Valige katsefunktsioonid, mida soovite proovida

See dokument on väljavõte EUR-Lexi veebisaidilt.

Dokument 32006D0956

    Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 18 ta’ Diċembru 2006 li temenda r-Regoli ta' Proċedura tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej fir-rigward tar-reġim lingwistiku

    ĠU L 386, 29.12.2006, lk 45—45 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Dokumendi õiguslik staatus Kehtetud, Kehtetuks muutumise kuupäev: 01/07/2015; Impliċitament imħassar minn 32015Q0423(01)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2006/956/oj

    29.12.2006   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    45


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    tat-18 ta’ Diċembru 2006

    li temenda r-Regoli ta' Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej fir-rigward tar-reġim lingwistiku

    (2006/956/KE, Euratom)

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra l-Artikolu 64 tal-Protokoll dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja,

    Konformement mal-proċedura prevista fit-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 245 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u fit-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 160 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika,

    Wara li kkunsidra t-talba tal-Qorti tal-Ġustizzja,

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta' Diċembru 2006,

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta’ Diċembru 2006,

    Billi bl-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Repubblika tar-Rumanija, il-Bulgaru u r-Rumen ser isiru lingwi uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea u jkun xieraq li dawn il-lingwi jiġu inklużi fost il-lingwi proċedurali stabbiliti mir-Regoli tal-Proċedura,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    L-Ewwel Artikolu

    Ir-Regoli ta' Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej tad-19 ta' Ġunju 1991 (ĠU L 176 ta' l-4.7.1991, p.7. Rettifika fil-ĠU L 383 tad-29.12.1992, p. 117), hekk kif emendati fil-21 ta’ Frar 1995 (ĠU L 44 tat-28.2.1995, p. 61), fil-11 ta’ Marzu 1997 (ĠU L 103 tad-9.4.1997, p. 1. Rettifika fil-ĠU L 351 tat-23.12.1997, p. 72), fis-16 ta’ Mejju 2000, (ĠU L 122 ta' l-24.5.2000, p. 43), fit-28 ta’ Novembru 2000 (ĠU L 322 tad-19.12.2000, p. 1), fit-3 ta’ April 2001 (ĠU L 119 tas-27.4.2001, p. 1), fis-17 ta’ Settembru 2002 (ĠU L 272 ta' l-10.10.2002. Rettifika fil-ĠU L 281 tad-19.10.2002. p. 24), fit-8 ta’ April 2003 (ĠU L 147 ta' l-14.6.2003, p. 17), fid-19 ta' April 2004 (ĠU L 132 tad-29.4.2004, p. 2), fl-20 ta' April 2004 (ĠU L 127 tad-29.4.2004, p. 107), fit-12 ta' Lulju 2005 (ĠU L 203 ta' l-4.8.2005. p. 19) u fit-18 ta' Ottubru 2005 (ĠU L 288 tad-29.10.2005, p. 51), huma b'dan emendati kif ġej:

    l-Artikolu 29 (1) għandu jiġi sostitwit bit-test segwenti:

    “1.   Il-lingwi tal-kawża huma l-Bulgaru, iċ-Ċek, id-Daniż, l-Eston, il-Finlandiż, il-Franċiż, il-Ġermaniż, il-Grieg, l-Ingliż, l-Irlandiż, il-Latvjan, il-Litwan, il-Malti, l-Olandiż, il-Pollakk, il-Portugiż, ir-Rumen, is-Slovakk, is-Sloven, l-Ispanjol, it-Taljan, l-Ungeriż u l-Iżvediż.”.

    It-tieni Artikolu

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ mad-dħul fis-seħħ tat-Trattat dwar l-Adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea.

    It-testi tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti fil-lingwa Bulgara u fil-lingwa Rumena jiġu adottati wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat previst fil-paragrafu preċedenti.

    Magħmul fi Brussell, nhar it-18 ta’ Diċembru 2006.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J.-E. ENESTAM


    Üles