Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005R1558

    1558/2005/KE: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1558/2005 tat- 23 ta' Settembru 2005 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1839/95 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' kwoti ta' tariffi għall-importazzjoni ta' qammħirrum u sorgu fi Spanja u importazzjoni ta' qammħirrum fil-Portugall

    ĠU L 249, 24.9.2005, p. 6–7 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 330M, 9.12.2008, p. 232–233 (MT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 08/01/2009; Impliċitament imħassar minn 32008R1296

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2005/1558/oj

    9.12.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    232


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1558/2005

    tat-23 ta' Settembru 2005

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1839/95 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' kwoti ta' tariffi għall-importazzjoni ta' qammħirrum u sorgu fi Spanja u importazzjoni ta' qammħirrum fil-Portugall

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1784/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 12(1) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Wara l-Ftehim dwar l-Agrikoltura (2) konkluż matul l-Uruguay Round ta’ negozjati multilaterali dwar il-kummerċ, il-Komunità aċċettat, mis-sena tas-suq 1995/96, li tapplika kwoti għall-importazzjoni fil-Portugall ta' 500 000 tunnellata qamħirrum u għal Spanja ta' 2 000 000 tunnellata qamħirrum u 300 000 tunnellata sorgu rispettivament.

    (2)

    Il-kundizzjonijiet għallġestjoni ta' dawn il-kwoti ġew stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1839/95 (3). Fid-dawl tal-esperjenza miksuba mill-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, jidher neċessarju li l-ġestjoni tat-tariffi msemmija tiġi ssimplifikata u ċċarata.

    (3)

    Huwa fl-interess tal-operaturi tal-Komunità li tkun żgurata provvista adegwata tal-prodotti kkonċernati fis-suq tal-Komunità bi prezzijiet stabbli, filwaqt li jkunu evitati riskji żejda u eċċessivi, jew saħansitra taqlib fis-suq fis-sura ta’ varjazzjonijiet kbar fil-prezzijiet Il-Kummissjoni, filwaqt li tikkunsidra l-iżvilupp tas-swieq internazzjonali, il-qagħda tal-provvista fi Spanja u l-Portugall u l-impenji internazzjonali tal-Komunità, għandha tiddeċiedi jekk huwiex meħtieġ tnaqqis tad-dazji fuq l-importazzjoni applikabbli stipulati skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1249/96 tat-28 ta' Ġunju 1996 dwar regoli ta‘ applikazzjoni (dazji ta‘ importazzjoni fis-settur taċ-ċereali) għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) 1766/92 (4) biex ikun żgurat li t-tariffi tal-importazzjoni għall-prodotti konċernati jimtlew.

    (4)

    Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 1839/95 għandu jiġi emendat skont dan.

    (5)

    Il-miżuri provduti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għaċ-Ċereali,

    ADOTTA DAN IL-REGOLAMENT:

    L-Artikolu 1

    L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1839/95 għandu jinbidel b'dan li ġej:

    “L-Artikolu 4

    għandhom jitwettqu, bħala parti minn dawn il-kwoti u fil-limiti kwantitattivi stipulati fl-Artikolu 1, fi Spanja u l-Portugall, billi tiġi applikata sistema ta' tnaqqis ta' dazji tal-importazzjoni kif provdut fl-Artikolu 5 jew b'xiri dirett fis-suq globali.”

    L-Artikolu 2

    Fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1839/95, il-paragrafi 1 u 2 għandhom jinbidlu b'dan li ġej:

    “1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 14, għall-importazzjoni ta' qamħirrum u sorgu fi Spanja u għall-importazzjoni ta' qamħirrum fil-Portugall, fil-limiti kwantitattivi stipulati fl-Artikolu 1, għandha jiġi applikat tnaqqis tad-dazju tal-importazzjoni stabbilit skont ir-Regolament (KE) Nru 1249/96.

    1a.   Il-Kummissjoni, filwaqt li tikkunsidra l-kundizzjonijiet eżistenti tas-suq, għandha tiddeċiedi jekk it-tnaqqis provdut f'paragrafu 1 għandux jiġi applikat, sabiex tiżgura li t-tariffi għall-importazzjoni jimtlew.

    2.   Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li tapplika tnaqqis bħal dan, l-ammont ta' tnaqqis għandu jkun stabbilit abbażi ta’ rata fissa jew bi proċedura ta' sejħiet għall-offerti, f‘livell li jippermeti, l-ewwel, illi jkun evitat taqlib fis-swieq Spanjoli u Portugizi bħala riżultat ta' importazzjoni f'dawk il-pajjiżi u t-tieni, illi l-kwantitajiet msemmijin fl-Artikolu jiġu importati tassew.”

    L-Artikolu 3

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f‘Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 23 ta' Settembru 2005.

    Għall-Kummissjoni

    Mariann FISCHER BOEL

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 78.

    (2)  ĠU L 336, 23.12.1994, p. 22.

    (3)  ĠU L 177, 28.7.1995, p. 4. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 777/2004 (ĠU L 123, 27.4.2004, p. 50).

    (4)  ĠU L 161, 29.6.1996, p. 125. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 777/2004.


    Top