This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32005R1667
Commission Regulation (EC) No 1667/2005 of 13 October 2005 amending Regulation (EC) No 60/2004 laying down transitional measures in the sugar sector by reason of the accession of the Czech Republic, Estonia, Cyprus, Latvia, Lithuania, Hungary, Malta, Poland, Slovenia and Slovakia
1667/2005/KE: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1667/2005 tat- 13 ta' Ottubru 2005 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 60/2004 li jistabbilixxi miżuri tranżitorji fis-settur taz-zokkor bħala riżultat tad-dħul tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja
1667/2005/KE: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1667/2005 tat- 13 ta' Ottubru 2005 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 60/2004 li jistabbilixxi miżuri tranżitorji fis-settur taz-zokkor bħala riżultat tad-dħul tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja
ĠU L 269, 14.10.2005, p. 3–3
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(BG, RO, HR)
ĠU L 330M, 9.12.2008, p. 240–240
(MT)
No longer in force, Date of end of validity: 12/03/2014
9.12.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
240 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1667/2005
tat-13 ta' Ottubru 2005
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 60/2004 li jistabbilixxi miżuri tranżitorji fis-settur taz-zokkor bħala riżultat tad-dħul tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat t-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat it-Trattat tal-Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, tal-Estonja, ta' Ċipru, tal-Latvja, tal-Litwanja, tal-Ungerija, ta' Malta, tal-Polonja, tas-Slovenja u tas-Slovakkja,
Wara li kkunsidrat l-Att tal-Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, tal-Estonja, ta' Ċipru, tal-Latvja, tal-Litwanja, tal-Ungerija, ta' Malta, tal-Polonja, tas-Slovenja u tas-Slovakkja, u b'mod partikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 41 tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 60/2004 tal-14 ta' Jannar 2004 li jistabbilixxi miżuri tranżitorji fis-settur taz-zokkor bħala riżultat tal-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja (1), l-ammont dovut minn dawk l-Istati Membri għall-kwantitajiet għandu jitqies fil-kalkolu tal-imposti fuq il-produzzjoni għas-sena tas-suq 2004/05. |
(2) |
L-ammont dovut mhux se jkun magħruf meta jiġu kkalkulati l-imposti tal-produzzjoni tal-2004/05 f'Settembru 2005, minħabba li l-iskadenza li tagħti prova tal-eliminazzjoni tal-kwantitajiet żejda ġiet differita għall-31 ta' Marzu 2006 bir-Regolament (KE) Nru 651/2005. Għalhekk jeħtieġ li jsir provvediment għal dak l-ammont li għandu jiġi kkunsidrat għall-kalkolu tal-imposti tal-produzzjoni għas-sena tas-suq 2005/06, f'Settembru 2006. |
(3) |
Ir-Regolament (KE) Nru 60/2004 għandu jiġu emendat skont dan. Ġaladarba din l-emenda għandha sseħħ qabel l-iffissar u l-ġbir tal-imposti fuq il-produzzjoni għas-sena tas-suq 2004/05, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ minnufih. |
(4) |
Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Amministrattiv taz-Zokkor, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT
Artikolu 1
L-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 60/2004 għandu jinbidel b'dan li ġej:
“2. Jekk ma tingħatax prova tat-tneħħija mis-suq skont il-paragrafu 1, għall-kwantità żejda kollha jew parti minnha, l-Istat Membru ġdid għandu jħallas ammont ugwali għall-kwantità mhux eliminata immultiplikata bl-ogħla rifużjonijiet tal-esportazzjoni aplikabbli għaz-zokkor l-abjad li jaqa' taħt il-kodiċi tan-NM 1701 99 10 matul il-perjodu mill-1 ta' Mejju 2004 u t-30 ta' Novembru 2005. Parti ekwivalenti għal 25 % tal-ammont totali għandu tkun assenjata għall-baġit Komunitarju sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru ta’ kull waħda mis-snin 2006, 2007, 2008 u 2009. L-ammont totali għandu jkun ikkunsidrat fil-kalkolu tal-imposti tal-produzzjoni għas-sena tas-suq 2005/06.”
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 13 ta' Ottubru 2005.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 9, 15.1.2004, p. 8. Ir-Regolament hekk kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 651/2005 (ĠU L 108, 29.4.2005, p. 3).