Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006D0921

Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 11 ta’ Diċembru 2006 dwar il-ħatra ta’ Koordinatur Speċjali tal-Patt ta’ Stabbiltà għax-Xlokk ta’ l-Ewropa

ĠU L 351, 13.12.2006, p. 19–20 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 200M, 1.8.2007, p. 365–366 (MT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2007

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2006/921/oj

1.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

365


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-11 ta’ Diċembru 2006

dwar il-ħatra ta’ Koordinatur Speċjali tal-Patt ta’ Stabbiltà għax-Xlokk ta’ l-Ewropa

(2006/921/KE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1080/2000 tat-22 ta' Mejju 2000 dwar l-appoġġ għall-Missjoni Temporanja tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Kosovo (UNMIK) u għall-Uffiċċju tar-Rappreżentant Għoli fil-Bożnja u l-Ħerżegovina (OHR) (1) u l-Patt ta’ Stabbiltà għax-Xlokk ta’ l-Ewropa (PS), u b’mod partikolari l-Artikolu 1(a) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Fl-10 ta’ Ġunju 1999 il-Ministri ta’ l-Affarijiet Barranin ta’ l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, flimkien mal-parteċipanti fil-Patt ta' Stabbiltà għax-Xlokk ta' l-Ewropa, qablu li jwaqqfu Patt ta' Stabbiltà għax-Xlokk ta' l-Ewropa, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Patt ta’ Stabbiltà”.

(2)

L-Artikolu 1(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1080/2000 jipprovdi għall-Koordinatur Speċjali tal-Patt ta’ Stabbiltà li jinħatar fuq bażi annwali.

(3)

Jeħtieġ li jkun stabbilit, flimkien mal-ħatra, mandat għall-Koordinatur Speċjali. L-esperjenza wriet li l-mandat stabbilit fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (KE) Nru 2005/912 tat-12 ta' Diċembru 2005 dwar il-ħatra ta' Koordinatur Speċjali tal-Patt ta' Stabbiltà għax-Xlokk ta' l-Ewropa (2) għall-2006 hu adatt. Flimkien mal-konklużjonijiet tal-Mejda Reġjonali tax-Xlokk ta' l-Ewropa li, fit-30 ta’ Mejju 2006 f’Belgrad, approva pjan ta’ tranżizzjoni għall-pussess reġjonali u f’konformità mal-Konklużjonijiet tal-Kunsill tat-12 ta’ Ġunju 2006, il-mandat għandu jagħmel enfasi speċjali fuq din it-tranżizzjoni.

(4)

Hu xieraq li jkunu stabbiliti linji ċari tar-responsabbiltà kif ukoll gwida dwar il-koordinazzjoni u r-rappurtaġġ,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Dr Erhard BUSEK b’dan jinħatar Koordinatur Speċjali tal-Patt ta’ Stabbiltà għax-Xlokk ta’ l-Ewropa ("il-Patt ta’ Stabbiltà").

Artikolu 2

Il-Koordinatur Speċjali għandu jwettaq il-funzjonijiet previsti f’punt 13 tad-dokument tal-Patt ta’ Stabbiltà ta’ l-10 ta’ Ġunju 1999.

Artikolu 3

Sabiex jinkiseb l-għan imsemmi fl-Artikolu 2, il-mandat tal-Koordinatur Speċjali għandu jkun li:

(a)

jippromwovi l-kisba ta’ l-għanijiet tal-Patt ta’ Stabbiltà, fi ħdan, u bejn il-pajjiżi individwali u fejn il-Patt ta’ Stabbiltà juri li għandu valur miżjud;

(b)

jippresjedi il-Mejda Reġjonali tax-Xlokk ta’ l-Ewropa;

(ċ)

iżomm kuntatt mill-qrib mal-parteċipanti kollha u Stati, organizzazzjonijiet u istituzzjonijiet tal-Patt ta' Stabbiltà, kif ukoll inizjattivi relevanti reġjonali u organizzazzjonijiet, bil-għan li titrawwem kooperazzjoni reġjonali u titkabbar il-proprjetà reġjonali;

(d)

jikkoopera mill-viċin ma’ l-Istituzzjonijiet ta’ l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha sabiex jippromwovi s-sehem ta’ l-Unjoni Ewropea fil-Patt ta’ Stabbiltà skond il-punti 18, 19, 20 tad-dokument tal-Patt ta' Stabbiltà u jiżgura kumplimentarjetà bejn ix-xogħol tal-Patt ta' Stabbiltà u l-Proċess ta' Stabbiltà u Assoċjazzjoni;

(e)

jiltaqa’ perjodikament u b’mod kollettiv kif xieraq mal-Presidenti ta’ l-Imwejjed ta' Ħidma, biex jiżgura koordinazzjoni strateġika ġenerali u jaġixxi bħala segretarjat tal-Mejda Reġjonali tax-Xlokk ta’ l-Ewropa u l-istrumenti tagħha;

(f)

jaħdem fuq il-bażi ta' lista, li jkun hemm qbil dwarha minn qabel u b'konsultazzjoni mal-parteċipanti fil-Patt ta' Stabbiltà, ta' azzjonijiet ta' prijorità għall-Patt ta' Stabbiltà biex ikunu implimentati matul l-2007, u jaġġusta l-metodi ta' xogħol u l-istrutturi tal-Patt ta' Stabbiltà għal bżonnijiet tat-tranżizzjoni tal-pussess reġjonali, biex tkun żgurata l-konsistenza u l-użu effiċjenti tar-riżorsi.

(g)

jiffaċilita l-implimentazjoni tat-tranżizzjoni għall-pussess reġjonali skond il-konklużjonijiet tal-Mejda Reġjonali tax-Xlokk ta' l-Ewropa fit-30 ta' Mejju 2006 u għal dan l-iskop jaħdem mill-qrib mal-Proċess ta' Kooperazzjoni tax-Xlokk ta' l-Ewropa u mas-Segretarju Ġenerali tiegħu meta jinħatar; għandha tingħata attenzjoni partikulari għat-twaqqif tal-kunsill ta’ Kooperazzjoni Reġjonali u tas-segretarjat tal-kooperazzjoni reġjonali kif ukoll dwar ir-razzjonalizzazzjoni tat-Task Forces varji u inizjattivi tal-Patt ta’ Stabbiltà.

Artikolu 4

Il-Koordinatur Speċjali għandu jikkonkludi ftehim finanzjarju mal-Kummissjoni.

Artikolu 5

L-attivitajiet tal-Koordinatur Speċjali għandhom ikunu koordinati ma’ dawk tas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill/ir-Rappreżentant Għoli għall-PESK, il-President tal-Kunsill u l-Kummissjoni, notevolment fil-qafas tal-Kumitat Konsultattiv Informali. Fil-qasam, għandha tinżamm kooperazzjoni mill-qrib mal-Presidenza tal-Kunsill, il-Kummissjoni u l-Kapijiet tal-Missjoni ta' l-Istati Membri, ir-Rappreżentanti Speċjali ta’ l-Unjoni Ewropea, kif ukoll ma' l-Uffiċċju tar-Rappreżentant Għoli fil-Bożnja u Ħerżegovina u l-Amministrazzjoni Ċivili tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Kosovo.

Artikolu 6

Il-Koordinatur Speċjali għandu jirrapporta, kif xieraq, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. Huwa għandu jkompli jinforma regolarment lill-Parlament Ewropew bl-attivitajiet tiegħu.

Artikolu 7

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2007 sal-31 ta' Diċembru 2007.

Magħmul fi Brussell, 11 ta’ Diċembru 2006.

Għall-Kunsill

Il-President

E. TUOMIOJA


(1)  ĠU L 122, 24.5.2000, p. 27. Regolament kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 2098/2003 (ĠU L 316, 29.11.2003, p. 1).

(2)  ĠU L 331, 17.12.2005, p. 32.


Top