This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32005R0794
Commission Regulation (EC) No 794/2005 of 26 May 2005 amending Regulation (EC) No 1973/2004 laying down detailed rules for the application of Council Regulation (EC) No 1782/2003 as regards the support schemes provided for in Titles IV and IVa of that Regulation and the use of land set aside for the production of raw materials
794/2005/KE: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2005 tas- 26 ta' Mejju 2005 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1973/2004 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 dwar l-iskemi ta’ appoġġ ipprovduti taħt it-Titoli IV u IVa ta’ dak ir-Regolament u l-użu ta’ art imserrħa mill-produzzjoni għall-ksib ta' materja prima
794/2005/KE: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2005 tas- 26 ta' Mejju 2005 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1973/2004 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 dwar l-iskemi ta’ appoġġ ipprovduti taħt it-Titoli IV u IVa ta’ dak ir-Regolament u l-użu ta’ art imserrħa mill-produzzjoni għall-ksib ta' materja prima
ĠU L 134, 27.5.2005, p. 6–7
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(BG, RO)
ĠU L 330M, 9.12.2008, p. 169–170
(MT)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2009
9.12.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
169 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 794/2005
tas-26 ta' Mejju 2005
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1973/2004 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 dwar l-iskemi ta’ appoġġ ipprovduti taħt it-Titoli IV u IVa ta’ dak ir-Regolament u l-użu ta’ art imserrħa mill-produzzjoni għall-ksib ta' materja prima
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett skont il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2019/93, (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001, (KE) Nru 1454/2001, (KE) Nru 1868/94, (KE) Nru 1251/1999, (KE) Nru 1254/1999, (KE) Nru 1673/2000, (KEE) Nru 2358/71 u (KE) Nru 2529/2001 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 145(c) u l-Artikolu 155 tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1973/2004 (2) jipprevedi miżuri tranżizzjonali għall-istabbiliment tal-lista ta’ varjetajiet magħżula bħala ammissibbli għall-benefiċċju tal-primjum speċjali għall-kwalità għall-qamħ durum għas-sena 2005 L-esperjenza turi li f’ċerti Stati Membri, huwa ġustifikat li jiġu applikati fl-2006 ukoll il-miżuri tranżizzjonali previsti fil-paragrafu 2 tal-Artikolu msemmi. |
(2) |
L-Artikolu 15(1), it-tieni subparagrafu, tar-Regolament (KE) Nru 1973/2004 jipprevedi, b’deroga mill-ewwel subparagrafu tal-paragrafu msemmi, il-possibbiltà li l-Istati Membri jaċċettaw il-preżenza, f’masġar ta’ siġar tal-ġwież, siġar li jipproduċu frott ieħor, bil-kundizzjoni li ma jaqbżux l-10 % fl-għadd mill-għadd minimu ta’ siġar li jipproduċu, f’kull ettaru kif stabbilit fil-pargrafu 3 tal-istess Artikolu. L-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni tat lok għal interpretazzjonijiet differenti. Huwa xieraq li jiġi ċċarat l-ambitu ta’ din id-dispożizzjoni filwaqt li titqies l-ispeċifiċità tal-imsaġar tal-ġwież fl-Istati Membri, billi jiġi ppreċiżat li l-limitu ta’ 10 % msemmi qabel, ikunx għan-numru minimu ta’ siġar produtturi kull ettaru, inkella l-għadd ta’ siġar li jipproduċu l-ġwież li effettivament tħawlu fil-masġar partikolari. |
(3) |
Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 1973/2004 għandu jiġi emendat skond dan. |
(4) |
Peress li r-Regolament (KE) Nru 1973/2004 japplika mill-1 ta’ Jannar 2005, huwa xieraq li l-emenda kkonċernata tapplika b’effett minn dik id-data. |
(5) |
Il-miżuri provvduti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Pagamenti Diretti, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 1973/2004 hu emendat kif ġej:
1) |
Fl-Artikolu 10, jiżdied il-paragrafu li ġej: “4. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jistabbilixxu l-lista tal-varjetajiet magħżula bħala ammissibbli li jibbenefikaw mill-primjum speċjali għall-kwalità għall-qamħ durum matul l-2006 f’konformità mal-proċedura msemmija fil-paragrafu 2, sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Ottubru 2005 f’dak li jirrigwarda l-varjetajiet tax-xitwa u sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2005 f’dak li jirrigwarda l-varjetajiet tar-rebbiegħa.” |
2) |
It-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 15(1) jinbidel b’li ġej: “B’deroga mill-ewwel subparagrafu, u bla ħsara għall-paragrafu 4, l-Istati Membri jistgħu jaċċettaw il-preżenza, f’masġar ta’ siġar tal-ġwież, siġar oħra li jipproduċu frott ieħor li mhux ġwież, bil-kundizzjoni li ma jaqbżux l-10 % fl-għadd mill-għadd minimu ta’ siġar li jipproduċu, f’kull ettaru kif stabbilit fil-pargrafu 3 jew l-għadd ta’ siġar produtturi ta’ ġwież imħawla effettivament kull ettaru ta’ masġar, skont kif jidhirlu l-Istat Membru. L-Istati Membri jistgħu jippermettu l-preżenza tas-siġar tal-qastan jew l-għadd ta’ siġar stipulat fil-paragrafu 3 jiġi rrispettat f’dak li jirrigwarda s-siġar tal-ġwież ammissibbli.” |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Il-punt 2 ta' l-Artikolu 1 għandu jgħodd mill-1 Jannar 2005.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 26 ta' Mejju 2005.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 118/2005 (ĠU L 24, 27.1.2005, p. 15).
(2) ĠU L 345, 20.11.2004, p. 1.