This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32006D0494
2006/494/EC,Euratom: Council Decision of 4 July 2006 appointing a Finnish member of the European Economic and Social Committee
Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ l- 4 ta’ Lulju 2006 li taħtar membru Finlandiż fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ l- 4 ta’ Lulju 2006 li taħtar membru Finlandiż fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
ĠU L 76M, 16.3.2007, p. 73–73
(MT)
ĠU L 195, 15.7.2006, p. 24–24
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 20/09/2006
|
16.3.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
73 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
ta’ l-4 ta’ Lulju 2006
li taħtar membru Finlandiż fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
(2006/494/KE, Euratom)
IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 259 tiegħu,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 167 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/758/KE, Euratom tas-17 ta' Settembru 2002 li taħtar il-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali għall-perjodu mill-21 ta' Settembru 2002 sa l-20 ta' Settembru 2006 (1),
Wara li kkunsidra n-nomina mressqa mill-Gvern Finlandiż,
Wara li kkonsulta l-Kummissjoni Ewropea,
BILLI sar vakanti siġġu ta' membru Finlandiż fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew wara r-riżenja tas-Sur Peter BOLDT,
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Is-Sur Janne METSÄMÄKI huwa b'dan maħtur bħala membru tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew minflok is-Sur Peter BOLDT għall-perjodu li jifdal tal-mandat tiegħu, li huwa sa l-20 ta' Settembru 2006.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha jkollha effett fil-jum ta' l-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussel, 4 ta’ Lulju 2006.
Għall-Kunsill
Il-President
P. LEHTOMÄKI