Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006E0913

Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2006/913/PESK tas- 7 ta’ Diċembru 2006 li temenda u testendi l-Azzjoni Konġunta 2004/847/PESK dwar il-Missjoni tal-Pulizija ta' l-Unjoni Ewropea f'Kinshasa (DRC) fir-rigward ta' l-Unità tal-Pulizija Integrata (EUPOL KINSHASA ) Estenzjoni għall-2007

ĠU L 346, 9.12.2006, p. 67–68 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 200M, 1.8.2007, p. 357–358 (MT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2007

ELI: http://data.europa.eu/eli/joint_action/2006/913/oj

1.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

357


AZZJONI KONĠUNTA TAL-KUNSILL 2006/913/PESK

tas-7 ta’ Diċembru 2006

li temenda u testendi l-Azzjoni Konġunta 2004/847/PESK dwar il-Missjoni tal-Pulizija ta' l-Unjoni Ewropea f'Kinshasa (DRC) fir-rigward ta' l-Unità tal-Pulizija Integrata (EUPOL “KINSHASA”)

Estenzjoni għall-2007

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u b'mod partikolari l-Artikolu 14 u t-tielet subparagrafu ta' l-Artikolu 25 tiegħu,

Billi:

(1)

Fid-9 ta' Diċembru 2004, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2004/847/PESK dwar il-Missjoni tal-Pulizija ta' l-Unjoni Ewropea f'Kinshasa (DRC) dwar l-Unità tal-Pulizija Integrata (EUPOL “KINSHASA”) (1).

(2)

Bl-Azzjoni Konġunta 2005/822/PESK tal-21 ta' Novembru 2005 (2), il-Kunsill emenda u estenda l-mandat ta' l-EUPOL KINSHASA għall-ewwel fażi sat-30 ta' April 2006. Bl-Azzjoni Konġunta 2006/300/PESK tal-21 ta' April 2006, il-Kunsill emenda u estenda l-mandat ta' l-EUPOL Kinshasa għall-ewwel fażi sal-31 ta' Diċembru 2006 (3), li b'mod partikolari kien jipprevedi rafforzament temporanju ta' l-EUPOL Kinshasa matul il-proċess elettorali fir-RDK.

(3)

Fit-30 ta’ Novembru 2006, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2006/868/PESK, li estendiet ir-rafforzament temporanju ta' EUPOL “Kinshasa” sal-31 ta' Diċembru 2006.

(4)

Il-mandat ġenerali ta' EUPOL Kinshasa għandu jkun adattat u estiż għal perijodu ulterjuri ta' sitt xhur, u r-rafforzament temporanju għandu jkun estiż għal perijodu ulterjuri ta' tliet xhur.

(5)

Din l-Azzjoni Konġunta għandha tkun riveduta, jekk ikun hemm bżonn, ladarba l-Kunsill ikun iddeċieda dwar azzjonijiet ta' l-UE fil-futur fil-qasam tar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo,

ADOTTA DIN L-AZZJONI KONĠUNTA:

Artikolu 1

L-Azzjoni Konġunta 2004/847/PESK hija b'dan emendata kif ġej:

1)

Artikolu 1 (3) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“3.   L-EUPOL KINSHASA għandha tiġi temporanjament rafforzata matul il-proċess elettorali u fil-perjodu ta' warajh eżatt fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, skond id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3. Dan ir-rafforzament għandu jintemm fil-31 ta' Marzu 2007 l-iktar tard.”

2)

L-Artikolu 3 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 3

Dikjarazzjoni tal-Missjoni

L-Unjoni Ewropea għandha twettaq missjoni tal-pulizija f'Kinshasa (DRC) sabiex tissorvelja, tiggwida u tipprovdi konsulenza għat-twaqqif u t-tmexxija inizjali ta' l-IPU (Integrated Police Unit) sabiex jiġi żgurat li l-IPU taġixxi skond it-taħriġ fiċ-Ċentru ta' l-Akkademja u skond l-aħjar prattika internazzjonali f'dan il-qasam. Dawn l-azzjonijiet għandhom ikunu ffokati fuq il-linja ta' kmand ta' l-IPU għat-tisħiħ tal-kapaċità tat-tmexxija ta' l-IPU u għas-sorveljanza, l-iggwidar u l-għoti ta' konsulenza lill-Unitajiet operattivi fl-eżekuzzjoni tal-kompiti tagħha.

EUPOL ‘KINSHASA’ għandha tkompli tissorvelja, tiggwida u tipprovdi konsulenza dwar l-iżvilupp ta' l-IPU u għandha tgħin li tiġi żgurata l-integrazzjoni adegwata ta' l-IPU fil-Pulizija Nazzjonali Kongoliża (PNC). EUPOL ‘KINSHASA’ għandha ssaħħaħ ukoll il-kapaċità ta' konsulenza tagħha lill-pulizija Kongoliża bil-ħsieb li tiffaċilita l-proċess ta' Riforma tas-Settur tas-Sigurtà fir-RDK flimkien ta' EUSEC RD CONGO.

Għall-finijiet tar-rafforzament temporanju ta' l-EUPOL ‘KINSHASA’ matul il-proċess elettorali, l-EUPOL ‘KINSHASA’ għandha tistabbilixxi, bħala parti integrali ta' l-EUPOL ‘KINSHASA’ u fil-qafas globali tas-sigurtà għall-elezzjonijiet, element ta' appoġġ għall-koordinament tal-pulizija sabiex tiżgura rispons imsaħħaħ u koordinat ta' l-unitajiet PNC ta' kontroll tal-folol f'Kinshasa, f'każ ta' rvellijiet matul il-perjodu elettorali, b'fokus partikolari fuq l-elezzjoni tal-President tar-RDK. Il-qasam ta' responsabbiltà għandu jkun limitat għal Kinshasa. L-element ta' appoġġ għall-koordinazzjoni tal-pulizija, bħala parti mill-EUPOL ‘KINSHASA’, ma għandux ikollu setgħat eżekuttivi.

Għall-finijiet tar-rafforzament temporanju ta' l-EUPOL ‘KINSHASA’matul il-proċess elettorali, l-EUPOL ‘KINSHASA’ għandha jkollha l-awtorità li tuża kontribuzzjonijiet finanzjarji bilaterali dedikati sabiex jinkiseb tagħmir addizzjonali għall-unitajiet ta' kontroll tal-folol tal-PNC f'Kinshasa.”

3)

L-Artikolu 4 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 4

L-Istruttura tal-Missjoni

Il-Missjoni tkun magħmula minn Kwartieri Ġenerali (HQ) u sorveljanti tal-pulizija. Il-HQ ikunu magħmula mill-uffiċċju tal-Kap tal-Missjoni u fergħa ta' appoġġ amministrattiv. Is- sorveljanti IPU, il-mentors u l-konsulenti kollha, kif ukoll l-istrutturi, ikunu ko-allokati fil-bażi operattiva ta' l-IPU.

Għall-finijiet tar-rafforzament temporanju ta' l-EUPOL ‘KINSHASA’ matul il-proċess elettorali, l-EUPOL ‘KINSHASA’ sejra tinkludi element ta' koordinament dedikat li jkun responsabbli mill-kompiti speċifiċi assenjati lill-missjoni matul dan il-perjodu.”

4)

Fl-Artikolu 14, it-tieni subparagrafu għandu jinbidel b'dan li ġej:

“Din għandha tiskadi fil-30 ta' Ġunju 2007”.

Artikolu 2

L-ammont ta' referenza finanzjarju maħsub sabiex ikopri l-infiq relatat mal-missjoni għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2007 sat-30 ta' Ġunju 2007 għandu jkun ammont massimu ta' EUR 2 075 000.

Artikolu 3

Din l-Azzjoni Konġunta għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' l-adozzjoni tagħha.

Artikolu 4

Din l-Azzjoni Konġunta għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 7 ta’ Diċembru 2006.

Għall-Kunsill

Il-President

E. TUOMIOJA


(1)  ĠU L 367, 14.12.2004, p. 30. Azzjoni Konġunta kif l-aħħar emendata bl-Azzjoni Konġunta 2006/868/PESK (ĠU L 335, 1.12.2006, p. 50).

(2)  ĠU L 305, 24.11.2005, p. 44.

(3)  ĠU L 111, 25.4.2006, p. 12.


Top