This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32006D0211
2006/211/EC: Commission Decision of 8 March 2006 establishing that Article 30(1) of Directive 2004/17/EC of the European Parliament and of the Council coordinating the procurement procedures of entities operating in the water, energy, transport and postal services sectors applies to electricity generation in England, Scotland and Wales (notified under document number C(2006) 690) (Text with EEA relevance)
Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 8 ta' Marzu 2006 jistabbilixxi li l-Artikolu 30(1) tad-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 31 ta' Marzu 2004 li tikkoordina l-proċeduri ta' xiri ta' entitajiet li joperaw fis-setturi ta' l-ilma, l-enerġija, it-trasport u s-servizzi postali japplika għall-ġenerazzjoni ta' l-elettriku fl-Ingilterra, l-Iskozja u Wales (innotifikata taħt dokument numru C(2006) 690) Test b'rilevanza għaż-ŻEE.
Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 8 ta' Marzu 2006 jistabbilixxi li l-Artikolu 30(1) tad-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 31 ta' Marzu 2004 li tikkoordina l-proċeduri ta' xiri ta' entitajiet li joperaw fis-setturi ta' l-ilma, l-enerġija, it-trasport u s-servizzi postali japplika għall-ġenerazzjoni ta' l-elettriku fl-Ingilterra, l-Iskozja u Wales (innotifikata taħt dokument numru C(2006) 690) Test b'rilevanza għaż-ŻEE.
ĠU L 76, 15.3.2006, p. 6–8
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 118M, 8.5.2007, p. 442–444
(MT)
In force
8.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
442 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-8 ta' Marzu 2006
jistabbilixxi li l-Artikolu 30(1) tad-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 li tikkoordina l-proċeduri ta' xiri ta' entitajiet li joperaw fis-setturi ta' l-ilma, l-enerġija, it-trasport u s-servizzi postali japplika għall-ġenerazzjoni ta' l-elettriku fl-Ingilterra, l-Iskozja u Wales
(innotifikata taħt dokument numru C(2006) 690)
(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2006/211/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 li tikkoordina l-proċeduri ta' xiri ta' entitajiet li joperaw fit-taqsimiet ta' l-ilma, l-enerġija, it-trasport u s-servizzi postali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 30(4) u 6 tiegħu,
Wara li kkunsidrat it-talba mressqa mir-Renju Unit b'e-mail tat-2 ta' Novembru 2005 u kkonfermata b'faks iffirmata fit-8 ta' Novembru 2005, u l-informazzjoni addizzjonali mitluba mis-Servizzi tal-Kummissjoni b'e-mail fit-2 ta' Diċembru 2005 u mressaq mir-Renju Unit bħala e-mail ta'12.1.2006,
Wara li kkunsidrat il-konklużjonijiet ta' l-awtorità nazzjonali indipendenti, l-Uffiċju tas-Swieq tal-Gass u l-Elettriku (OFGEM — “Office of the Gas and Electricity Markets”), li l-kundizzjonijiet għall-applikabilità ta' l-Artikolu 30(1) tad-Direttiva 2004/17/KE ser jintlaħqu,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 30 tad-Direttiva 2004/17/KE jistipula li l-kuntratti previsti biex jippermettu li l-prestazzjoni ta' wieħed mill-attivitajiet li għalih tapplika d-Direttiva ma jkunx suġġett għad-Direttiva jekk, fl-Istat Membru li jkun ser issir, l-attività tkun esposta direttament għal kompetizzjoni fi swieq li m'hemmx restrizzjonijiet ta' aċċess għalihom. L-espożizzjoni diretta għal kompetizzjoni tiġi evalwata fuq il-bażi ta' kriterji oġġettivi li jikkunsidraw il-karatteristiċi speċifiċi tas-settur involut. L-aċċess ikun ikkunsidrat mhux ristrett jekk l-Istat Membru implimenta u applika l-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Komunità għall-ftuħ ta' settur partikolari jew parti minnu. Din il-leġiżlazzjoni hi elenkata fl-Anness XI tad-Direttiva 2004/17/KE, li, għas-settur ta' l-elettriku, tirreferi għad-Direttiva 96/92/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Diċembru 1996 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fl-elettriku (2). Id-Direttiva 96/92/KE ġiet issostitwita mid-Direttiva 2003/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2003 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fl-elettriċità u tirrevoka d-Direttiva 96/92/KE (3), li tirrekjedi livell aktar għoli ta' ftuħ tas-suq. |
(2) |
Skond l-Artikolu 62(2)(2) tad-Direttiva 2004/17/KE, Titlu III ta' dik id-Direttiva li tistabbilixxi r-regoli dwar il-kompetizzjonijiet tad-disinn ta' servizzi ma japplikax għall-kompetizzjonijiet organizzati għall-iskop, fl-Istat Membru ikkonċernat, ta' attività li għaliha l-applikabilità ta' l-Artikolu 30(1) tad-Direttiva kienet stabbilita minn deċiżjoni tal-Kummisjoni jew li kienet ikkunsidrata applikabbli taħt it-tieni jew tielet subparagrafu ta' l-Artikolu 30(4) jew ir-raba' subparagrafu ta' l-Artikolu 30(5). |
(3) |
It-talba mressqa mir-Renju Unit tirrigwarda l-produzzjoni ta' l-elettriku fl-Ingilterra, l-Iskozja u Wales. Minħabba l-karattru unit tas-swieq ta' dawn it-tliet żoni ġeografiċi u l-kapaċità limitata (4) ta' konnessjonijiet bejn in-netwerks tar-Renju Unit u dawk ta' żoni oħra tal-Komunità, l-Ingilterra, l-Iskozja u Wales għandhom ikunu kkunsidrati bħala s-suq relevanti għall-iskopijiet ta' l-evalwazzjoni ta' kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 30(1) tad-Direttiva 2004/17/KE. Din il-konklużjoni taqbel ma' waħda mis-sejbiet tal-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u l-Parlament Ewropew: Rapport dwar il-progress fil-ħolqien tas-suq tal-gass intern u l-elettriku (5), minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “Rapport 2005”, li “f'termini ekonomiċi … l-elettriku … swieq fl-UE jibqgħu nazzjonali fl-iskop ekonomiku”. |
(4) |
Din l-evalwazzjoni, u l-oħrajn li jinstabu f'din id-Deċiżjoni, huma magħmula biss għall-iskopijiet tad-Direttiva 2004/17/KE u huma bla preġudizzju għall-applikazzjoni tar-regoli fuq il-kompetizzjoni. |
(5) |
Ir-Renju Unit implimenta mhux biss id-Direttiva 96/92/KE imma wkoll id-Direttiva 2003/54. Konsegwentement, u bi qbil ma' l-ewwel sobparagrafu ta' l-Artikolu 30(3), għandu jiġi kkunsidrat li l-aċċess għas-suq mhux ristrett. |
(6) |
L-esponiment dirett għall-kompetizzjoni għandu jiġi evalwat fuq il-bażi ta' indikaturi varji, l-ebda wieħed minnhom ma hu deċiżiv fih innifsu. Fir-Rapport ta' l-2005, il-Kummissjoni stqarret li “bosta swieq nazzjonali juru livell għoli ta' konċentrazzjoni ta' l-industrija u b'hekk ixekklu l-iżvilupp ta' kompetizzjoni effettiva” (6). Minħabba f'dan, huwa kkunsidrat li, b'konnessjoni mal-ġenerazzjoni ta' l-elettriku, “indikatur għall-livell tal-kompetizzjoni tas-swieq nazzjonali huwa s-sehem ta' l-akbar tlett produtturi tas-suq totali” (7) Skond l-aktar informazzjoni reċenti disponibbli, is-sehem aggregat ta' l-akbar tliet ġeneraturi tas-suq bl-ingrossa huwa ta' 39 % (8), li huwa ta' livell baxx biżżejjed u għandu jittieħed bħala indikazjoni ta' esponiment dirett għall-kompetizzjoni. |
(7) |
Il-ħidma tas-swieq ta' bilanċ għandhom ukoll ikunu kkunsidrati bħala indikaturi. Fil-fatt, “kull parteċipant tas-suq li ma jsibhiex faċli li jqabbel il-portafoll tal-ġenerazzjoni tiegħu mal-karatteristiċi tal-klijenti tiegħu jista' jsib ruħu espost għad-differenza bejn il-prezz li bih l-operatur tas-sistemi ta' trażmissjoni [TSO — transmission system operator] ibigħ enerġija sbilanċjata, u l-prezz li bih jixtri lura l-produzzjoni żejda. Dawn il-prezzijiet jistgħu jkunu jew direttament imposti mir-regolatur ta' fuq it-TSO; jew inkella jintuża mekkaniżmu bbażat fuq is-suq, li fih il-prezz huwa determinat minn offerti li jkunu għamlu produtturi oħra biex jirregolaw il-produzzjoni tagħhom 'il fuq jew 'l isfel … diffikultà ewlenija għall-parteċipanti żgħar titfaċċa meta jkun hemm riskju ta' firxa kbira bejn il-prezz tax-xiri mit-TSO u l-prezz tal-bejgh. Dan jiġri f'numru ta' Stati Membri u x'aktarx ikun ta' xkiel għall-iżvilupp tal-kompetizzjoni. Firxa kbira tista' tindika livell insuffiċjenti ta' kompetizzjoni fis-suq ta' bilanċ li jista' jkun dominat minn ġeneratur wieħed jew tnejn biss. Dawn id-diffikultajiet isiru agħar fejn dawk li jużaw in-netwerk ma jirnexxilhomx jadattaw il-pożizzjoni tagħhom viċin taż-żmien reali.” (9). Mid-dħul ta' l-Arranġamenti tat-Trażmissjoni tal-Kummerċ fl-Elettriku Britanniku (“BETTA” — British Electricity Trading and Transmission Arrangements) hemm suq ta' bilanċ unit għall-Ingilterra, l-Iskozja u Wales. Barra minn hekk, il-karatteristiċi ewlenin tiegħu (prezzijiet ibbażati fuq is-suq, dewmien fl-għeluq ta' nofs siegħa u differenza fil-prezzijiet relattivament baxxa) juru li għandu jitqies bħala indikatur ta' esponiment dirett għall-kompetizzjoni. |
(8) |
Minħabba l-karatteristiċi tal-prodott involut (l-elettriku) u l-iskarsezza jew nuqqas ta' disponibbiltà ta' prodotti jew servizzi sostitwibbli, kompetizzjoni fil-prezz u formazzjoni ta' prezz jassumu importanza akbar meta jkun evalwat l-istat kompetittiv tas-swieq ta' l-elettriku. In-numru ta' klijenti li jibdlu l-fornitur huwa indikazzjoni ta' kompetizzjoni b'prezz ġenwin u, b'hekk, indirettament, “indikatur naturali għall-effettività tal-kompetizzjoni. Jekk hemm ftit konsumaturi li qed jaqilbu, x'aktarx hemm problema b'kif qed jaħdem is-suq, anki jekk il-benefiċċji mill-possibbiltà li jsiru negozjati mill-ġdid mal-fornitur storiku m'għandhomx jiġu injorati” (10). Barra minn hekk, “l-eżistenza ta' prezzijiet regolati għall-utenti aħħarija huja determinant ewlieni għall-imġiba tal-klijent … Għalkemm iż-żamma ta' kontrolli tista' tiġi ġustifikata waqt perjodu ta' tranżizzjoni, dawn ħa jikkawżaw distorsjonijiet aktar ma' jmorru meta toqrob il-ħtieġa għall-investiment” (11). |
(9) |
Fir-Renju Unit, il-livell ta' bdil għat-tliet kategoriji ta' utenti — utenti industrijali kbar u kbar ħafna, negozji u industriji zgħar jew medji, u negozji zgħar ħafna u utenti fid-djar — hu ta' 'l fuq minn 70 % għall-ewwel żewġ gruppi u qrib il-50 % għall-aħħar kategorija (12) u l-kontroll tal-prezzijiet għall-utenti aħħarija ġie mneħħi fl-2002 (13). Is-sitwazzjoni fir-Renju Unit hi għalhekk sodisfaċenti fejn jidħlu t-tibdil u l-kontroll tal-prezzijiet għall-utenti aħħarija u għandha titqies indikatur ta' l-esponiment dirett għall-kompetizzjoni. |
(10) |
Minħabba f'dawn l-indikaturi u minħabba l-istampa ġenerali ta' dan is-settur fl-Ingilterra, l-Iskozja u Wales — b'mod partikolari sal-punt li n-netwerks ġew miftuħa mill-ġenerazzjoni/provvista u r-regolamentazzjoni effettiva ta' l-aċċess tan-netwerk — li tfeġġ mill-informazjoni sottomessa mir-Renju Unit, ir-Rapport ta' l-2005 u l-Anness Tekniku tiegħu, il-kundizzjoni diretta ta' l-esponiment għall-kompetizzjoni stabbilita fl-Artikolu 30(1) tad-Direttiva 2004/17/KE għandha titqies milħuqa fejn tidħol il-ġenerazzjoni ta' l-elettriku fl-Ingilterra, l-Iskozja u Wales. Kif imsemmi hawn fuq fil-premessa 5, il-kundizzjoni għall-aċċess ħieles għall-attività jrid jitqies bħala milħuq. B'riżultat ta' dan, id-Direttiva 2004/17/KE m'għandhiex tapplika meta l-entitajiet kuntrattwali joffru kuntratti bl-għan li jippermettu l-ġenerazzjoni ta' l-elettriku li tkun imwettqa f'dawn iż-żoni ġeografiċi u lanqas meta jorgannizzaw fil-post kompetizzjonijiet ta' disinn bħala twettiq ta' din it-tip ta' attività. |
(11) |
Din id-Deċiżjoni hi bbażata fuq is-sitwazzjoni legali u fattwali minn Novembru 2005 kif tidher mill-informazzjoni mressqa mir-Renju Unit, ir-Rapport ta' l-2005 u l-Anness Tekniku tiegħu. Tista' tiġi riveduta, jekk xi tibdiliet sinjifikanti fis-sitwazzjoni legali jew fattwali jfissru li l-kundizzjonijiet għall-applikabilità ta' l-Artikolu 30(1) tad-Direttiva 2004/17/KE ma jistgħux jintlaħqu aktar. |
(12) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv għall-Kuntratti Pubbliċi, |
ADOTTAT DIN ID-DECIZJONI:
Artikolu 1
Id-Direttiva 2004/17/EC ma tapplikax għall-kuntratti mogħtija mill-entitajiet kuntrattwali u bl-għan li jippermettulhom iwettqu l-ġenerazzjoni ta' l-elettriku fl-Ingilterra, l-Iskozja u Wales.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hi bbażata fuq is-sitwazzjoni legali u fattwali minn Novembru 2005 kif tidher mill-informazzjoni mressqa mir-Renju Unit, ir-Rapport ta' l-2005 u l-Anness Tekniku tiegħu. Tista' tiġi riveduta, jekk xi tibdiliet sinjifikanti fil-fatti jew fis-sitwazzjoni legali jfissru li l-kundizzjonijiet għall-applikabilità ta' l-Artikolu 30(1) tad-Direttiva 2004/17/KE ma jistgħux jintlaħqu aktar.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju Unit.
Magħmula fi Brussell, it-8 ta' Marzu 2006.
Ghall-Kummissjoni
Charlie McCREEVY
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 134, 30.4.2004, p. 1. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2083/2005 tad-19 ta' Diċembru 2005 (ĠU L 333, 20.12.2005, p. 28).
(2) ĠU L 27, 30.1.1997, p. 20.
(3) ĠU L 176, 15.7.2003, p. 37.
(4) Fl-ordni ta' xi 4 % tat-talba massima.
(5) COM (2005) 568 finali tal-15.11.2005.
(6) Cf ir-Rapport 2005, p. 2.
(7) Cf ir-Rapport 2005, p. 7.
(8) Ara d-Dokument tas-Servizzi tal-Kummissjoni, Anness Tekniku għar-Rapport ta' l-2005, SEC (2005) 1446, p. 44, tabella 4.1. Minn hawn 'il quddiem imsejjaħ l-Anness Tekniku.
(9) Anness Tekniku, p. 67.
(10) Ir-Rapport ta' l-2005, p. 9.
(11) Anness Tekniku, p. 17.
(12) Ir-Rapport ta' l-2005, p. 10.
(13) Anness Tekniku, p. 177.