Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006E0773

    Azzjoni konġunta tal-kunsill 2006/773/PESK tat- 13 ta’ Novembru 2006 li temenda u testendi l-Azzjoni Konġunta 2005/889/PESK dwar l-istabbiliment ta' Missjoni ta' l-Unjoni Ewropea ta' Assistenza fil-Fruntieri għall-Punt ta' Qsim ta' Rafah (EU BAM Rafah)

    ĠU L 313, 14.11.2006, p. 15–15 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 200M, 1.8.2007, p. 160–160 (MT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/joint_action/2006/773/oj

    1.8.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    160


    AZZJONI KONĠUNTA TAL-KUNSILL 2006/773/PESK

    tat-13 ta’ Novembru 2006

    li temenda u testendi l-Azzjoni Konġunta 2005/889/PESK dwar l-istabbiliment ta' Missjoni ta' l-Unjoni Ewropea ta' Assistenza fil-Fruntieri għall-Punt ta' Qsim ta' Rafah (EU BAM Rafah)

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Fil-25 ta' Novembru 2005 l-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2005/889/PESK dwar l-istabbiliment ta' Missjoni ta' l-Unjoni Ewropea ta' Assistenza fil-Fruntieri għall-Punt ta' Qsim ta' Rafah (EUBAM Rafah) (1) għal perijodu ta' 12-il xahar.

    (2)

    L-Arranġament Miftiehem bejn il-Gvern ta' l-Iżrael u l-Awtorità Palestinjana jispeċifika li l-mandat inizjali ta' 12-il xahar tal-missjoni jista' jiġġedded għal perjodu ulterjuri ta' sitt xhur sakemm il-Partijiet kollha ma jiddeċiedux li jtemmu l-Missjoni.

    (3)

    Fil-15 ta' Settembru 2006, il-Kunsill tenna l-impenn kontinwat tiegħu għall-EUBAM Rafah.

    (4)

    Kemm il-parti Palestinjana kif ukoll dik Iżraeljana esprimew l-approvazzjoni tagħhom għall-estensjoni ta' l-EUBAM Rafah, konformement ma' l-Artikolu V ta' l-Arranġament Miftiehem dwar il-Missjoni ta' l-Unjoni Ewropea ta' Assistenza fil-Fruntieri għall-Punt ta' Qsim ta' Rafah fuq il-fruntiera bejn Gaża u l-Eġittu.

    (5)

    L-Azzjoni Konġunta 2005/889/PESK għandha tiġi emendata kif meħtieġ,

    ADOTTA DIN L-AZZJONI KONĠUNTA:

    Artikolu 1

    L-Azzjoni Konġunta 2005/889/PESK hija b'dan emendata kif ġej:

    1)

    l-Artikolu 3 għandu jiġi mħassar;

    2)

    l-Artikolu 13(1) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

    “1.   L-ammont finanzjarju ta' referenzja maħsub sabiex ikopri n-nefqa relatata mal-missjoni għandu jkun EUR 1 696 659 għall-2005 u EUR 5 903 341 għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2006 sa l-24 ta' Mejju 2007.”;

    3)

    it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 16 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

    “Din għandha tiskadi fl-24 ta' Mejju 2007.”;

    4)

    l-Artikolu 17 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

    “Artikolu 17

    Din l-Azzjoni Konġunta għandha tiġi riveduta sa mhux aktar tard mill-31 ta' Marzu 2007.”

    Artikolu 2

    Din l-Azzjoni Konġunta għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' l-adozzjoni tagħha.

    Artikolu 3

    Din l-Azzjoni Konġunta għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussel, 13 ta’ Novembru 2006.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    E. TUOMIOJA


    (1)  ĠU L 327, 14.12.2005, p. 28.


    Top