EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005R0285

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 285/2005 tat- 18 ta' Frar 2005 li jistipula l-miżuri tranżitorji li jiġu mill-adozzjoni ta’ arranġamenti tal-kummerċ imtejba li jikkonċernaw l-esportazzjoni ta’ certi prodotti agrikoli pproċessati għall-Iżvizzera u l-Liechtenstein

ĠU L 48, 19.2.2005, p. 12–13 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 275M, 6.10.2006, p. 154–155 (MT)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 18/01/2011

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2005/285/oj

6.10.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

154


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 285/2005

tat-18 ta' Frar 2005

li jistipula l-miżuri tranżitorji li jiġu mill-adozzjoni ta’ arranġamenti tal-kummerċ imtejba li jikkonċernaw l-esportazzjoni ta’ certi prodotti agrikoli pproċessati għall-Iżvizzera u l-Liechtenstein

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93 tas-6 ta' Diċembru 1993 li jistabbilixxi l-arranġamenti kummerċjali applikabbli għal ċertu oġġetti li jirriżultaw mill-ipproċessar ta' prodotti agrikoli (1), b'mod partikulari, l-Artikolu 8(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera tat-22 ta' Lulju 1972 (2), li kien iffirmat f’Ottubru 2004, huwa applikabbli provviżorjament mill-1 ta’ Frar 2005 bis saħħa tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/45/KE tat-22 ta’ Diċembru 2004 dwar il-konklużjoni ta’ l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera li temenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera tat-22 ta’ Lulju 1972 fir-rigward tad-dispożizzjonijiet applikabbli għall-prodotti agrikoli pproċessati (3)

(2)

Skond id-Deċiżjoni 2005/45/KE ċerti oġġetti li għalihom l-operaturi jkunu applikaw għaċ-certifikati tar-rifużjonijiet skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1520/2000 tat-13 ta’ Lulju 2000 li jistipula regoli komuni dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema għall-għoti tar-rifużjonijiet għall-esportazzjoni fuq ċerti prodotti agrikoli esporatati fil-forma ta’ merkanzija mhux koperta mill-Anness I tat-Trattat, u l-kriterji biex jiġi ffissat l-ammont ta rifużjonijiet bħal dawn (4) huma, mill-1 ta’ Frar 2005, mhux aktar eliġibbli għar-rifużjoni meta jiġu esportati lejn l-Iżvizzera jew il-Liechtenstein.

(3)

It-tnaqqis taċ-ċertifikati tar-rifużjonijiet u r-rilaxx pro-rata tal-garanzija korrispondenti għandhom jitħallew fejn l-operaturi jistgħu juru għas-sodisfazzjoni ta' l-awtorità kompetenti nazzjonali li t-talbiet tagħhom għar-rifużjonijiet ġew effettwati bid-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni 2005/45/KE. Meta jiġu vvalutati t-talbiet għat-tnaqqis fl-ammont taċ-ċertfikat tar-rifużjoni u r-rilaxx proporzjonali tal-garanzija rilevanti, l-awtorità kompetenti nazzjonali għandha, f’każi ta’ dubju, tqis b’mod partikolari d-dokumenti msemmija fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4045/89 tal-21 ta’ Diċembru 1989 dwar li l-Istati Membri jiflu t-transazzjonijiet li jifformaw parti mis-sistema ta’ l-iffinanzjar mis-Sezzjoni tal-Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’Gwida u Garanzija u li jirrevoka id-Direttiva 77/435/KEE (5) bla ħsara għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet l-oħra ta’dak ir-Regolament.

(4)

Għal raġunijiet amministrattivi, huwa xieraq li jiġi previst li t-talbiet għat-tnaqqis ta’ l-ammont taċ-ċertifikat tar-rifużjoni u r-rilaxx tal-garanzija għandhom isiru fi żmien qasir u li dawk l-ammonti li t-tnaqqis tagħhom kien ġie aċċettat għandhom ikunu notifikati lill-Kummissjoni f’’biżżejjed ħin sabiex ikunu inklużi fit-tfassil ta’ l-ammont li għalih ċertifikati ta’rifużjoni biex jintużaw mill-1 ta’ April 2005 għandhom jinħarġu, skond ir-Regolament (KE) Nru 1520/2000.

(5)

Minħabba li l-miżuri stipulati fid-Deċiżjoni 2005/45/KE se japplikaw mill-1 ta’ Frar 2005, dan ir-Regolament għandu japplika mill-istess data u jidħol fis-seħħ minnufih.

(6)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni dwar mistoqsijiet orizzontali li jikkonċernaw il-kummerċ fil-prodotti pproċessati agrikoli li ma humiex elenkati fl-Anness I tat-Trattat,

ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Ċertifikati ta’ rifużjoni maħruġa skond ir-Regolament (KE) Nru 1520/2000 fir-rigward ta’ l-esportazzjonijet ta’ l-oġġetti li għalihom tneħħew ir-rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni bid-Deċiżjoni 2005/45/KE jistgħu fuq talba tal-parti interessata, jitnaqqsu skond il-kundizzjonijiet previsti fil-paragrafu 2.

2.   Sabiex ikunu eliġibbli għat-tnaqqis ta’ l-ammont taċ-ċertifikat tar-rifużjoni, iċ-ċertifikati msemmija fil-paragrafu 1 iridu jkunu ġew applikati qabel l-1 ta’ Frar 2005 u l-perjodu ta’ validità tagħhom għandu jiskadi wara l-31 ta’ Jannar 2005.

3.   Iċ-ċertifikat għandu jitnaqqas bl-ammont li għalih il-parti interessata ma tistax titlob rifużjonijiet ta’ esportazzjoni mill-1 ta’ Frar 2005, kif muri għas-sodisfazzjon ta’ l-awtorità nazzjonali kompetenti.

Fil-valutazzjoni tagħhom l-awtoritajiet kompetenti għandhom, f’każijiet ta’ dubju, iqisu b’mod partikolari id-dokumenti kummerċjali msemmija fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KEE) Nru 4045/89.

4.   Il-garanzija rilevanti se tiġi rilaxxata fi proporzjon mat-tnaqqis ikkonċernat.

Artikolu 2

1.   Sabiex ikunu eliġibbli għal-kunsiderazzjoni skond l-Artikolu 1, l-awtorità nazzjonali kompetenti għandha tirċievi t-talbiet sa mhux aktar tard mis-7 ta’ Marzu 2005.

2.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni sa mhux iktar tard mill-14 ta’ Marzu 2005 bl-ammonti li ġew aċċettati ir-rifużjonijiet għalihom skond l-Artikolu 1(3) ta’ dan ir-Regolament. L-ammonti notifikati se jitiqesu sabiex ikunu inklużi fit-tfassil ta’ l-ammont li għalih ċertifikati ta’ rifużjoni biex jintużaw mill-1 ta’ April 2005 għandhom jinħarġu, skond il-punt (d) ta’ l-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 1520/2000.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament se jidħol fis-seħħ f’jum il-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, nhar it-18 ta' Frar 2005.

Għall-Kummissjoni

Günter VERHEUGEN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 318, 20.12.1993, p. 18. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2580/2000 (ĠU L 298, tal-25.11.2000, p. 5).

(2)  ĠU L 23, 26.1.2005, p. 19.

(3)  ĠU L 23, 26.1.2005, p. 17.

(4)  ĠU L 177, 15.7.2000, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 886/2004 (ĠU L 168, tal-1.5.2004, p. 14).

(5)  ĠU L 388, 30.12.1989, p. 18. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2154/2002 (ĠU L 328, tal-5.12.2002, p. 4).


Top