘Għażla 2’). It-tieletnett, il-CFIC iddeċieda wkoll li dawk il-banek li oġġezzjonaw għall-miżuri u wżaw id-drittijiet ta' rifjut tagħhom kien se jkollhom is-self tagħhom mixtri lura bil-valur tal-likwidazzjoni kif stabbilit minn Arthur Andersen, id-ditta li kienet kummissjonata sabiex tipprepara studju fuq is-sitwazzjoni finanzjarja ta' Hynix f'dak iż-żmien (‘Għażla 3’).

7.113

Madankollu, kienu biss sitt banek li ddeċidew li jestendu kreditu ġdid, li ammonta għal 658 biljun KRW minflok it-triljun KRW maħsuba. Dawn il-banek biddlu ammont konsiderevoli mis-self tagħhom f'sigurtajiet. Dawn l-hekk imsejħa banek ta' l-Għażla 1 kienu l-KEB, Woori Bank, Chohung Bank, KDB, NACF u Citibank (*****). Tmien banek irrifjutaw li jestendu self ġdid, għalhekk biddlu madwar terz tas-self tagħhom f'sigurtajiet u ħassru l-bqija bħala telf. Il-bqija tal-banek oġġezjonaw għar-ristrutturazzjoni u għażlu li jirċievu l-valur tal-likwidazzjoni tas-self tagħhom, u kellhom iħassru l-bqija tad-dejn bħala telf. Is-self li baqa' mal-banek ta' l-ewwel kategorija kien suġġett għal estensjonijiet ta' maturità u tnaqqis fir-rata ta' l-imgħax kif spjegat aktar 'il fuq (******). Il-KE kkunsidrat li l-parteċipazzjoni mis-sitt banek ta' l-Għażla 1 fil-Programm ta' Ristrutturazzjoni ta' Ottubru 2001 kienet tikkostitwixxi kontribuzzjoni finanzjarja mill-gvern li tat benefiċċju lil Hynix. Ir-rata tas-sussidjar għal dan il-Programm ta' Ristrutturazzjoni ta' Ottubru 2001 kienet kalkulata għal 19.4 fil-mija.

(*****)  Id-Determinazzjoni Preliminari, para. 77. Il-KDB ma pparteċipax fis-self il-ġdid ta' 658 biljun KRW."

(******)  Ibid., paras. 69-71.”"

(67)

Il-Bord sab li l-KE waslet għal konklużjoni raġonevoli u raġunata fuq il-bażi ta' l-atti li kellha quddiemha li l-Programm ta' Ristrutturazzjoni ta' Ottubru 2001 ta benefiċċju lil Hynix (54). Madankollu, fir-rigward ta' l-ammont tal-benefiċċju, ir-rapport tal-Bord jindika li l-KE, bħala fatt ta' liġi tad-WTO, għandha terġa' teżamina mill-ġdid il-kwistjoni dwar jekk kienx hemm punti alternattivi ta' referenza.

i.   Il-Kapitalizzazzjoni tad-Dejn

(68)

Kif indika l-Bord, meta wieħed jitratta l-kwistjoni ta' benefiċċju fil-każ ta' għoti mill-gvern ta' kapital permezz ta' sigurtajiet u fl-applikazzjoni tal-linji ta' gwida inklużi fl-Artikolu 14 tal-Ftehim SCM, awtorità investigattiva tkun intitolata għal libertà konsiderevoli (35). Il-Kummissjoni tikkunsidra li l-kapitalizzazzjoni tad-dejn fil-Programm ta' Ristrutturazzjoni ta' Ottubru 2001 jista' jitqies fid-dawl ta' l-Artikolu 6(1) tar-Regolament bażiku (li ġeneralment jikkorrispondi għall-Artikolu 14(a) tal-Ftehim SCM), li jirriferi għall-għoti mill-gvern ta' kapital permezz ta' sigurtajiet mhux konsistenti mal-prattika ta' l-investiment tas-soltu, inkluż l-għoti ta' kapital għar-riskju, jew investituri privati fit-territorju tal-membru relevanti. Il-Kummissjoni tinnota li, kuntrarju għas-subparagrafi (b) u (ċ), is-subparagrafu (a) ma jinkludi l-ebda sentenza finali li tipprovdi aktar gwida dwar kif l-ammont tal-benefiċċju għandu jiġi kalkulat.

(69)

Il-Kummissjoni reġgħet eżaminat mill-ġdid id-dokument sabiex tikkunsidra jekk hemmx xi punt relevanti ta' referenza li miegħu jista' jiġi kalkulat l-ammont tal-benefiċċju. Din fittxet prova verifikata dwar għotja privata komparabbli ta' kapital permezz ta' sigurtajiet li Hynix jew xi ditta oħra f'sitwazzjoni komparabbli għal ta' Hynix ikkonkludiet fiż-żmien relevanti. Għotja komparabbli ta' kapital tkun idealment waħda ta' bejn wieħed u ieħor l-istess daqs, tkun tirrelata għall-istess settur ta' attività ekonomika jew wieħed simili, tkun tinvolvi tip komparabbli ta' attività u tkun ġiet konkluża bejn wieħed u ieħor fl-istess żmien. Din ma tkun tista' tinvolvi l-ebda garanzija tal-gvern, espressa jew implikata, u jkollha bżonn tinvolvi ditta f'sitwazzjoni finanzjarja komparabbli għal dik ta' Hynix.

(70)

Wara li reġgħet wettqet dan l-eżami mill-ġdid, il-Kummissjoni iddeterminat li m'hemm l-ebda informazzjoni verifikata fl-atti rigward dawn il-kwistjonijiet. Il-Kummissjoni ma sabet l-ebda punt ta' referenza fir-rigward ta' Hynix stess. Il-kapital provdut lil Hynix kien ġeneralment provdut mill-GOK jew minn banek li kienu inkarigati mill-GOK jew taħt l-istruzzjonijiet tiegħu.

(71)

Barra minn dan, fil-fatt ma nstab l-ebda punt komparabbli ieħor ta' referenza kummerċjali fuq is-suq. Anzi, l-informazzjoni disponibbli indikat li Hynix ma kinitx tikseb il-fondi relevanti mis-suq. Kif innutat fil-premessa 103 tar-Regolament definittiv, f'Ottubru 2001, ir-rata ta' kreditu għal Hynix minn Standard & Poor's kienet “SD” (selective default). Hynix saret inadempjenti fil-ħlas ta' l-imgħax fuq is-Self Sindakat f'Mejju 2001 u diversi banek kredituri għollew id-dispożizzjonijiet tagħhom għat-telf fuq is-self fir-rigward ta' Hynix l-ewwel f'Mejju 2001 u imbagħad għal darb'oħra f'Ottubru 2001, qabel ma ġew stabbiliti l-miżuri li qed jiġu kkunsidrati. Is-sitt banek konċernati mill-miżuri ta' Ottubru 2001 biddlu r-rata interna mogħtija lil Hynix minn “ta' prekawzjoni” għal “dubbjuża” u l-banek ta' l-Għażla 2 involuti fl-iskambju dejn-titoli ingħataw għażla żgħira ħafna: jew jieħdu l-ishma jew kellhom effettivament jikkanċellaw id-djun kollha ta' Hynix. Is-suġġeriment tal-GOK li d-differenza bejn il-prezz ta' l-iskambju tħallas u l-prezz tas-suq kellu jservi bħala l-ammont tal-benefiċċju jinjora r-realtajiet tas-sitwazzjoni finanzjarja tassew ħażina ta' Hynix; ħadd ma kien se jinvesti f'kumpannija bi status ta' SD. Il-konklużjonijiet esposti fil-premessi 101 sa 112 tar-Regolament definittiv li jsostni l-konklużjoni li l-ebda finanzjament ta' kapital komparabbli li seta' jservi ta' punt ta' referenza ma kien disponibbli fuq is-suq għal Hynix fuq is-suq kummerċjali huma għalhekk konfermati.

(72)

Il-Kummissjoni għalhekk tinsab f'pożizzjoni li tikkonkludi b'mod raġonevoli u objettiv li fil-fatt m'hemm l-ebda punt ta' referenza kummerċjali alternattiv għal dan il-każ. Għalhekk, f'dawn iċ-ċirkostanzi, il-Kummissjoni ssib li l-ammont tal-benefiċċju lil Hynix ma setax jeċċedi l-ammont totali tal-fondi miksuba minn Hynix bħala riżultat tal-programm tal-kapitalizzazzjoni tad-dejn fil-Programm ta' Ristrutturazzjoni ta' Ottubru 2001. Il-Kummissjoni temmen li din il-konklużjoni hija sostnuta bis-sħiħ mid-determinazzjonijiet (mhux mibdula) tagħha rigward is-sitwazzjoni finanzjarja u l-valur ta' Hynix, u s-sitwazzjoni fis-suq tad-DRAM u fis-swieq finanzjarji, u li din hija konsistenti mar-Regolament bażiku u mal-Linji ta' Gwida.

(73)

Madankollu, konxja tar-raġunament tal-Bord tad-WTO, il-Kummissjoni kkunsidrat ukoll jekk, anke fin-nuqqas ta' punti relevanti ta' referenza, hemmx jew le xi metodu ieħor li bih l-ammont tal-benefiċċju jista' jiġi aġġustat sabiex jittieħed kont taċ-ċirkostanzi partikolari ta' dan il-każ. Il-Kummissjoni tikkunsidra li l-analiżi dwar l-idoneità għall-kreditu mwettqa fir-rigward ta' dejn ma tistax tipprovdi bażi adatta għal tqabbil, preċiżament minħabba l-fatt li din il-kontribuzzjoni finanzjarja partikolari għandha x'taqsam ma' kapital, li hija tip ta' miżura fondamentalment differenti mid-dejn.

(74)

Il-Kumissjoni kkunsidrat il-possibbiltà li, fiċ-ċirkostanzi partikolari ta' din ir-rivalutazzjoni, l-ispiża għal min qed jirċievi l-kontribuzzjoni finanzjarja għandha tiġi kkunsidrata. Il-Kummissjoni tinnota li, sabiex teżamina din l-ispiża, jekk hemm, ta' skambju min-naħa ta' min jirċievi, l-obbligi imposti fuq kumpannija meta toħroġ ishma ġodda għandhom jiġu kkunsidrati. Il-Kummissjoni tinnota f'dan ir-rigward li ż-żieda ta' kapital permezz ta ishma ordinarji ġeneralment ma timponix obbligi partikolari fuq kumpannija, minħabba li la hemm rata fissa ta' dħul lura li l-kumpannija trid tilħaq, u l-anqas fil-fatt, ma jridu jsiru xi ħlasijiet. Madankollu, il-kumpannija għandha ta' l-anqas obbligu teoriku li tqassam il-profitti tagħha jew parti minnhom lil azzjonisti tagħha; il-proporzjon tar-rendiment tal-kapital (“ROE”) jista' jipprovdi xi indikazzjoni tal-livell ta' rendiment li l-kumpannija hija mistennija tipprovdi lill-azzjonisti tagħha, u jista' jintuża fil-kalkolu ta' l-ammont ta' benefiċċju lil Hynix. Madankollu, il-ROE ta' Hynix għall-2001 kien ta' 96.75 % fin-negattiv, kif kalkulat b'referenza għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji tagħha għal dik is-sena. Għalhekk, fuq il-bażi ta' stima objettiva tal-pożizzjoni finanzjarja ta' Hynix fiż-żmien tal-kapitalizzazzjoni tad-dejn, m'huwiex raġonevoli li wieħed jistenna li Hynix setgħet tkun f'pożizzjoni li tqassam xi tip ta' dħul lura lill-azzjonisti tagħha għas-sena relevanti. Għalhekk, bl-użu tal-ROE bħala punt ta' referenza, xorta jrid jiġi konkluż li l-ammont totali tal-kapitalizzazzjoni tad-dejn huwa sussidju li jattira azzjoni kompensatorja.

(75)

Il-Kummissjoni eżaminat ukoll jekk hemmx xi spejjeż għal Hynix assoċjati maċ-ċessjoni ta' l-ishma bħala riżultat tat-tpartit jew l-ispejjeż għal Hynix mid-dilwizzjoni potenzjali tal-prezz ta' l-ishma li jirriżulta mill-ħruġ ta' ishma ġodda (55). Fuq il-bażi tar-reviżjoni tagħha tal-prova fl-atti, il-Kummissjoni ma temminx li l-benefiċċju nett lil Hynix għall-kapitalizzazzjoni sħiħa tad-dejn huwa mnaqqas bħala riżultat tal-ħruġ ta' ishma ġodda. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni temmen li huwa essenzjali li wieħed jagħraf l-impatt li l-kapitalizzazzjoni tad-dejn kellha fuq is-sitwazzjoni finanzjarja ta' Hynix.

(76)

Bħala punt ta' partenza, huwa importanti li wieħed jagħraf li din ma kinitx injezzjoni skjetta ta' kapital. Il-benefiċċju fundamentali għal Hynix irriżulta mill-ammont massiv ta' dejn li tħassar bħala riżultat ta' l-iskambju, jiġifieri 2,483 biljun KRW. Dan effettivament ħeles lil Hynix milli tħallas lura xi parti minn dan l-ammont prinċipali u milli tħallas xi imgħax. Minflok, dan l-ammont massiv ta' dejn ġie sostitwit b'kapital f'ishma maħruġa lill-banek kredituri ta' l-Għażla 1. Madankollu, ma kien hemm l-ebda spiża reali għal Hynix li tista' tiġi kwantifikata għall-ħruġ ta' ishma ġodda. Filwaqt li l-valuri ta' l-ishma eżistenti kienu mnaqqsa b'riżultat tal-ħruġ, dan ma kellu l-ebda impatt fuq il-karta tal-bilanċ għal Hynix. Ma rriżulta fl-ebda nfiq ta' flus (ħlief għall-ispiża assoċjata mal-ħruġ ta' ishma ġodda) u ma obbligax lil Hynix għal xi tip ta' pagamenti fi flus fil-futur, kif kien ikun il-każ bi strumenti tad-dejn.

(77)

B'konsegwenza ta' dan, fid-dawl ta' dawn il-kunsiderazzjonijiet kollha u minħabba l-fatt li Hynix ma rrappurtat l-ebda spejjeż assoċjati mal-ħruġ ta' l-ishma, l-istrateġija adatta sabiex jitqies il-benefiċċju mill-kapitalizzazzjoni tad-dejn hija li jittieħed l-ammont totali tal-bidla. Dan jirriżulta f'benefiċċju totali ta' 358,2 biljun KRW għal Hynix u sussidju li jattira azzjoni kompensatorja allokat fuq dħul min-negozju ta' 9.6 %.

ii.   L-estensjoni tad-Dejn u Self Ġdid

(78)

Il-Kummissjoni tikkunsidra li l-estensjoni tad-dejn u s-self ġdid fil-Programm ta' Ristrutturazzjoni ta' Ottubru 2001 tista' titqies fid-dawl ta' l-Artikolu 6(b) tar-Regolament bażiku (li ġeneralment jikkorrispondi għall-Artikolu 14(b) tal-Ftehim SCM), li jirriferi għall-ammont li d-ditta tista' tħallas fuq self kummerċjali komparabbli li d-ditta fil-fatt tkun akkwistat mis-suq.

(79)

Il-Kummissjoni reġgħet eżaminat mill-ġdid id-dokument sabiex tikkunsidra jekk hemmx xi punt relevanti ta' referenza li miegħu jista' jiġi kalkulat l-ammont tal-benefiċċju. Hija fittxet prova verifikata dwar self kummerċjali komparabbli li Hynix jew xi ditta oħra f'sitwazzjoni komparabbli għal dik ta' Hynix ikkonkludiet fiż-żmien relevanti. Self kummerċjali komparabbli idealment ikun wieħed ta' bejn wieħed u ieħor l-istess daqs, ikun jirrelata ma' l-istess settur ta' attività ekonomika jew wieħed simili, ikun jinvolvi tip ta' attività komparabbli, u jkun ġie konkluż bejn wieħed u ieħor fl-istess żmien. Ma jistax jinvolvi kwalunjwe garanzija tal-gvern, espressa jew implikata, u jkollu jinvolvi ditta f'sitwazzjoni finanzjarja komparabbli ma' dik ta' Hynix.

(80)

It-titoli mixtrija bħala parti mill-Programm ta' Ristrutturazzjoni ta' Mejju 2001 ma jistgħux iservu bħala bażi għad-determinazzjoni tar-raġonevolezza kummerċjali tas-self ġdid u ta' l-estensjoni tad-dejn, minħabba li s-sitwazzjoni finanzjarja ta' Hynix marret sostanzjalment għall-agħar bejn Mejju u Ottubru 2001. Għalhekk, iż-żewġ sitwazzjonijiet ma jistgħux jitqiesu bħala komparabbli.

(81)

Wara li reġgħet wettqet dan l-eżami mill-ġdid, il-Kummissjoni iddeterminat li m'hemm l-ebda informazzjoni verifikata fl-atti rigward dawn il-kwistjonijiet. Il-Kummissjoni ma sabet l-ebda punt ta' referenza fir-rigward ta' Hynix innifisha. Is-self mogħti lil Hynix kien ġeneralment jew mogħti mill-GOK jew minn banek li kienu fdati jew diretti mill-GOK.

(82)

Kif diġà indikat aktar 'il fuq (56), fil-fatt ma kien hemm l-ebda punt komparabbli ieħor ta' referenza kummerċjali fuq is-suq. Anzi, l-informazzjoni disponibbli tindika li Hynix ma setgħetx tikseb il-fondi relevanti fuq is-suq.

(83)

Il-Kummissjoni tinsab għalhekk f'pożizzjoni li tikkonkludi b'mod raġonevoli u objettiv li fil-fatt ma kien hemm l-ebda punt ta' referenza kummerċjali alternattiv f'dan il-każ. Għalhekk, f'dawn iċ-ċirkostanzi, il-Kummissjoni ssib li l-ammont tal-benefiċċju lil Hynix ma setax jeċċedi l-ammont totali tal-fondi miksuba minn Hynix bħala riżultat ta' l-estensjoni tad-dejn u tas-self ġdid fil-Programm ta' Ristrutturazzjoni ta' Ottubru 2001. Il-Kummissjoni temmen li din il-konklużjoni hija sostnuta bis-sħiħ mid-determinazzjonijiet (mhux mibdula) tagħha rigward is-sitwazzjoni finanzjarja u l-valur ta' Hynix, u s-sitwazzjoni fis-suq tad-DRAM u fis-swieq finanzjarji, u li din hija konsistenti mar-Regolament bażiku u mal-Linji ta' Gwida.

(84)

Madankollu, konxja tar-raġunament tal-Bord tad-WTO, il-Kummissjoni kkunsidrat ukoll jekk, anke fin-nuqqas ta' punti relevanti ta' referenza, hemmx jew le xi metodu ieħor li bih l-ammont tal-benefiċċju jista' jiġi aġġustat sabiex jittieħed kont taċ-ċirkostanzi partikolari ta' dan il-każ. F'dan ir-rigward, l-istess metodoloġija bħal dik indikata fil-premessi 45 u 46 intużat sabiex jiġi kalkulat l-ammont ta' benefiċċju li Hynix irċeviet minn dawn iż-żewġ miżuri.

(85)

Għall-finijiet ta' dan il-kalkolu, il-Kummissjoni wżat bħala r-rata ta' idoneità għall-kreditu għas-self f'KRW ir-rata ta' imgħax medja tal-Bank tal-Korea fuq it-titoli tal-kumpanniji bi grad ta' investiment fl-2001, li kienet ta' 11.38 %. Ir-rati standard kemm għal kumpanniji meqjusa idonei għall-kreditu u kemm għal dawk meqjusa mhux idonei għall-kreditu fil-perjodu tal-miżuri msemmija ttieħdu mill-Moody's Investor Services. Ir-rata standard għal kumpannija meqjusa mhux idonea għall-kreditu għall-2001 fi żmien 3 snin (it-terminu tas-self ġdid u ta' l-estensjoni) kienet ta' 57.97 %, filwaqt li r-rata standard ta' kumpannija meqjusa idonea għall-kreditu fi żmien tliet snin fl-2001 kienet ta' 0.94 %. Dan wassal għal rata totali ta' imgħax ta' 48.22 %. Kuntrarju għal dan, ir-rata ta' l-imgħax li kellha titħallas minn Hynix fuq is-self ġdid kienet ta' 7 % u fuq l-estensjoni kienet ta' 6.5 %, jiġifieri differenza fir-rata ta' l-imgħax ta' 41.2 % u 41.7 % rispettivament.

(86)

Il-konsiderazjoni tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji bħala sussidji rikorrenti, aktar milli sussidji ta' darba li jridu jiġu allokati fuq iż-żmien, u l-applikazzjoni ta' dan il-mudell għall-kalkolu ta' l-ammont tal-benefiċċju fil-kontribuzzjonijiet finanzjarji li qed jiġu kunsidrati, iwasslu għal ammont ta' benefiċċju ta' 271,5 biljun KRW għas-self il-ġdid u 761,4 biljun KRW għall-estensjoni. Dan jirriżulta f'sussidji konvertibbli allokati fuq in-negozju globali ta' 6.8 % għas-self il-ġdid u ta' 19.1 % għall-estensjoni, mqabbla ma' 3.5 % u 9.8 % rispettivament, kif kalkulat oriġinarjament mill-Kummissjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-istrateġija oriġinali tagħha kienet u hija raġonevoli f'dan il-każ, minħabba li d-differenza fir-rata ta' l-imgħax tagħti ammont ta' benefiċċju ħafna ogħla minn sempliċi allokazzjoni ta' l-ammont nominali tas-self matul iż-żmien. F'dawn iċ-ċirkostanzi il-Kummissjoni wżat l-għażla l-aktar konservattiva miż-żewġ għażliet sabiex tkun żgura li ma esaġeratx l-ammont tas-sussidju u titratta l-ammont nominali tas-self bħala l-bażi ta' limitu fuq l-ammont massimu tal-benefiċċju. Fuq il-bażi ta' dawn il-kunsiderazzjonijeit, il-Kummissjoni iddeterminat li l-ammont tal-benefiċċju lil Hynix ad valorem tan-negozju globali huwa, għaż-żewġ miżuri, ta' 13.3 %.

(87)

Huwa nnutat li, f'relazzjoni ma' l-Estensjoni tad-Dejn, kontra l-premessa 166 tar-Regolament definittiv, l-ammont ta' CBs mixtrija mill-banek ta' l-Għażla 1 ma ġiex imnaqqas, minħabba li l-miżuri ta' Mejju 2001 m'humiex aktar suġġetti għal azzjoni kompensatorja.

iii.   Is-sussidju totali tal-Pakkett ta' Salvataġġ ta' Ottubru 2001

(88)

L-ammont tas-sussidju hekk kalkulat għall-Kapitalizzazzjoni tad-Dejn, l-Estensjoni tad-Dejn u s-Self Ġdid kien ikkunsidrat li jagħti benefiċċju kbir ta' darba u kien mifrux fuq perjodu ta' ħames snin li jikkorrispondi għall-perjodu normali ta' deprezzament ta' l-assi fl-industrija tad-DRAM. L-ammont li rriżulta imbagħad ġie allokat fuq in-negozju globali ta' Hynix matul il-PI u ġew miżjuda l-imgħaxijiet bbażati fuq ir-rata kummerċjali medja applikabbli fil-Korea matul il-PI. L-ammont rivedut espress ad valorem huwa ta' 22.9 %.

1.8.   L-ammont Totali tas-Sussidju

(89)

Fil-qosor, il-kalkolu ta' l-ammont totali tas-sussidju b'hekk ġie rivedut fuq il-bażi tar-rakkomandazzjonijiet tal-Bord u issa huwa kif ġej:

Tip ta' Sussidju

Estensjoni D/A

Programm KDB tat-Titoli ta' l-Imgħax

Xiri ta' CB f'Mejju 2001, Estensjoni tad-Dejn

Pakkett ta' Salvataġġ ta' Ottubru 2001

TOTAL

5,1  %

4,9  %

0  %

22,9  %

32,9  %

2.   Danni

2.1.   Introduzzjoni

(90)

Din il-parti tispjega l-konklużjonijiet rivalutati bbażati fuq ir-rakkomandazzjoni tar-rapport tal-Bord rigward il-valutazzjoni tal-fattur “salarji” bħala fattur relevanti li jinċidi fuq l-istat ta' l-industrija Komunitarja fis-sens ta' l-Artikolu 8(5) tar-Regolament bażiku (li ġeneralment jikkorrispondi għall-Artikolu 15.4 tal-Ftehim SCM).

(91)

Kull konklużjoni oħra rigward danni tibqa' kif stabbilita fl-investigazzjoni oriġinali u esposta fir-Regolament provviżorju u fir-Regolament definittiv.

2.2.   Salarji

(92)

Fl-investigazzjoni oriġinali, il-KE kienet ikkunsidrat u vvalutat il-fattur tas-salarji, iżda sabet li s-salarji ma kienux relevanti għad-determinazzjoni tagħha tad-danni. Madankollu, il-Bord sab li:

“mingħajr dokument bil-miktub tal-proċess analitiku mibdi mill-awtorità investigattiva sabiex tivvaluta s-‘salarji’, ma nistgħux neżaminaw jekk ġietx provduta spegazzjoni adegwata u raġonevoli dwar kif il-fatti jsostnu d-determinazzjoni tad-danni magħmula mill-KE u, konsegwentement, jekk dik id-determinazzjoni kinitx konsistenti ma' l-Artikolu 15.4. Mingħajr dak id-dokument bil-miktub, aħna jkollna nagħmlu spekulazzjoni post hoc dwar il-raġunament li bih l-awtorità investigattiva waslet għall-konklużjonijiet finali tagħha. Aħna nikkunsidraw li l-istandard tar-reviżjoni fl-Artikolu 11 tal-DSU ma jippermettilniex nibdew dan l-eżerċizzju.” (57).

Konsegwentement, il-Bord ikkonkluda li l-KE aġixxiet b'mod inkonsistenti ma' l-Artikolu 15.4 tal-Ftehim SCM meta ma vvalutatx il-fattur “salarji” meta eżaminat l-impatt ta' l-importazzjonijiet sussidjati fuq l-istat ta' l-industrija domestika (58).

(93)

Fid-dawl tal-konklużjoni tal-Bord, il-Kummissjoni, meta rrivediet mill-ġdid l-informazzjoni fl-atti rigward is-salarji tal-Kummissjoni, kemm waħeda u flimkien mal-fatturi ta' danni l-oħra esposti fl-Artikolu 8(5) tar-Regolament bażiku, tipprovdi aktar 'il quddiem dokument bil-miktub fuq il-valutazzjoni tagħha tal-fattur pagi.

(94)

Il-Kummissjoni eżaminat in-nefqa medja f'salarji għal kull impjegat għall-industrija Komunitarja matul il-PI, u fit-tliet snin ta' qabel. Ir-riżultati indiċjati huma murija fit-tabella li ġejja (59).

Nefqa medja għal salarji għal kull impjegat

1998

1999

2000

2001 (PI)

Indiċi

100

99

115

109

(95)

It-tabella turi li kien hemm varjazzjoni fin-nefqa medja ta' l-industrija Komunitarja għal pagi u salarji matul il-perjodu ta' l-investigazzjoni, bi tnaqqis u żieda fuq medda ta' żmien. Fis-sena 2000, din żdiedet bi 15 %. Fl-2001, imqabbla ma' l-1998, din kienet żdiedet b'9 %. Globalment, iż-żieda kienet anqas miż-żieda tan-nefqa fix-xogħol totali għal kull siegħa fiż-żona euro matul dan il-perjodu (60). Għalhekk, ma kien hemm l-ebda żviluppi fis-salarji matul il-perjodu relevanti, u kwalunkwe żvilupp kellu biss effetti limitati ħafna fuq is-sitwazzjoni finanzjarja ta' l-industrija domestika kollha kemm hi (61).

(96)

Barra minn dan, il-Kummissjoni tfakkar li d-DRAM huma prodotti bi bżonn intensiv ta' kapital, u għalhekk, ix-xogħol jista' jkollu biss kontribuzzjoni limitata għall-ispiża tal-produzzjoni tagħhom (ara wkoll il-premessa 41 aktar 'il fuq). Konsegwentement, din iż-żieda relattivament żgħira fis-salarji bil-kemm kellha effett fuq is-sitwazzjoni finanzjarja globali ta' l-industrija Komunitarja.

(97)

Minħabba l-impatt negliġibbli tagħha, il-kunsiderazzjoni tal-fattur salarji flimkien mal-fatturi l-oħra li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 8(5) tar-Regolament bażiku mhijiex tali li tbiddel il-konklużjoni li l-industrija Komunitarja soffriet danni materjali (62).

2.3.   Konklużjoni

(98)

Ibbażata fuq dan t'hawn fuq, il-konklużjoni esposta fil-premessa 188 tar-Regolament definittiv li l-industrija Komunitarja soffriet danni materjali fis-sens ta' l-Artikolu 8 tar-Regolament bażiku hija b'dan konfermata.

3.   Kawżalità

3.1.   Introduzzjoni

(99)

Din il-parti tistabbilixxi l-konklużjonijiet rivalutati fuq ir-rakkomandazzjonijiet tar-rapport tal-Bord rigward in-nuqqas ta' attribuzzjoni lill-importazzjonijiet sussidjati ta' kwalunkwe dannu kkawżat minn fatturi oħra (partikolarment, it-tnaqqis fid-domanda, il-produzzjoni żejda u importazzjonijiet oħra mhux sussidjati) fis-sens ta' l-Artikolu 8(7) tar-Regolament bażiku. Id-determinazzjoni tal-Bord fil-paragrafu 7.437 tar-rapport tiegħu ma tipprekludix konklużjoni ta' relazzjoni każwali bejn l-importazzjonijiet sussidjati u d-dannu materjali li sofriet l-industrija Komunitarja, iżda żiedet li hija meħtieġa spjegazzjoni sodisfaċenti dwar in-natura u l-firxa ta' l-effetti dannużi ta' dawk il-fatturi l-oħra, preferibbilment b'analiżi kwantitattiva, distinti mill-effetti ta' l-importazzjonijiet sussidjati.

3.2.   It-tnaqqis (kontrazzjoni) fid-domanda u u d-deklin ekonomiku

(100)

L-Artikolu 8(7) tar-Regolament bażiku (li ġeneralment jikkorrispondi għall-Artikolu 15.5 tal-Ftehim SCM) jeħtieġ eżami ta' kwalunkwe fattur magħruf minbarra l-importazzjonijiet sussidjati li fl-istess ħin huma ta' dannu għall-industrija Komunitarja, u li ma jiġix attribwit dannu kkawżat minn dawn il-fatturi l-oħra lill-importazzjonijiet sussidjati. Wieħed minn dawn il-fatturi msemmija huwa “l-kontrazzjoni tad-domanda”.

(101)

Il-Bord sab fil-paragrafu 8.1(e) tar-rapport tiegħu li l-KE falliet milli tassigura li d-dannu kkawżat mit-“tnaqqis fid-domanda” ma kienx attribwit lill-importazzjonijiet sussidjati. Din il-konklużjoni ntlaħqet fid-dawl tal-konklużjonijet tal-Bord fil-paragrafi 7.411 sa 7.414 tar-rapport tiegħu, li jittrattaw it-“tnaqqis fid-domanda” bħala sinonimu ma' “rigress ekonomiku ġenerali”.

Il-Konsum fil-KE

1998

1999

2000

2001 (PI)

DRAM f' '000 Mbits

16 593 400

28 961 100

45 873 600

68 967 600

Indiċi

100

175

276

416

(102)

Il-Kummissjoni tfakkar li, taħt kondizzjonijiet ta' parità ġenerali, id-domanda (jiġifieri r-rieda u l-abbiltà li jinkiseb ċertu ammont ta' oġġett partikolari) tista' ġeneralment tiġi kkunsidrata bħala ekwivalenti għall-konsum (jiġifieri l-proċess fiżiku attwali ta' l-użu ta' oġġett irrispettivament mil-livell tal-kummerċ). It-tabella t'hawn fuq tistabbilixxi l-konsum tal-KE matul il-perjodu relevanti f'termini ta' Mbits. Ma saritx oġġezzjoni kontra l-użu ta' din l-unità ta' kejl quddiem il-Bord. Jidher mit-tabella t'hawn fuq li minħabba li d-domanda attwali fil-Komunità għad-DRAM żdiedet b'mod kostanti u sinifikattiv matul il-perjodu ta' l-investigazzjoni, m'huwiex korrett li jiġi allegat li l-livell tad-domanda għal DRAM fil-Komunità naqas matul l-istess perjodu. Għalhekk, l-argumentazzjoni kollha relevanti rigward l-impatt tat-“tnaqqis fid-domanda” fuq is-sitwazzjoni inġurjuża ta' l-industrija Komunitarja (partikolarment il-prezzijiet tagħha) kaġunata mill-GOK u Hynix hija irrelevanti, għax, kif muri hawn fuq, il-livell tad-domanda żdied. Fir-rigward tad-dikjarazzjoni mill-GOK u Hynix li l-allegat tnaqqis fid-domanda inċida fuq il-prezzijiet ta' l-industrija Komunitarja, dan huwa bla bażi fid-dawl tal-fatt li ma kien hemm l-ebda tnaqqis fil-livell tad-domanda. Anzi, l-importazzjonijiet sussidjati kellhom impatt sinifikattiv fuq il-prezzijiet ta' l-industrija Komunitarja u, għalhekk, fuq il-kundizzjoni inġurjuża tagħha (ara l-premessi 191 u 192 tar-Regolament definittiv).

(103)

Hynix u l-GOK innutaw li d-domanda dinjija għad-DRAM kibret fl-2001 b'59 % biss meta mqabbla mar-rata medja ta' tkabbir, sena wara sena, ta' 75 %, filwaqt li apparentement ikkontendew li fl-2000-2001 kien hemm tnaqqis kbir ħafna fir-rata ta' tkabbir tad-domanda (ara l-premessa 193 tar-Regolament definittiv). Il-Kummissjoni ma taqbilx ma' dan. Hynix u l-GOK korrettament jindikaw li s-suq tad-DRAM huwa ċikliku (ara l-premessa 193 tar-Regolament definittiv). Madankollu, fi swieq ċikliċi, ir-rati ta' tkabbir fid-domanda jvarjaw sew minn sena għall-oħra, u ma jkunx raġonevoli li wieħed jistenna li r-rata ta' tkabbir fid-domanda f'sena partikolari tirrifletti r-rata medja ta' tkabbir fid-domanda għal ċiklu sħiħ ta' kummerċ. Mod raġonevoli kif wieħed jistma jekk it-tkabbir fid-domanda naqasx b'mod sinifikattiv fl-2000-2001, filwaqt li tiġi kkunsidrata n-natura ċiklika tas-suq, ikun li titqabbel ir-rata ta' tkabbir fid-domanda ta' l-2000-2001, li kien perjodu ekonomiku ċikliku baxx, mat-tkabbir medju fid-domanda matul perjodi ekonomiċi baxxi f'ċikli preċedenti. La Hynix u l-anqas il-GOK ma ressqu argumenti, u l-anqas ma ppreżentaw xi data, sabiex isostnu tali paragun. Għalhekk, il-prova dokumentarja ma ssostnix il-konklużjoni li fl-2000-2001 ir-rata ta' tkabbir fid-domanda naqset b'mod sinifikattiv, meta wieħed jikkunsidra n-natura ċiklika tas-suq tad-DRAM.

(104)

Ġie wkoll ikkunsidrat jekk ir-rata ta' tkabbir tad-domanda fil-Komunità naqsitx fl-2000-2001 meta mqabbla mar-rati ta' tkabbir attwali osservati fis-snin preċedenti. Id-domanda għad-DRAM fil-Komunità, imkejla f'termini tal-konsum fil-KE, żdiedet b'75 % fl-1998-1999, b'58 % fl-1999-2000 u b'51 % fl-2000-2001. Għalhekk, waqt li kien hemm żieda kostanti fid-domanda matul il-perjodu ta' l-investigazzjoni, din iż-żieda segwiet tendenza ta' tnaqqis. Madankollu, ir-rata ta' tkabbir fid-domanda baqgħet sinifikattiva fil-PI (51 %).

(105)

It-tendenza ta' tnaqqis fit-tkabbir kienet aktar evidenti bejn l-1999 u s-sena 2000 (fejn it-tkabbir fid-domanda naqas bi 17-il punt perċentwali) milli bejn is-sena 2000 u l-PI (fejn it-tkabbir fid-domanda naqas bi 8 punti perċentwali). Din il-bidla fit-tkabbir fid-domanda trid tiġi valutata meta mqabbla mal-bidla fil-prezzijiet tal-bejgħ ta' l-industrija Komunitarja, il-kawża primarja ta' dannu lill-industrija Komunitarja matul il-perjodu ta' l-investigazzjoni (ara l-premessa 188 tar-Regolament definittiv). B'mod partikolari, fl-1999-2000, it-tkabbir fid-domanda naqas sew bi 23 %, iżda l-prezz tal-bejgħ medju ta' l-industrija Komunitarja niżel b'5 % biss. Min-naħa l-oħra, bejn is-sena 2000 u l-PI, it-tkabbir fid-domanda naqas b'mod moderat bi 12 %, iżda l-prezz tal-bejgħ medju ta' l-industrjia tal-Komunità waqa' b'77 % (ara l-premessa 128 u t-tabella relevanti tar-Regolament provviżorju). Jekk it-tkabbir fid-domanda li kien qed jonqos kien kawża ta' dannu, wieħed kien jistenna li l-prezzijiet tal-bejgħ ta' l-industrija Komunitarja kienu jonqsu aktar severament fil-perjodu meta t-tkabbir fid-domanda naqset b'mod aktar preċipituż. Il-prova dokumentarja ma turi l-ebda relazzjoni bejn it-tendenzi fit-tkabbir fid-domanda u t-tendenzi fil-prezzijiet tal-bejgħ ta' l-industrija Komunitarja. Il-konklużjoni għalhekk hija li m'hemm l-ebda rabta evidenti bejn it-tkabbir fid-domanda u l-prezzijiet tal-bejgħ ta' l-industrija Komunitarja li tista' tindika li t-tkabbir fid-domanda li kien qed jonqos ikkontribwixxa għad-dannu li soffriet l-industrija Komunitarja.

(106)

Dan l-approċċ huwa konsistenti mal-konklużjonijiet reċenti ta' Bords tad-WTO li irrivedu determinazzjonijiet fir-rigward ta' non-attribwibbiltà. B'mod partikolari, Bords tad-WTO aċċettaw konklużjonijiet ta' non-attribwibbiltà fejn il-prova fl-atti wriet li l-fattur konċernat ma setax jikkawża danni minħabba li tendenzi f'tali fattur kienu indipendenti minn tendenzi f'indikaturi prinċipali ta' l-industrija domestika. Speċifikament, fil-US-Steel, il-Bord innota li l-fatti dehru li kienu jiġġustifikaw il-konklużjoni ta' l-awtorità investigattiva, fir-rigward ta' l-ingotti tal-ħadid laminat bis-sħana, li ż-żidiet fin-nefqa ma kienux ikkawżaw danni minħabba li t-tendenzi fil-marġini operattivi (miżura ewlenija tar-redditività) ma kienux relatati mat-tendenzi fl-Ispiża ta' l-Oġġetti Mibjugħa (“COGS”) (63). Bl-istess mod, filwaqt li l-Bord ikkonkluda li l-konklużjoni ta' l-awtorità investigattiva, fir-rigward ta' l-ingotti ta' l-istainless steel, dwar id-domanda bħala fattur ta' dannu, ma ssodisfatx ir-rekwiżit ta' non-attribwibbiltà, il-Bord innota li l-awtorità investigattiva setgħet issodisfat dan ir-rekwiżit, permezz ta' “spjegazzjoni raġunata u adegwata”, sempliċiment billi turi li tendenzi fid-domanda ma kellhom l-ebda konnessjoni ma' tendenzi f'xi fattur varjabbli prinċipali li juru l-kundizzjoni ta' l-industrija domestika (64).

(107)

Bl-istess mod, il-Kummissjoni hija ta' l-opinjoni li d-determinazzjoni mill-ġdid tagħha tissodisfa r-rekwiżit ta' non-attribwibbiltà taħt l-Artikolu 8(7) tar-Regolament bażiku (li ġeneralment jikkorrispondi għall-Artikolu 15.5 tal-Ftehim SCM) fir-rigward ta' tkabbir fid-domanda billi turi li, matul il-perjodu ta' l-investigazzjoni, it-tendenzi fit-tkabbir fid-domanda kienu indipendenti mit-tendenzi fil-prezzijiet tal-bejgħ ta' l-industrija Komunitarja. Il-Kummissjoni hija wkoll ta' l-opinjoni li d-determinazzjoni mill-ġdid tagħha tissodisfa r-rekwiżit ta' non-attribwibbiltà fir-rigward ta' tnaqqis fil-livell tad-domanda billi wriet li matul il-perjodu ta' l-investigazzjoni ma seħħ l-ebda tnaqqis fid-domanda bħal dan.

3.3.   Kapaċità żejda ta' produzzjoni

(108)

Il-Bord innota fil-paragrafu 7.421 tar-rapport tiegħu li għandha tiġi indirizzata l-kwistjoni tas-separazzjoni u d-distinzjoni ta' l-effetti tal-kapaċità żejda ta' produzzjoni fuq it-tnaqqis tal-prezzijiet, irrispettivament minn min għandu jingħata t-tort għal tali kapaċità żejda ta' produzzjoni.

(109)

Il-Kummissjoni tinnota li m'hemmx referenza espressa għal “kapaċità żejda ta' produzzjoni” fl-Artikolu 8(7) tar-Regolament bażiku (li ġeneralment jikkorrispondi għall-Artikolu 15.5 tal-Ftehim SCM). Il-kunċett huwa diskuss fir-Regolament provviżorju u fir-Regolament definittiv sa fejn dan huwa invokat minn uħud mill-partijiet interessati. Huwa kunċett relattiv, minħabba li jiddependi fuq kemm kapaċità hija disponibbli u kemm qed tintuża kapaċità – jiġifieri, fuq il-livel tad-domanda. Il-“kapaċità żejda ta' produzzjoni” tista' tiġri għalhekk minħabba li tiżdied il-kapaċità jew minħabba li tonqos id-domanda.

(110)

Il-“kapaċità żejda ta' produzzjoni” bħala fattur possibbli ta' dannu tista' tiġi eżaminata fil-kuntest tas-suq dinji jew fil-kuntest tas-suq Komunitarju. Il-Kummissjoni tikkunsidra ż-żewġ sitwazzjonijiet hawn taħt.

(111)

Kif stabbilit fil-premessa 153 tar-Regolament provviżorju u l-premessa 197 tar-Regolament definittiv, kien jeżisti ċertu ammont ta' kapaċità żejda ta' produzzjoni madwar id-dinja matul numru ta' snin inkluż il-perjodu ta' l-investigazzjoni. Ma ġiet osservata l-ebda bidla maġġuri f'din is-sitwazzjoni ta' kapaċità żejda matul il-perjodu ta' l-investigazzjoni u partikolarment fit-tmiem ta' dan il-perjodu li jwassal għall-PI. Jista' jkun li din il-kapaċità ta' produzzjoni żejda dinjija għamlet pressjoni fuq il-prezzijiet matul il-perjodu ta' l-investigazzjoni, li setgħet ikkontribwixxiet għal danni li sofriet l-industrija Komunitarja. Din il-konklużjoni ma ġiet kontestata minn l-ebda parti konċernata.

(112)

Madankollu, kif dikjarat fil-premessa 147 tar-Regolament provviżorju, il-kapaċità ta' produzzjoni żejda dinjija kienet stmata li kienet ta' madwar 20 % tas-suq. Hynix kienet takkonta għal 17 % tal-produzzjoni dinjija matul il-PI. Minħabba li Hynix kienet kważi falliet matul il-PI u baqgħet vijabbli biss permezz tas-sussidji provduti mill-GOK, jista' jiġi konkluż li s-sitwazzjoni dinjija ta' kapaċità ta' produzzjoni żejda ġiet sostnuta b'mod artifiċjali permezz ta' l-għotja tas-sussidju ta' Hynix. Għalhekk l-effett tal-kapaċità ta' produzzjoni żejda dinjija fuq is-sitwazzjoni inġurjuża ta' l-industrija Komunitarja ġie trasmess bl-importazzjonijiet sussidjati ta' Hynix. Dan l-effett ġie analizzat fil-premessi 144 sa 149 tar-Regolament provviżorju u fil-premessi 191 u 192 tar-Regolament definittiv. F'dan ir-rigward, l-effett tal-kapaċità ta' produzzjoni żejda dinjija maħluq minn Hynix ma jistax jiġi kkunsidrat bħala fattur separat mill-effetti ta' l-importazzjonijiet sussidjati.

(113)

F'kull każ, anke jekk l-effett tal-kapaċità ta' produzzjoni żejda dinjija jista' jiġi kkunsidrat separatament mill-effett ta' importazzjonijiet sussidjati, jista' jiġi osservat dan li ġej. L-informazzjoni miksuba mit-tweġibiet tal-kwestjonarju ta' l-erba' produtturi tad- DRAM li kkoperaw fl-investigazzjoni oriġinali (jiġifieri, Samsung, Hynix, Infineon u Micron, li flimkien irrappreżentaw madwar 80 % tas-suq dinji tad-DRAM) turi li l-kapaċità totali tagħhom f'Mbits żdied b'129 % bejn l-1999 u l-2000 u bi 85 % bejn l- 2000 u l-PI. Il-produzzjoni totali tagħhom f'Mbits żdiedet bl-istess mod b'124 % bejn l-1999 u l-2000 u b'81 % bejn l-2000 u l-PI. Fi kliem ieħor, il-kapaċità u l-produzzjoni ta' l-erba' produtturi prinċipali tad-dinja żdiedu b'mod sinifikattiv aktar bejn l-1999 u l-2000, is-sena tajba li matulha l-industrija Komunitarja żammet xi stabbilità fil-prezz u għamlet profitti, milli bejn l-2000 u l-PI (2001), li matulu l-industrija Komunitarja sofriet telf sinifikattiv minħabba l-waqa' fil-prezzijiet (ara l-premessi 128, 131 u t-tabelli relevanti tar-Regolament provviżorju). Konsegwentement, il-kapaċità ta' produzzjoni żejda dinjija eżistenti matul il-perjodu ta' l-investigazzjoni, fl-opinjoni tal-Kummissjoni, ma kkontribwixxietx b'mod sinifikattiv għall-waqa' fil-prezzijiet u għad-dannu materjali li sofriet l-industrija Komunitarja matul il-PI.

(114)

Barra minn dan, il-prova dokumentarja turi li l-kapaċità ta' produzzjoni żejda tal-Komunità ma kinitx fattur ta' dannu. Matul 1999-2000, il-kapaċità tal-Komunità kibret sa aktar mit-triplu ta' dak li kienet qabel (b'żieda ta' 252 %), u mill-2000 sa l-2001 din kważi rduppjat (b'żieda ta' 92 %). Dawn iż-żidiet fil-kapaċità tal-Komunità kienu akkumpanjati b'żidiet fil-produzzjoni tal-Komunità. Filwaqt li l-użu tal-kapaċità fil-Komunità fil-fatt waqa' bi 28 % mill-1999 sa l-2000, irkupra b'4 % mill-2000 sa l-2001 (ara l-premessa 125 u t-tabella relevanti tar-Regolament provviżorju).

(115)

It-tendenzi fil-kapaċità ta' produzzjoni żejda tal-Komunità (definita bħala l-oppost ta' l-użu tal-kapaċità tal-Komunità) juru ftit jew l-ebda korrelazzjoni mat-tendenzi fil-prezzijiet tal-bejgħ ta' l-industrija Komunitarja. B'mod partikolari, matul 1999-2000, il-produzzjoni żejda tal-Komunità żdiedet bi 28 %, iżda l-prezzijiet tal-bejgħ ta' l-industrija Komunitarja waqgħu biss b'5 %. Barra minn dan, mill-2000 sa l-2001, il-produzzjoni żejda tal-Komunità niżlet b'4 % iżda l-prezzijiet tal-bejgħ ta' l-industrija Komunitarja waqgħu b'77 % (ara l-premessi 125, 128 u t-tabelli relevanti tar-Regolament provviżorju). Jista' jiġi konkluż li, jekk il-kapaċità ta' produzzjoni żejda li tkun qiegħda tikber tiġi korrelata mal-livelli tal-prezzijiet li jkunu qegħdin jinżlu, iż-żieda sinifikattiva fil-produzzjoni żejda għall-1999-2000 kienet tirriżulta f'depressjoni qawwija tal-prezzijiet, filwaqt li l-kontrazzjoni fil-produzzjoni żejda fl-2000-2001 kienet twassal għal prezzijiet li jiżdiedu, jew ta' l-anqas għal xi grad ta' stabbiltà fil-prezz. Il-prova dokumentarja turi l-kuntrarju. Matul 1999-2000, kien hemm biss depressjoni żgħira fil-prezzijiet, minkejja ż-żieda sinifikattiva fil-produzzjoni żejda, filwaqt li mill-2000 sa l-2001, kien hemm depressjoni sostanzjali fil-prezz, minkejja l-kontrazzjoni fil-produzzjoni żejda. Dan huwa f'kuntrast qawwi mal-korrelazzjoni stretta bejn tendenzi fil-prezzijiet ta' l-importazzjonijiet sussidjati u tendenzi fil-prezzijiet tal-bejgħ ta' l-industrija Komunitarja. Fil-fatt, matul 2000-2001 it-tendenza fil-prezzijiet tal-bejgħ ta' l-industrija Komunitarja rriflettiet kważi b'mod perfett it-tendenza fil-prezzijiet ta' l-importazzjonijiet sussidjati: matul dan il-perjodu, ta' l-ewwel niżel b'74 % u ta' l-aħħar niżel b'77 % (ara l-premessi 119 u 128 tar-Regolament provviżorju).

(116)

Il-prova dokumentarja turi wkoll li tendenzi fil-kapaċità ta' produzzjoni żejda tal-Komunità m'għandhom l-ebda korrelazzjoni ma' tendenzi f'indikaturi prinċipali oħra tal-kondizzjoni ta' l-industrija Komunitarja. Partikolarment, matul 1999-2000, ir-redditività ta' l-industrija Komunitarja kienet qed tiżdied, u r-returns fuq l-investiment u l-fluss ta' likwidità kienu pożittivi, minkejja ż-żieda sinifikattiva fil-produzzjoni żejda tal-Komunità. Min-naħa l-oħra, fl-2001 l-industrija Komunitarja soffriet telf kbir, u d-dħul lura fuq l-investiment u l-likwidità kienu negattivi, minkejja l-kontrazzjoni fil-produzzjoni żejda matul 2000-2001. Il-prestazzjoni ta' l-industrija Komunitarja għall-2000-2001 f'termini ta' redditività, returns fuq l-investiment u fluss ta' likwidità hija korrelatata minflok mat-tendenza fil-prezzijiet ta' l-importazzjonijiet sussidjati matul dak il-perjodu. Kif innotat, fl-2000-2001, hekk kif l-industrija Komunitarja soffriet telf kbir u waqa' fil-fluss ta' likwidità u fir-returns fuq l-imgħax, il-prezzijiet ta' l-importazzjonijiet sussidjati naqsu b'74 %.

(117)

Hynix ikkontendiet li l-kapaċità ta' produzzjoni żejda tal-Komunità kienet fattur magħruf ieħor li kkontribwixxa għal dannu materjali matul il-perjodu li qed jiġi kkunsidrat. Madankollu, it-tendenzi fil-kapaċità ta' produzzjoni żejda tal-Komunità ma juru l-ebda korrelazzjoni, jew juru korrelazzjoni negliġibbli, mat-tendenzi fil-kundizzjoni ta' l-industrija Komunitarja. Il-Kummissjoni għalhekk tikkonkludi li l-kapaċità ta' produzzjoni żejda tal-Komunità ma tistax tiġi kkunsidrata bħala fattur ta' dannu materjali lill-industrija Komunitarja. Mnħabba li l-kapaċità ta' produzzjoni żejda tal-Komunità ma laqtitx ħażin il-kundizzjoni ta' l-industrija Komunitarja, m'hemmx bżonn li wieħed jiddistingwi xi dannu allegat ikkawżat mill-kapaċità mid-dannu kkawżat mill-importazzjonijiet tal-Hynix. Il-Kummissjoni temmen li din il-konklużjoni hija konsistenti mal-konklużjonijiet tal-Bords tad-WTO reċenti li kienu irrivedu d-deteminazzjonijiet fir-rigward ta' non-attribwibbiltà deskritta fil-premessa 106 aktar 'il fuq.

(118)

Kif ġie hawn rivedut, m'hemm l-ebda relazzjoni kawżali murija bejn il-kapaċità ta' produzzjoni żejda u t-tnaqqis fil-prezz jew bejn il-kapaċità ta' produzzjoni żejda u d-dannu lill-industrija Komunitarja. Min-naħa l-oħra, l-industrija Komunitarja soffriet tnaqqis qawwi matul l-2001, li huwa l-istess perjodu meta l-prezzijiet ta' l-importazzjonijiet kunsidrati waqgħu u meta l-volumi ta' l-importazzjonijiet kunsidrati laħqu l-ogħla penetrazzjoni fis-suq tal-Komunità. Dan il-kuntrast jistabbilixxi li l-volumi ta' l-importazzjonijiet kunsidrati u l-effetti tal-prezz huma kawża separata u li tingħaraf ta' dannu materjali lill-industrija Komunitarja kif imqabbel mal-kapaċità ta' produzzjoni żejda.

3.4.   Importazzjonijiet oħra mhux sussidjati

(119)

Il-Bord innota fil-paragrafu 7.426 tar-rapport tiegħu li m'hemm l-ebda rewiżit li jiġu kunsidrati l-importazzjonijiet mhux sussidjati fuq bażi ta' pajjiż b'pajjiż. Il-Bord innota wkoll fil-paragrafu 7.435 li għandha tiġi provduta spjegazzjoni sodisfaċenti tan-natura u l-firxa ta' l-effetti inġurjużi ta' importazzjonijiet mhux sussidjati, distinti mill-effetti inġurjużi ta' l-importazzjonijiet sussidjati. Għalhekk, l-effetti ta' l-importazzjonijiet mhux sussidjati ġew eżaminati billi ġew kunsidrati konġuntament l-importazzjonijiet minn pajjiżi oħra li mhumiex il-Korea (per eżempju l-Istati Uniti, il-Ġappun u t-Taiwan) u l-importazzjonijiet minn Samsung. Il-Premessa 151 tal-Regolament provviżorju u l-premessi 194 u 200 tar-Regolament definittiv jipprovdu r-rati ta' tkabbir tal-volum ta' l-importazzjoni, is-sehem tas-suq, u l-prezzijiet medji ta' l-importazzjonijiet mhux sussidjati matul il-perjodu ta' l-investigazzjoni. Din id-data hija miġbura mill-ġdid hawn taħt f'forma ta' indiċi aggregat (65). Minħabba n-numru tassew limitat ta' parteċipanti fis-suq tad-DRAM, għal raġunijiet ta' kunfidenzjalità, l-indiċi huma wżati sabiex juru l-bidla tat-tendenzi.

 

1998

1999

2000

2001 (PI)

Importazzjonijiet mhux sussidjati f' '000 Mbits

100

142

166

233

Is-sehem tas-suq ta' importazzjonijiet mhux sussidjati

100

81

60

56

Il-prezz medju ta' importazzjonijiet mhux sussidjati

100

89

104

48

(120)

Matul il-perjodu ta' l-investigazzjoni, l-importazzjonijiet mhux sussidjati żdiedu b'mod sinifikattivament anqas mill-importazzjonijiet sussidjati, jiġifieri b'133 % kontra 361 % (ara l-premessa 177 u t-tabella relevanti tar-Regolament definittiv). Huwa nnotat li matul l-istess perjodu il-konsum tal-Komunità żdied b'316 %. Għalhekk, filwaqt li r-rata ta' tkabbir fl-importazzjonijiet mhux sussidjati kienet biss frazzjon tar-rata ta' tkabbir tal-konsum tal-Komunità, l-importazzjonijiet sussidjati żdiedu sew aktar mill-konsum tal-Komunità. Għalhekk, matul il-perjodu ta' l-investigazzjoni, is-sehem tas-suq ta' l-importazzjonijiet mhux sussidjati naqsu b'44 % filwaqt li s-sehem tas-suq ta' l-importazzjonijiet sussidjati espanda b'20 % (ara l-premessa 185 u t-tabella relevanti tar-Regolament definittiv). Jekk is-sehem tas-suq ta' l-importazzjonijiet mhux sussidjati naqas sew matul il-perjodu ta' l-investigazzjoni, kif muri bil-fatti esposti hawn fuq, jista' jiġi konkluż li l-importazzjonijiet mhux kunsidrati hawnhekk ma għamlux dannu lill-industrija Komunitarja minħabba l-effett tal-volumi tagħhom.

(121)

Il-prova dokumentarja tindika wkoll li importazzjonijiet mhux kunsidrati hawnhekk ma għamlux dannu lill-industrija Komunitarja minħabba l-effetti tal-prezz tagħhom. Matul il-PI, il-prezzijiet ta' importazzjonijiet mhux sussidjati eċċedew mhux biss il-prezzijiet ta' l-importazzjonijiet sussidjati iżda wkoll il-prezzijiet tal-bejgħ ta' l-industrija Komunitarja. B'mod partikolari, matul il-PI il-prezz medju ta' importazzjonijiet mhux sussidjati kien 19 % ogħla mill-prezz medju ta importazzjonijiet sussidjati u 24 % ogħla mill-prezz medju tal-bejgħ ta' l-industrija Komunitarja. Barra minn dan, matul il-perjodu ta' l-investigazzjoni, il-prezzijiet ta' l-importazzjonijiet mhux sussidjati naqsu, iżda xejn daqs il-prezzijiet ta' l-importazzjonijiet sussidjati u l-industrija Komunitarja. B'mod partikolari, matul il-perjodu ta' l-investigazzjoni, il-prezz medju ta' l-importazzjonijiet mhux sussidjati naqas b'52 %. Min-naħa l-oħra, matul dan il-perjodu, il-prezz medju ta' l-importazzjonijiet sussidjati naqas bi 80 % (ara l-premessa 178 u t-tabella relevanti tar-Regolament definittiv) u l-prezz tal-bejgħ medju ta' l-industrija Komunitarja b'79 % (ara l-premessa 128 u t-tabella relevanti tar-Regolament provviżorju). Fuq il-bażi ta' dawn il-fatti, wieħed jista' jikkonkludi li l-prezzijiet ta' l-importazzjonijiet mhux sussidjati ma laqtux ħażin il-prezzijiet tal-bejgħ ta' l-industrija Komunitarja.

(122)

Bħal fil-każ tal-kapaċità ta' produzzjoni żejda, m'hemm l-ebda relazzjoni kawżali murija bejn l-importazzjonijiet mhux sussidjati u t-tnaqqis fil-prezz jew id-dannu lill-industrija Komunitarja. Fl-istess ħin, hemm deterjorazzjoni ċara fil-prestazzjoni ta' l-industrija Komunitarja filwaqt li l-volumi ta' l-importazzjonijiet kunsidrati żdiedu b'mod stabbli u filwaqt li l-prezzijiet ta' l-importazzjoni kunsidrati naqqsu l-bejgħ tal-prodott simili Komunitarju. Dan il-kuntrast jistabbilixxi li l-volumi ir-rekwiżit ta' non-attribwibbiltà u l-effetti tal-prezz huma kawża separata u distinta ta' dannu materjali lill-industrija Komunitarja meta mqabbla ma' l-importazzjonijiet mhux kunsidrati hawnhekk.

(123)

Għalhekk, il-Kummissjoni hija ta' l-opinjoni li d-determinazzjoni mill-ġdid tagħha tissodisfa r-rekwiżit ta' non-attribwibbiltà taħt l-Artikolu 8(7) tar-Regolament bażiku (li ġeneralment jikkorrispondi għall-Artikolu 15.5 tal-Ftehim SCM) fir-rigward ta' l-importazzjonijiet mhux kunsidrati hawnhekk billi dan il-fattur l-ieħor jiġi separat u distint mill-importazzjonijiet sussidjati u juri li, matul il-perjodu ta' l-investigazzjoni, l-importazzjonijiet mhux kunsidrati hawnhekk ma kkawżawx dannu materjali lill-industrija Komunitarja, jew fit-termini ta' l-effetti tal-volum tagħhom jew fit-termini ta' l-effetti tal-prezz tagħhom.

3.5.   Konklużjoni

(124)

Wara li ġew separati, fejn xieraq, u ġew analizzati aktar l-effetti, jekk kien hemm, tat-tnaqqis fid-domanda, il-kapaċità ta' produzzjoni żejda u l-importazzjonijiet l-oħra mhux sussidjati, huwa kkunsidrat li l-ebda dannu kkawżat minn kwalunkwe wieħed minn dawn il-fatturi ma ġie attribwit lill-importazzjonijiet sussidjati fis-sens ta' l-Artikolu 8(7) tar-Regolament bażiku. Barra minn dan, huwa kkonfermat li l-importazzjonijiet sussidjati permezz ta' l-effetti stabbiliti fil-premessi 144 sa 149 tar-Regolament provviżorju u l-premessi 191 u 192 tar-Regolament definittiv ikkawżaw dannu materjali lill-industrija Komunitarja fis-sens ta' l-Artikolu 8(6) tar-Regolament bażiku.

4.   L-interess tal-Komunità

(125)

Ir-rapport tal-Bord ma jinċidix fuq il-kontenut u l-konklużjonijiet milħuqa fil-premessi 206 sa 209 tar-Regolament definittiv.

D.   IL-MIŻURI RIVEDUTI

(126)

Ir-rapport tal-Bord u l-konklużjonijiet rivalutati ma jikkonċernawx lil Samsung li nstabet li mhux sussidjata u għalhekk ġiet attribwita rata ta' dazju ta' 0 % fl-investigazzjoni oriġinali. L-ammont tas-sussidju rivedut għal Hynix instab li hu anqas mil-livell ta' l-eliminazzjoni tad-dannu stabbilit matul l-investigazzjoni oriġinali u, għalhekk, ir-rata ta' dazju kompensatorju riveduta għandha tiġi bbażata fuq l-ammont ta' sussidju rivedut espress ad valorem, jiġifieri 32.9 %.

(127)

Għandu jiġi nnutat li r-rata ta' dazju riveduta għal Hynix għandha tapplika fuq id-dazju kif speċifikat mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2116/2005.

(128)

Il-GOK, Hynix u l-produtturi tal-Komunità Infineon u Micron ġew murija l-konklużjonijiet rivalutati u ngħataw l-opportunità li jikkummentaw u li jinstemgħu. Kull wieħed minnhom issottometta kummenti (66).

(129)

Il-GOK ġeneralment jissottometti li l-konklużjonijiet riveduti ma jindirizzawx b'mod raġonevoli r-rakkomandazzjonijiet tal-Bord. Il-Kummissjoni ma taqbilx ma' dan, għar-raġunijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni ma taqbilx li d-dazju rivedut irid neċessarjament ikun anqas mid-dazju oriġinali; u tinnota li fi kwalunkwe każ dan hekk hu. Il-GOK jissottometti speċifikament li l-Kummissjoni kellha tuża s-seba' banek fis-Self Sindakat bħala punt ta' referenza. Il-Kummissjoni ma taqbilx ma' dan, partikolarment minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-premessi 16 sa 24 aktar 'il fuq. Il-GOK jissottometti wkoll li l-Kummissjoni kellha tagħmel il-kalkoli tal-punt ta' referenza tagħha b'mod differenti. Fid-dawl tal-kummenti tal-GOK, il-Kummissjoni għamlet xi aġġustamenti għall-kalkoli tagħha, kif rifless f'dan ir-Regolament. Għar-raġunijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament, l-aspetti l-oħra tal-kalkoli jibqgħu mhux mittiefsa. Fl-aħħarnett, il-GOK jissottometti li d-determinazzjoni mill-ġdid tad-danni tal-Kummissjoni ma tisseparax u ma tiddistingwix l-effetti ta' fatturi oħra magħrufa, partikolarment rigward it-tnaqqis ekonomiku, il-produzzjoni żejda u l-importazzjonijiet mhux sussidjati. Il-Kummissjoni ma taqbilx, partikolarment għar-raġunijiet stabbiliti fil-premessi 100 sa 123 aktar 'il fuq.

(130)

Hynix tallinja ruħha mas-sottomissjonijiet tal-GOK, diskussi fil-premessa preċedenti. Barra minn dan, Hynix tissottometti li l-perjodu taż-żmien li matulu kellhom jiġu imposti d-dazji kellu jintemm fl-1 ta' Jannar 2006. Din mhix kwistjoni li kienet is-suġġett ta' diskussjoni jew rakkomandazzjonijiet mill-Bord tad-WTO; u għalhekk mhix parti mill-“miżura meħuda għall-konformità” mar-rakkomandazzjonijiet tal-Bord li hija inkapsulata f'dan ir-Regolament. Dan ir-Regolament ma jbiddilx id-data ta' l-għeluq imminenti tar-Regolament definittiv. Il-kwistjoni ta' terminazzjoni bikrija tal-miżura taqa' xi ftit jew wisq fl-ambitu ta' reviżjoni temporanja eventwali, mhux fl-ambitu ta' l-implementazzjoni tar-rapport tal-Bord. Hynix tissottometti wkoll li r-rata ta' dazju riveduta trid tapplika b'mod retroattiv mid-data li fiha l-miżuri kienu imposti għall-ewwel darba. Bl-istess mod, il-Kummissjoni tikkunsidra li din il-kwistjoni mhix parti mill-“miżura meħuda għall-konformità” u fi kwalunkwe każ hi ma taqbilx. Xejn fir-regoli legali relevanti ma jobbliga lill-Kummissjoni li tapplika d-dazju rivedut b'mod retroattiv, u l-Bord jillimita ruħu li jirrakkomanda li jkun hemm konformità mal-miżura, li jintlaħaq minn dan ir-Regolament.

(131)

Infineon sostanzjalment taqbel mad-determinazzjoni mill-ġdid. Madankollu, din tissottometti li l-Kummissjoni għandha timponi dazju ogħla bbażat fuq punt sekondarju ta' referenza u d-determinazzjoni tad-dannu oriġinali, aktar milli d-dazju aktar baxx kif stabbilit minn dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni kkunsidrat b'attenzjoni din it-talba. Madankollu, għar-raġunijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament u minħabba l-għan speċifiku ta' dan ir-Regolament, partikolarment bħala implementazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-Bord, il-Kummissjoni ma biddlitx id-determinazzjoni oriġinali tagħha dwar dan il-punt.

(132)

Micron ukoll taqbel sostanzjalment ma' din id-determinazzjoni mill-ġdid, u tagħmel referenza f'dan ir-rigward għall-fatti u l-prova li għandhom tendenza li jikkonfermaw u jikkorroboraw il-konklużjonijiet tal-Kummissjoni, inkluż Rapport ta' Espert ippreparat mill-Professur J. Hausman. Għalhekk, il-kummenti ta' Micron ma jinneċessitaw l-ebda modifika ta' dawk il-konklużjonijiet fihom infushom. Micron tissottometti wkoll li l-Kummissjoni għandha tafferma mill-ġdid, abbażi ta' preċedenti kurrenti tad-WTO, li l-GOK ta istruzzjonijiet jew idderieġa lill-banek fil-Programm ta' Ristrutturazzjoni ta' Mejju 2001 u għandha tieħu miżuri kompensatorji fir-rigward ta' dawn is-sussidji provduti mill-korpi pubbliċi. Il-Kummissjoni kkunsidrat din is-sottomissjoni b'attenzjoni, li, fil-prinċipju, għandha mertu. Madankollu, kif innutat f'dan ir-Regolament, il-Programm ta' Ristrutturazzjoni ta' Mejju 2001 f'kull eventwalità ma jattirax miżuri kompensatorji, minħabba li l-akbar proporzjon tal-benefiċċju kien indirizzat fil-miżuri ta' Ottubru 2001. Partikolarment għal din ir-raġuni, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma tirritornax għal dawn il-kwistjonijiet f'dan ir-Regolament ta' implementazzjoni.

(133)

Għalhekk, il-kummenti kollha sottomessi mill-partijiet interessati ġew ikkunsidrati u indirizzati fejn kien xieraq. Madankollu, ċerti kummenti kienu jinsabu barra mill-ambitu ta' dan ir-Regolament li huwa intiż biss għall-implementazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-DSB. Għalhekk, tali kummenti ma rriżultaw fl-ebda bidla għal dan ir-Regolament,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1480/2003 huwa b'dan emendat kif ġej:

1.

L-Artikolu 1(2) u (3) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“2.   Ir-rata tad-dazju kompensatorju definittiv applikabbli għall-prezz nett liberu fil-fruntiera tal-Komunità, qabel id-dazju, għandu jkun kif ġej:

Produtturi Koreani

Rata ta' dazju

(%)

Kodiċi addizzjonali TARIC

Samsung Electronics Co., Ltd (‘Samsung’)

24th Fl., Samsung Main Bldg

250, 2-Ga, Taepyeong-Ro

Jung-Gu, Seoul

0  %

A437

Hynix Semiconductor Inc.

891, Daechidong

Kangnamgu, Seoul

32,9  %

A693

Il-kumpanniji l-oħra kollha

32,9  %

A999

3.   Mal-preżentazzjoni, lill-awtoritajiet tad-dwana ta' l-Istat Membru, tad-dikjarazzjoni doganali għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera ta' forom multi-kombinazzjonali ta' DRAM (multi-combinational forms of DRAM), id-dikjarant għandu jindika fil-kaxxa 44 tad-Dokument Uniku Amministrattiv (‘SAD’) in-numru ta' referenza li jikkorrispondi għad-deskrizzjonijiet hawn taħt tal-prodott jew ta' l-oriġini indikati fit-tabella li ġejja. Ir-rata tad-dazju kompensatorju definittiv applikabbli għall-prezz nett liberu fil-fruntiera tal-Komunità, qabel id-dazju, għandu jkun kif ġej:

Nru

Deskrizzjoni tal-prodott/oriġini

Numru tar-referenza

Rata tad-Dazju (%)

1

Forom multi-kombinazzjonali ta' DRAM, li joriġinaw f'pajjiżi diversi mir-Repubblika tal-Korea, li jinkorporaw ċipep DRAM u/jew DRAM immuntati li joriġinaw f'pajjiżi diversi mir-Repubblika tal-Korea jew li joriġinaw mir-Repubblika tal-Korea u manifatturati minn Samsung

D010

0  %

2

Forom multi-kombinazzjonali ta' DRAM, li joriġinaw f'pajjiżi diversi mir-Repubblika tal-Korea, li jinkorporaw ċipep DRAM u/jew DRAM immuntati li joriġinaw fir-Repubblika tal-Korea u manifatturati mill-kumpanniji kollha barra minn Samsung u li jirrappreżentaw anqas minn 10 % tal-prezz nett liberu fil-fruntiera tal-Komunità tal-forom multi-kombinazzjonali ta' DRAM

D011

0  %

3

Forom multi-kombinazzjonali ta' DRAM, li joriġinaw f'pajjiżi diversi mir-Repubblika tal-Korea, li jinkorporaw ċipep DRAM u/jew DRAM immuntati li joriġinaw fir-Repubblika tal-Korea u manifatturati mill-kumpanniji kollha barra minn Samsung u li jirrappreżentaw 10 % jew aktar iżda anqas minn 20 % tal-prezz nett liberu fil-fruntiera tal-Komunità tal-forom multi-kombinazzjonali ta' DRAM

D012

3,2  %

4

Forom multi-kombinazzjonali ta' DRAM, li joriġinaw f'pajjiżi diversi mir-Repubblika tal-Korea, li jinkorporaw ċipep DRAM u/jew DRAM immuntati li joriġinaw fir-Repubblika tal-Korea u manifatturati mill-kumpanniji kollha barra minn Samsung u li jirrappreżentaw 20 % jew aktar iżda anqas minn 30 % tal-prezz nett liberu fil-fruntiera tal-Komunità tal-forom multi-kombinazzjonali ta' DRAM

D013

6,5  %

5

Forom multi-kombinazzjonali ta' DRAM, li joriġinaw f'pajjiżi diversi mir-Repubblika tal-Korea, li jinkorporaw ċipep DRAM u/jew DRAM immuntati li joriġinaw fir-Repubblika tal-Korea u manifatturati mill-kumpanniji kollha barra minn Samsung u li jirrappreżentaw 30 % jew aktar iżda anqas minn 40 % tal-prezz nett liberu fil-fruntiera tal-Komunità tal-forom multi-kombinazzjonali ta' DRAM

D014

9,8  %

6

Forom multi-kombinazzjonali ta' DRAM, li joriġinaw f'pajjiżi diversi mir-Repubblika tal-Korea, li jinkorporaw ċipep DRAM u/jew DRAM immuntati li joriġinaw fir-Repubblika tal-Korea u manifatturati mill-kumpanniji kollha barra minn Samsung u li jirrappreżentaw 40 % jew aktar iżda anqas minn 50 % tal-prezz nett liberu fil-fruntiera tal-Komunità tal-forom multi-kombinazzjonali ta' DRAM

D015

13,1  %

7

Forom multi-kombinazzjonali ta' DRAM, li joriġinaw f'pajjiżi diversi mir-Repubblika tal-Korea, li jinkorporaw ċipep DRAM u/jew DRAM immuntati li joriġinaw fir-Repubblika tal-Korea u manifatturati mill-kumpanniji kollha barra minn Samsung u li jirrappreżentaw 50 % jew aktar tal-prezz nett liberu fil-fruntiera tal-Komunità tal-forom multi-kombinazzjonali ta' DRAM

D016

16,4  %”

2.

L-Artikolu 1(5) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“5.   Fil-każ ta' nuqqas ta' indikazzjoni ta' kwalunkwe numru ta' referenza fis-SAD, kif previst fil-paragrafu 3, jew jekk id-dikjarazzjoni doganali ma tkun akkumpanjata minn ebda dikjarazzjoni meħtieġa fil-każijiet previsti fil-paragrafu 4, il-forma multi-kombinazzjonali ta' DRAM għandha – sakemm ma jiġix pruvat il-kuntrarju –tkun kunsidrata bħala li toriġina fir-Repubblika tal-Korea u bħala li ġiet manifatturata mill-kumpanniji kollha barra minn Samsung, u għandha tapplika r-rata ta' dazju kompensatorju ta' 32.9 %.

Fil-każijiet fejn xi wħud miċ-ċipep DRAM u/jew DRAM immuntati inkorporati fil- forom multi-kombinazzjonali ta' DRAM ma jkunux markati b'mod ċar u l-manifatturi tagħhom ma jkunux identifikabbli b'mod ċar mid-dikjarazzjoni meħtieġa fil-paragrafu 4, tali ċipep DRAM u/jew DRAM immuntati għandhom – sakemm ma jiġix pruvat il-kuntrarju – ikunu kunsidrati bħala li joriġinaw mir-Repubblika tal-Korea u bħala li ġew manifatturati minn kumpanniji suġġetti għad-dazju kompensatorju. F'tali każijiet, ir-rata ta' dazju kompensatorju applikabbli għall-forom multi-kombinazzjonali ta' DRAM għandha tiġi kalkulata fuq il-bażi tal-perċentwali rappreżentata mill-prezz nett liberu fil-fruntiera tal-Komunità taċ-ċipep DRAM u/jew DRAM immuntati li joriġinaw mir-Repubblika tal-Korea mill-prezz nett liberu fil-fruntiera tal-Komunità tal-forom multi-kombinazzjonali ta' DRAM, kif stabbilit fit-tabella li tinsab fil-paragrafu 3, numri 2 sa 7. Madankollu, jekk il-valur taċ-ċipep DRAM u/jew DRAM immuntati msemmija hawn fuq ikun tali li jiddetermina li l-forom multi-kombinazzjonali ta' DRAM, li fihom ikunu inkorporati, isiru ta' oriġini Koreana, għandha tapplika r-rata ta' dazju kompensatorju ta' 32.9 % għall-forom multi-kombinazzjonali ta' DRAM.”

.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, nhar l-10 ta' April 2006.

Għall-Kunsill

Il-President

U. PLASSNIK


(1)  ĠU L 201, 26.7.2001, p. 10.

(2)  ĠU L 288, 21.10.1997, p. 1. Regolament emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 461/2004 (ĠU L 77, 13.3.2004, p. 12).

(3)  ĠU L 212, 22.8.2003, p. 1. Regolament emendat mir-Regolament (KE) Nru 2116/2005, (ĠU L 340, 23.12.2005, p. 7).

(4)  ĠU L 102, 24.4.2003, p. 7.

(5)  WT/DS299/R.

(6)  ĠU L 336, 23.12.1994, p. 156.

(7)  Ir-Regolament (KE) Nru 2116/2005 emenda r-Regolament definittiv għall-iskop ta' l-adozzjoni ta' dispożizzjonijiet speċjali sabiex jiġi żgurat li d-dazju kompensatorju jiġi impost korrettament fuq il-prodott konċernat.

(1)  ĠU L 288, 21.10.1997, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 461/2004 (ĠU L 77, 13.3.2004, p. 12).

(8)  Ir-rapport tal-Bord, para. 7.110.

(9)  Ir-rapport tal-Bord, para. 7.109.

(10)  Ibbażat fuq is-sejbiet tal-Bord, ix-xiri ta' CBs mill-korpi pubbliċi involuti fil-Programm ta' Ristrutturazzjoni ta' Mejju 2001 jibqa' sussidju suġġett għal miżuri kompensatorji. Madankollu, m'hi neċessarja l-ebda azzjoni oħra fuq dan il-punt, minħabba li kull benefiċċju diġà ġie inkluż fis-sussidju misjub li ngħata mill-Programm ta' Ristrutturazzjoni ta' Ottubru 2001 (Ara l-premessa (65) et seq).

(11)  Ir-rapport tal-Bord, para. 7.69.

(12)  Ir-rapport tal-Bord, para. 7.186.

(13)  Ir-rapport tal-Bord, para. 7.184.

(14)  Ir-rapport tal-Bord para. 7.184 Ara wkoll in-nota f'qiegħ il-paġna 171, fejn il-Bord jiddikjara li l-eżami ta' parteċipanti oħra huwa importanti, iżda li “aħna nenfasizzaw li aħna ma nixtiequx nimplikaw li huwa neċessarjament il-punt tat-tmiem ta' analiżi bħal din, minħabba li jrid jiġi determinat jekk l-operat ta' dawn il-pareċipanti fis-suq huwa tant distort mill-intervent tal-gvern li ma jistgħux iservu aktar bħala l-punt ta' referenza li miegħu titqies l-allegata distorsjoni mill-gvern.”

(15)  Ir-Regolament Definittiv, ir-premessa (19).

(16)  Il-Prospett tal-Kookmin Bank, l-Offerta ta' Ishma Depożitarji Amerikani (18 ta' Ġunju 2002) (d-dokument mehmuż 67 mas-sottomissjoni ta' Micron Technology Italia ta' l-14 ta' Mejju 2003 dwar ir-Regolament proviżorju) (enfasi miżjuda).

(17)  Ir-Rapport Annwali (2001) ta' Kookmin Bank, f'paġna 58.

(18)  “Banek Taħt Skrutinju talli Naqqsu l-Limiti ta' Kreditu għall-Esportazzjoni għal HEI”, Korea Herald, is-27 ta' Jannar 2001.

(19)  “KorAm Ikompli l-Appoġġ Finanzjarju lill-Hynix Fuq Qalbu”, Korea Times, il-21 ta' Ġunju 2001.

(20)  Ibid.

(21)  Ara“Koran Bks Jixtru Kompletament KRW1T Hynix Conn Bond,” Dow Jones International News, l-20 ta' Ġunju 2001 (“It-treġġigħ lura tad-deċiżjoni tal-bord ta' KorAm Bank jiġi wara li s-Servizz ta' Superviżjoni Finanzjarju wissa li jista' jkun hemm sanzjoni kontra KorAm talli hedded li jittermina l-patt ta' salvataġġ preċedenti għal Hynix.”).

(22)  Kookmin/H&CB Prospectus, l-10 ta' Settembru 2001 (is-sottomissjoni ta' Micron Italia wara s-smigħ, l-14 ta' Frar 2003 f'Dokument 9).

(23)  “Pusan, Kyongnam Banks Jirċievu Approvazzjoni Kondizzjonali mill-FSS”, Korea Herald it-18 ta' Jannar 1999.

(24)  “Uffiċjali ta' l-NFLC, Pusan Bank Kastigati Minħabba Mmaniġġjar Ħażin”, Korea Herald, id-29 ta' April 2000.

(25)  Ir-Regolament proviżorju, premessa (87).

(26)  Ir-rapport tal-Bord fin-nota f'qiegħ il-paġna 185:

“Filwaqt li huwa tassew veru li Citibank, u s-sussidjarja tiegħu SSB, m'humiex proprjetà tal-gvern, aħna nikkunsidraw li l-KE wriet b'mod suffiċjenti li r-relazzjoni mill-qrib mal-gvern u r-rwol speċifiku bħala konsulent finanzjarju għal Hynix matul ir-ristrutturazzjoni jagħmlu lil Citibank partikolarment inadatt sabiex iservi bħala punt adegwat ta' referenza tas-suq sabiex jiġi stmat jekk il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-gvern kinitx skond il-kundizzjonijiet normali tas-suq, jew jekk din, min-naħa l-oħra, tatx benefiċċju lil Hynix. Dan huwa partikolarment il-każ minħabba l-parteċipazzjoni tassew żgħira li Citibank għandu f'Hynix, li s-sehem tiegħu fis-self totali ta' Hynix f'Ottubru 2001 kien ta' 1,3 fil-mija. (Id-Determinazzjoni Preliminari, para. 93).”

(27)  Il-linji ta' gwida għall-Kalkolu ta' l-Ammont tas-Sussidju f'Investigazzjonijiet relatati mad-Dazju Kompensatorju ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej C 394/6 tas-17.12.1998) (il-‘Linji ta' Gwida’).

(28)  Ir-rapport tal-Bord, paras. 7.211 u 7.212.

(29)  Ir-rapport tal-Bord, n-nota ta' qiegħ il-paġna 186.

(30)  Ir-rapport tal-Bord, para 7.213.

(31)  Il-Bord jirriferi għal kemm dan jiswa'lil “dak li jipprovdi l-kontribuzzjoni finanzjarja”, jiġifieri, il-Gvern tal-Korea u l-banek privati li dan jiddirieġi.

(32)  Ir-rapport tal-Bord, para.7.85.

(33)  Ir-rapport tal-Bord, paras 7.189 sa 7.192.

(34)  Ir-rapport tal-Bord, para 7.189.

(35)  Ir-rapport tal-Bord, para 7.213.

(36)  Ir-Regolament definittiv, ir-Premessi (87), (101) sa (112).

(37)  Il-“proporzjon mira” għal ditti f'qagħda tajba huwa ta' 2.0 jew aħjar, u proporzjon ta' anqas minn 1,0 “juri ditta fi stress finanzjarju estrem.” Ir-Rapport Espert ta' Anthony Saunders, f'p.12. Il-Kummissjoni tinnota li għalkemm il-proporzjon kurrenti ta' Hynix tjieb xi ftit jew ieħor għal 0.65 fl-2001, dan it-titjib kien dovut biss għar-ristrutturazzjoni li saret f'Ottubru 2001, li għenet lil Hynix sabiex tnaqqas drastikament il-porżjon kurrenti ta' dejn fit-tul u, b'hekk id-djun kurrenti tagħha. Ibid.

(38)  Ir-Rapport Saunders f'p. 18.

(39)  “Korea Daily Comment: Hyundai Electronics,” UBS Warburg, l-4 ta' Jannar 2001, f'p. 2 (Micron Italia, l-14 ta' Frar 2003, sottomissjoni ta' wara s-smigħ f'Dokument 64).

(40)  “Hyundai Electronics,” UBS Warburg, it-8 ta' Jannar 2001, f'p. 7 (Micron Italia, l-14 ta' Frar 2003, sottomissjoni ta' wara s-smigħ f'Dokument 19).

(41)  “Hyundai Electronics Inc. Tħaffer Ħofra Aktar Fonda,” Deutsche Bank, it-23 ta' Frar 2001, f'p. 8 (Micron Italia, l-14 ta' Frar 2003, sottomissjoni ta' wara s-smigħ f'Dokument 66).

(42)  The Korea Herald, il-15 ta' Frar 2001.

(43)  Reuters News, il-21 ta' Ġunju 2001.

(44)  The Korea Herald, it-13 ta' Ġunju 2001.

(45)  Ir-rapport tal-Bord, paras 7.88 u 7.89.

(46)  Ir-rapport tal-Bord, paras. 7.194 to 7.199.

(47)  Ir-rapport tal-Bord, para. 7.189.

(48)  Ir-rapport tal-Bord, para. 7.213.

(49)  Ara“L-Intervent Dirett mill-Gvern sabiex Jappoġġja lil Hynix,” Korea Economic Daily, t-28 ta' Awwissu 2001 (li jirraporta fuq l-iskoperta ta' korrispondenza mill-Assemblea Nazzjonali tal-Korea bejn il-Ministri ta' l-Ekonomija tal-Korea u l-KEIC li tidderieġi lil KEIC sabiex tipprovdi assistenza lil Hynix)(Id-dokument mehmuż 1 mas-sottomissjoni ta' Micron Italia ta' l-14 ta' Mejju 2003 dwar ir-Regolament proviżorju).

(50)  Kif iddikjarat fir-Premessa (53) tar-Regolament definittiv, Hynix kienet oriġinarjament talbet Self Sindakat ta' triljun won, iżda rnexxiela tikseb biss 800 biljun won. Li kienu t-tliet banek li ammontaw għal 300 biljun mit-total ta' 800 biljun ma setgħux jipparteċipaw mingħajr il-permess speċifiku tal-GOK, huwa tassew spekulattiv li l-bqija tal-banek kienu jkomplu mixjin 'il quddiem bis-self.

(51)  Ir-rapport tal-Bord, para. 7.104.

(52)  Ir-rapport tal-Bord, para. 7.97.

(53)  Ir-Premessi (17) sa (22), (56) u (57).

(54)  Ir-rapport tal-Bord, paras. 7.204 to 7.210.

(55)  Ara r-rapport tal-Bord fil-paragrafi. 7.212 u 7.213 li jiddiskutu l-opinjoni tal-Bord li l-ammont totali tal-kapitalizzazzjoni tad-dejn jista' ma jirriflettix l-ammont totali skambjat minħabba l-obbligu li tpoġġa fuq Hynix, fil-forma taċ-ċessjoni ta' ishma jew fid-dilwizzjoni ta' ishma lill-azzjonisti eżistenti.

(56)  Il-premessi (17) sa (22), (57) sa (59).

(57)  Ir-rapport tal-Bord, para. 7.360.

(58)  Ir-rapport tal-Bord, para. 7.362.

(59)  Data miksuba mill-verżjoni konfidenzjali tar-risposti għall-kwestjonarju u d-dikjarazzjonijiet finanzjarji tal-produtturi tal-Komunità.

(60)  L-ispiża totali għal kull siegħa ta' xogħol fiż-żona euro għall-ekonomija kollha (esklużi l-agrikoltura, l-amministrazzjoni pubblika, l-edukazzjoni, is-saħħa u servizzi oħra) żdiedet bejn l-1998 u l-2001 b'10.5 % (ara l-Bullettin Mensili ECB għal Diċembru 2001 u Mejju 2002).

(61)  Madankollu, kien hemm effetti avversi fuq il-pagi u l-benefiċċji sofferti minn ta' l-anqas manifattur wieħed tad-DRAM fil-Komunità, Micron, minħabba telf finanzjarju kkawżat minn volumi sostanzjali ta' importazzjonijiet sussidjati tal-Hynix mibjugħa bi prezz li kkawża depressjoni sostanzjali fil-prezz tad- DRAM. F'Ottubru 2001, il-Micron issospendiet kull żieda fis-salarji u għall-għoli tal-ħajja. Barra dan, l-eżekuttiv ta' Micron kellu tnaqqis fil-paga ta' 20 fil-mija. Il-programm tal-parteċipazzjoni ta' l-impjegati fil-profitti ta' Micron, fejn 10 fil-mija ta' kull profitt ta' kull tlett xhur ikun maqsum ma' l-impjegati tal-Micron, kien sospiż, u l-istaff f'pożizzjoni għolja kellu tnaqqis ta' 10 fil-mija fil-paga. Barra minn dan, f'Diċembru 2001 l-impjegati kollha ingħataw leave mandatorju ta' ġimgħatejn jew tlett ġimgħat li, għall-impjegati li kienu diġà wżaw l-allokazzjoni tal-leave annwali tagħhom, kien bla ħlas. Is-sottomissjoni ta' Micron wara s-smigħ, fit-18 ta' Frar 2003, f'p. 62. Barra minn dan it-tnaqqis fil-paga u l-benefiċċji, fi Frar ta' l-2003 Micron kellha tkeċċi għaxra fil-mija (aktar minn 1 850) mill-forza tax-xogħol tagħha mill-kumpannija kollha (id.), u Infineon “kienet obbligata tnaqqas in-numru ta' impjegati fir-raba kwart ta' l-2001 bħala riżultat tat-telf relatat ma' l-importazzjonijiet sussidjati mill-Korea.” Is-sottomissjoni ta' Infineon wara s-smigħ, l-14 ta' Marzu 2003, f'p. 36.

(62)  L-Artikolu 8(5) tar-Regolament bażiku jiddikjara li “din il-lista [ta' fatturi ekonomiċi relevanti li kellhom piż fuq l-istat ta' l-industrija] mhix eżawrjenti, u l-anqas jista' wieħed jew diversi minn dawn il-fatturi neċessarjament jagħtu gwida deċiżiva.”

(63)  “[Il-]Bord jikkunsidra li l-USITC kien probabbilment korrett meta kkonkluda li l-bidliet fin-nefqa ma kinitx kawża ta' dannu serju. Jekk, fil-fatt, COGS kellu rwol importanti [fis-]sitwazzjoni ta' l-industrija domestika, wieħed kien jistenna li jiżdiedu l-profitti operattivi filwaqt li COGS kien qed jonqos… Madankollu, kif jidher mid-dijagramma grafika hawn isfel, ġenerata bl-użu ta' data ta' l-USITC, it-tendenzi fil-marġini operattiva jidhru bħala indipendenti mit-tendenzi f'COGS.” Ir-rapport tal-Bord, L-Istati Uniti – Miżuri Definittivi ta' Salvagwardja fuq l-Importazzjoni ta' Ċerti Prodotti ta' l-Azzar, WT/DS248/R, WT/DS249/R, WT/DS251/R, WT/DS252/R, WT/DS253/R, WT/DS254/R, WT/DS258/R, WT/DS259/R, adottati fl-10 ta' Diċembru 2003, kif modifikati mir-Rapport tal-Korp ta' l-Appell (fuq bażijiet oħra), paras. 10.440 u 10.443.

(64)  B'mod partikolari, il-Bord iddikjara: “Filwaqt…li ma jixtieqx jippreskrivi x'jista' jammonta għal spjegazzjoni raġunata u adegwata, il-Bord jikkunsidra li l-USITC seta', per eżempju, juri li ma kien hemm l-ebda rabta bejn it-tnaqqis fid-domanda matul il-perjodu ta' l-investigazzjoni u ta' dannu li ġie soffert f'dan il-każ partikolari. B'mod aktar partikolari, il-USITC seta' spjega li l-marġini tal-ħidma, forsi l-aktar fattur ta' dannu relevanti f'dan ir-rigward, naqas irrispettivament mit-tendenzi fid-domanda. Din l-analiżi setgħet kienet sostnuta minn spjegazzjoni li t-tnaqqis fil-marġini operattiva kien jikkoinċidi ma' żidiet fl-importazzjoni aktar milli mat-tnaqqis fid-domanda” (enfasi miżjuda). Ir-rapport tal-Bord, L-Istati Uniti – Miżuri Definittivi ta' Salvagwardja fuq l-Importazzjoni ta' Ċerti Prodotti ta' l-Azzar, WT/DS248/R, WT/DS249/R, WT/DS251/R, WT/DS252/R, WT/DS253/R, WT/DS254/R, WT/DS258/R, WT/DS259/R, adottat fl-10 ta' Diċembru 2003, kif modifikat mir-rapport tal-Korp ta' l-Appell (fuq bażijiet oħra), para.10.558.

(65)  Dawn ġew mit-tweġibiet konfidenzjali tal-kwestjonarju ta' kumpanniji li koperaw ma' l-investigazzjoni oriġinali, kif ġew verifikati, u saru disponibbli pubblikament minn sorsi esterni bħal Gartner Dataquest u In-Stat MDR.

(66)  Ittra tal-GOK datata t-13 ta' Frar 2006; ittra ta' Hynix datata l-14 ta' Frar 2006; ittra ta' Infineon datata t-13 ta' Frar 2006; ittra ta' Micron datata t-13 ta' Frar 2006, bid-Dokumenti 1 sa 27, inkluż Rapport ta' Espert mill-Professur J. Hausman datat it-13 ta' Frar 2006.


Top