EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006R0430

430/2006/KE: Regolament tal-Kummissoni (KE) Nru 430/2006 tal- 15 ta' Marzu 2006 li japprova l-operazzjonijiet ta’ kontroll tal-konformità mal-istandards tal-marketing applikabbli għall-frott u l-ħxejjex imwettqa fis-Senegal qabel l-importazzjoni fil-Komunità

ĠU L 79, 16.3.2006, p. 7–8 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 330M, 9.12.2008, p. 279–280 (MT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2007; Imħassar b' 32007R1580

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/430/oj

9.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

279


REGOLAMENT TAL-KUMMISSONI (KE) Nru 430/2006

tal-15 ta' Marzu 2006

li japprova l-operazzjonijiet ta’ kontroll tal-konformità mal-istandards tal-marketing applikabbli għall-frott u l-ħxejjex imwettqa fis-Senegal qabel l-importazzjoni fil-Komunità

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 tat-28 ta’ Ottubru 1996 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur tal-frott u l-ħxejjex (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1148/2001 tat-12 ta’ Ġunju 2001 dwar il-kontrolli tal-konformità mal-istandards tal-marketing applikabbli fis-settur tal-frott u l-ħxejjex (2) jiddefinixxi l-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni tal-operazzjonijiet ta’ kontroll tal-konformità li, qabel l-importazzjoni fil-Komunità, jitwettqu mill-pajjiżi terzi li japplikaw għal din l-approvazzjoni.

(2)

L-awtoritajiet Senegaliżi bagħtu lill-Kummissjoni applikazzjoni għall-approvazzjoni tal-operazzjonijiet ta’ kontroll tal-konformità mwettqa taħt ir-responsabbiltà tad-Direttorat għall-Protezzjoni tal-Ħxejjex tal-Ministeru tal-Agrikoltura u l-Ilma. Din l-applikazzjoni tindika li d-Direttorat imsemmi hawn fuq għandu għad-dispożizzjoni tiegħu il-persunal, il-materjal u l-istallazzjonijiet meħtieġa għat-twettiq ta’ dawn il-kontrolli, li juża metodi ekwivalenti għal dawk imsemmija fl-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1148/2001 u li l-frott u l-ħxejjex friski esportati mis-Senegal lejn il-Komunità jeħtiġilhom iħarsu l-istandards tal-marketing tal-Komunità.

(3)

Id-dejta li għandhom is-servizzi tal-Kummissjoni, ikkomunikata mill-Istati Membri, tindika li għall-perjodu 2001-2005, fl-importazzjoni ta’ frott u ħxejjex friski ta oriġini mis-Senegal irriżultat frekwenza żgħira ħafna ta’ nuqqas ta’ konformità mal-istandards tal-marketing.

(4)

Jeħtieġ għalhekk li jkunu approvati l-operazzjonijiet ta’ kontroll tal-konformità mwettqa mis-Senegal, b’effett mid-data tal-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ kooperazzjoni amministrattiva provduta fl-Artikolu 7(8) tar-Regolament (KE) Nru 1148/2001.

(5)

Il-miżuri provduti f’dan ir-regolament huma skont l-opinjoni tal-kumitat ta’ ġestjoni għall-frott u l-ħxejjex friski,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-operazzjonijiet imwettqa mis-Senegal ta’ kontroll tal-konformità mal-istandards tal-marketing applikabbli għall-frott u l-ħxejjex friski qabel l-importazzjoni fil-Komunità huma approvati f’konformità mal-kundizzjonijiet provduti fl-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1148/2001.

Artikolu 2

Id-dettalji ta’ kuntatt tal-korrispondent uffiċjali u tas-servizzi ta’ kontroll tas-Senegal, imsemmija fl-Artikolu 7(2), it-tieni subparagrafu, tar-Regolament (KE) Nru 1148/2001, jingħataw fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika minn dakinhar tal-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, is-serje C, tal-avviż imsemmi fl-Artikolu 7(8) tar-Regolament (KE) Nru 1148/2001 dwar l-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ kooperazzjoni amministrattiva bejn il-Komunità u s-Senegal.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 15 ta' Marzu 2006.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 297, 21.11.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 47/2003 (ĠU L 7, 11.1.2003, p. 64).

(2)  ĠU L 156, 13.6.2001, p. 9. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 408/2003 (ĠU L 62, 6.3.2003, p. 8).


ANNESS

Korrispondent uffiċjali skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1148/2001:

Ministère de l’Agriculture et de l’Hydraulique

Direction de la protection des végétaux

BP 20054 THIAROYE DAKAR

SENEGAL

Tel.: (221) 834 03 97

Feks: (221) 834 28 54/834 42 90

Posta elettronika: almhanne@hotmail.com

almhanne@yahoo.fr

Servizz ta’ kontroll skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1148/2001:

Ministère de l’Agriculture et de l’Hydraulique

Direction de la protection des végétaux

Bureau qualité de la Division Législation et Contrôle phytosanitaire

Tel.: (221) 834 03 97

Feks: (221) 834 28 54

Posta elettronika: dpv1@sentoo.sn

almhanne@yahoo.fr


Top