Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005R0128

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 128/2005 tas- 27 ta' Jannar 2005 li jimponi dazju proviżorju ta’ anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta’ makkinarju ta’ ġarr ta’ pallets bl-idejn u l-partijiet essenzjali tagħhom li ġejjin mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

    ĠU L 25, 28.1.2005, p. 16–36 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 275M, 6.10.2006, p. 103–123 (MT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 28/07/2005

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2005/128/oj

    6.10.2006   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    103


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 128/2005

    tas-27 ta' Jannar 2005

    li jimponi dazju proviżorju ta’ anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta’ makkinarju ta’ ġarr ta’ pallets bl-idejn u l-partijiet essenzjali tagħhom li ġejjin mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxil-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 fuq il-protezzjoni kontra importazzjonijiet bi prezz irħas minn tas-suq li jkunu ġejjin minn pajjjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u l-aktar l-Artikolu 7 tiegħu,

    Wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv,

    Billi:

    A.   IL-PROĊEDURA

    (1)

    Fid-29 ta’ April 2004, il-Kummissjoni ħabbret, b’avviż ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea  (2), il-bidu għall-proċeduri ta’ anti-dumping dwar l-importazzjonijiet fil-Komunità ta’ makkinarju ta’ ġarr ta’ pallets bl-idejn kif ukoll dwar il-partijiet essenzjali ta’ dan li jkunu ġejjin mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“PRC”).

    (2)

    Il-proċedura kienet bdiet minħabba lment li sar f’Marzu 2004 minn erba’ produtturi tal-Komunità li jirrappreżentaw sehem kbir, f’dan il-każ aktar minn 60 %, tal-produzzjoni kollha tal-Komunità ta’ makkinarju ta’ ġarr ta’ pallets bl-idejn u l-partijiet essenzjali tiegħu, i.e. ix-xàsi u l-idrawliċi (“l-applikanti”). L-ilment juri li kien sar bejgħ taħt il-prezz tas-suq tal-prodott imsemmi u hemm xhieda tad-dannu materjali li dan ġab miegħu, li ġie meqjus biżżejjed biex jiġġustifika l-bidu tal-proċedura.

    (3)

    Il-Kummissjoni uffiċjalment tat parir lill-produtturi applikanti tal-Komunità, lill-produtturi l-oħrajn tal-Komunità, lill-produtturi esportaturi, importaturi u utenti magħrufa li huma kkonċernati, kif ukoll lir-rappreżentanti tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina (PRC) dwar il-bidu tal-proċedura. Minħabba n-numru kbir ta’ produtturi esportaturi magħrufa fil-PRC, fl-avviż tal-bidu kien ikkontemplat it-teħid ta’ kampjuni biex ikun stabbilit il-livell ta’ dan id-dumping, skond l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku. Madankollu, erba’ produtturi Ċiniżi biss ikkooperaw ma’ l-istħarriġ u, għalhekk, kien deċiż li t-teħid ta’ kampjuni ma kienx meħtieġ. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità biex jagħtu l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu għal smigħ fit-terminu ta’ żmien stabbilit fl-avviż tal-bidu.

    (4)

    Numru ta’ produtturi esportaturi fil-PRC, produtturi tal-Komunità, importaturi, utenti, kif ukoll għaqda ta’ importaturi taw l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub. Il-partijiet kollha li talbu hekk fit-terminu taż-żmien indikat fuq, u li wrew li kien hemm raġunijiet partikolari għaliex għandhom jinstemgħu, fil-fatt ingħataw smigħ xieraq.

    (5)

    Il-Kummissjoni fittxet li tikseb l-informazzjoni, billi bagħtet kif xieraq kwistjonarji u formoli tal-klejm ta’ trattament individwali u ta’ l-ekonomija tas-suq lill-partijiet magħrufa kollha. It-tagħrif li rċeviet kien ivverifikat sa fejn kien possibbli u sa fejn kien meqjus xieraq biex ikun stabbilit b’mod preliminari dan id-dumping, id-dannu li dan ġab miegħu kif ukoll l-interessi tal-Komunità. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni rċeviet kwistjonarji mwieġba kompletament, u l-formoli tal-klejm fejn kien jgħodd, mill-kumpaniji li ġejjin:

    (a)

    Il-Produtturi fil-Komunità

    Bolzoni-Auramo SpA, Piacenza, l-Italja

    BT Products AB, Mjölby, l-Iżvezja

    Franz Kahl GmbH, Lauterbach, il-Ġermanja

    Pramac Lifter SpA, Casole d’ Elsa, l-Italja

    (b)

    Il-produtturi esportaturi fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

    Ningbo Liftstar Material Transport Equipment Factory, Ningbo

    Ningbo N.F.T.Z. E-P Equipment Co. Ltd, Hangzhou (esportatur li għandha x’taqsam man-Ningbo Liftstar Material Equipment Factory)

    Ningbo Ruyi Joint Stock Co. Ltd, Ninghai

    Ningbo Tailong Machinery Co. Ltd, Ninghai

    Zhejiang Noblelift Equipment Joint Stock Co. Ltd., Changxing

    (c)

    Importaturi/negozjanti fil-Komunità

    Chadwick Materials Handling Ltd., Corsham, ir-Renju Unit

    European Handling Equipment, Halesowen, ir-Renju Unit

    Gigant Arbetsplats AB, Alingsås, l-Iżvezja

    Hu-Lift s.l., Barċellona, Spanja

    Jungheinrich AG, Ħamburg, il-Ġermanja

    Mangrinox S.A., Ateni, il-Greċja

    Manutan International s.a., Pariġi, Franza

    Lagertechnik Fischer GmbH, Dinslaken, il-Ġermanja

    Levante S.R.L., Ostiglia, l-Italja

    Linde AG, Aschaffenburg, il-Ġermanja

    RAPID Transportgeräte GmbH, Beckum, il-Ġermanja

    Teknion Ltd, Lanchashire, ir-Renju Unit

    TVH Handling Equipment N.V., Gullegem, il-Belġju

    (d)

    Utenti

    Aldi Einkauf GmdH & Co. OHG, Essen, il-Ġermanja

    M. Uno Trading SpA, Imola, l-Italja.

    (6)

    Twettqu wkoll żjajjar ta’ verifika fis-siti tal-produtturi esportaturi kollha tal-PRC u tal-Komunità li kkooperaw.

    (7)

    Fid-dawl tal-ħtieġa li jitwaqqaf valur normali għall-produtturi esportaturi fil-PRC li lilhom ma kienx ingħata t-Trattament ta’ l-Ekonomija tas-Suq (MET), kienet saret verifika fis-siti tal-produttur li ġej li jinsab fil-Kanada, liema pajjiż intuża bħala pajjiż analogu:

    Lift Rite Inc., Brampton, Ontario.

    (8)

    L-istħarriġ dwar il-bejgħ taħt il-prezz u d-dannu relattiv koprew il-perjodu mill-1 ta’ April 2003 sal-31 ta’ Marzu 2004 (“PS”). L-istħarriġ tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tad-dannu kopra l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2000 sat-tmiem tal-perjodu ta’ l-istħarriġ (“il-perjodu kkunsidrat”).

    B.   IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U L-PRODOTT LI JIXXIEBAH

    1.   Ġenerali

    (9)

    Il-makkinarju ta’ ġarr ta’ pallets bl-idejn jintuża għall-immaniġġjar ta’ oġġetti u materjal li s-soltu jitpoġġew fuq pallets. Dan ma jaħdimx bil-magni, i.e. dan ikun imbutatt u miġbud bl-idejn. Dan il-makkinarju huwa magħmul minn erba’ partijiet ewlenin: ix-xàsi (magħmul mill-azzar), l-idrawliċi, il-pum, u r-roti. Il-partijiet essenzjali huma x-xàsi, li fuqu titpoġġa l-pallet, u l-idrawliċi li jippermettu li tintrefa’ it-tagħbija.

    2.   Il-prodott ikkonċernat

    (10)

    Il-prodott huwa l-makkinarju għall-ġarr ta’ pallets, li ma jaħdimx waħdu, u li jintuża għall-immaniġġjar ta’ materjali li s-soltu jitpoġġew fuq pallets, u l-partijiet essenjzali tiegħu, i.e. ix-xàsi u l-idrawliċi, li ġejjin mill-PRC (’il-prodott ikkonċernat’); is-soltu dawn ikunu ddikjarati taħt il-kodiċi tan-NM ex 8427 90 00 u ex 8431 20 00. Hemm tipi differenti ta’ makkinarju ta’ ġarr ta’ pallets bl-idejn u l-partijiet essenzjali tagħhom; dan jiddependi l-aktar fuq kemm dan ikun kapaċi jgħabbi, it-tul tal-furkettuni, it-tip ta’ azzar użat għax-xàsi, it-tip ta’ idrawliċi, it-tip ta’ roti u l-eżistenza tal-brejk. Madankollu, it-tipi differenti kollha għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u użi. Għalhekk, għall-għan ta’ dan l-istħarriġ it-tipi kollha li jeżistu qed jitqiesu bħala prodott wieħed.

    (11)

    Matul l-istħarriġ, uħud mill-partijiet interessati ppreżentaw il-kummenti tagħhom dwar id-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat. Dawn il-partijiet qalu li x-xàsi u l-idrawliċi m’għandhomx ikunu inklużi fl-iskop tal-prodott ikkonċernat, għaliex a) is-swieq tax-xàsi u ta’ l-idrawliċi huma differenti minn dak tal-makkinarju tal-ġarr ta’ pallets bl-idejn; b) il-kumpaniji li jipproduċu l-makkinarju ta’ ġarr ta’ pallets bl-idejn u x-xàsi u/jew l-idrawliċi huma differenti, l-aktar, għaliex il-produtturi esportaturi Ċiniżi ma jesportawx xàsi u idrawliċi lejn il-Komunità u c) kemm ix-xàsi u l-idrawliċi jintużaw ukoll għall-prodotti oħra u mhux biss għall-makkinarju ta’ ġarr ta’ pallets bl-idejn.

    (12)

    Dwar l-argument li hemm swieq differenti għax-xàsi u l-idrawliċi, ġie nnutat li l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda evidenza li turi l-eżistenza ta’ swieq separati għal dawn il-partijiet għall-utenti. Anzi, il-kummenti tal-partijiet kollha juru li l-produtturi ta’ dan il-makkinarju jipproduċu wkoll il-partijiet essenzjali u, f’ċerti każijiet, iqassmu dawn bħala partijiet li jinbidlu għall-makkinarju tagħhom stess. Huwa diffiċli ħafna, jekk mhux impossibbli, li wieħed jiffittja kwalunkwe xàsi jew idrawliċi ta’ produttur wieħed f’makkinarju bħal dan ta’ produttur ieħor. Normalment, il-produtturi jistgħu jipprovdu l-partijiet essenzjali lill-konsumaturi li jixtru l-prodotti tagħhom.

    (13)

    Dwar it-tieni argument li jikkonċerna l-produtturi għax-xàsi u l-idrawliċi, ġie nnutat li t-tagħrif verifikat li l-Kummissjoni rċeviet mill-produtturi esportaturi juri li l-produtturi esportaturi kollha suġġetti għall-istħarriġ preżenti jipproduċu huma stess ix-xàsi, waqt li ħafna minnhom jipproduċu wkoll l-idrawliċi. Għalkemm jista’ jkun hemm produtturi indipendenti ta’ dawn il-partijiet, il-produzzjoni tagħhom hija magħmula apposta għall-produtturi tal-makkinarju ta’ ġarr ta’ pallets bl-idejn, u din hija r-raġuni għaliex dawn il-partijiet rari jinbiegħu fis-suq miftuħ. Aktar minn hekk, l-istħarriġ wera li dawn il-partijiet kienu ġew esportati lejn il-Komunità minn uħud mill-produtturi esportaturi li kkooperaw. Għalhekk, ix-xhieda miktuba turi li t-tieni argument ukoll għandu jkun rifjutat.

    (14)

    Dwar it-tielet argument li x-xàsi u l-idrawliċi jintużaw ukoll fi prodotti oħra, ġie nnutat li l-prodotti mogħtija bħala eżempji mill-partijiet interessati huma żgur differenti mill-makkinarju tal-ġarr ta’ pallets bl-idejn, mhux biss fil-karatteristiċi fiżiċi tagħhom imma wkoll fl-użu tagħhom. Anke jekk dawn il-prodotti għandhom ukoll sistemi idrawliċi u xàsi ta’ l-azzar, dawn huma ta’ qies, għamla u saħħa differenti minn dawk użati fil-makkinarju tal-ġarr ta’ pallets bl-idejn, u għalhekk ma jaqgħux taħt il-prodott ikkonċernat kif iddefinit fuq. Għalhekk, fuq il-bażi tat-tagħrif disponibbli u kif ġie stabbilit fuq, ma jidhirx li l-idrawliċi u/jew ix-xàsi tal-makkinarju tal-ġarr ta’ pallets bl-idejn jistgħu jiġu integrati fi prodotti oħra.

    (15)

    Għalhekk, il-kummenti tal-partijiet interessati kienu mistħarrġa, iżda dawn ma ġġustifikawx li għandha tinbidel il-konklużjoni proviżorja fuq il-prodott ikkonċernat kif stabbilit fil-punt (10) fuq.

    3.   Il-prodott li jixxiebah

    (16)

    Ma nstabu l-ebda differenzi bejn il-prodott ikkonċernat u l-makkinarju ta’ ġarr ta’ pallets bl-idejn u l-partijiet essenzjali tagħhom maħduma u li jinbiegħu fis-suq domestiku tal-Kanada, il-pajjiż analogu. Fil-fatt, dan il-makkinarju u l-partijiet essenzjali tiegħu għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi bażiċi u użi bħal dawk li ġew esportati lejn il-Komunità.

    (17)

    Bl-istess mod, ma nstabu l-ebda differenzi bejn il-prodott ikkonċernat u l-makkinarju tal-ġarr ta’ pallets bl-idejn u l-partijiet essensjali tagħhom maħduma mill-kwerelanti u li nbiegħu fis-suq tal-Komunità. It-tnejn għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u użi.

    (18)

    Għalhekk, il-makkinarju tal-ġarr ta’ pallets bl-idejn u l-partijiet essenzjali tagħhom li nbiegħu fis-suq domestiku tal-Kanada, kif ukoll l-istess tip ta’ makkinarju u l-partijiet essenzjali tiegħu maħduma u li nbiegħu fil-Komunità jitqiesu l-istess għall-prodott ikkonċernat fit-tifsira ta’ l-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

    C.   IL-BEJGĦ TAĦT IS-SUQ

    1.   It-trattament ta’ l-ekonomija tas-suq (“MET”)

    (19)

    Skond l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku, fl-istħarriġ ta’ l-anti-dumping dwar l-importazzjonijiet li kienu ġejjin mill-PRC, għal dawk il-produtturi li nstabu li kienu konformi mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku, il-valur normali għandu jkun stabbilit skond il-paragrafi 1 sa 6 ta’ l-imsemmi Artikolu, i.e. fejn kien hemm evidenza li l-kundizzjonijiet ta’ l-ekonomija tas-suq ikunu jgħoddu fejn għandha x’taqsam il-manifattura u l-bejgħ tal-prodott li jixxiebah. Fil-qosor, u għal referenza ħafifa biss, taqsira ta’ dawn il-kriterji qed titniżżel hawn taħt:

    1.

    id-deċiżjonijiet u l-ispejjeż tan-negozju isiru bi tweġiba għall-kundizzjonijiet tas-suq, u mingħajr indħil żejjed mill-Istat;

    2.

    ir-rekords tal-kontijiet jiġu verifikati b’mod indipendenti, skond l-istandards internazzjonali ta’ kontabbiltà u li jkunu applikati għall-għanijiet kollha;

    3.

    ma jkunx hemm tagħwiġ sostanzjali li jinġieb mis-sistema preċedenti ta’ ekonomija mhux tas-suq;

    4.

    iċ-ċertezza u l-istabbiltà legali tkun ipprovduta bil-liġijiet dwar il-falliment u l-proprjetà;

    5.

    il-kambju tal-muniti jsir skond ir-rata tas-suq.

    (20)

    Erba’ produtturi Ċiniżi talbu li jkollhom il-MET skond l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku u fit-terminu taż-żmien stabbilit irnexxielhom iwieġbu għall-formola tal-klejm tal-MET maħsuba għall-produtturi esportaturi.

    (21)

    Il-Kummissjoni ssuktat it-tagħrif kollu meħtieġ u vverifikat it-tagħrif kollu li ġie sottomess fl-applikazzjonijiet tal-MET fil-bini tal-kumpaniji in kwistjoni.

    (22)

    Għall-erba’ kumpaniji kollha ġie stabbilit li, b’mod ġenerali, id-deċiżjonijiet tagħhom dwar il-prezzijiet u l-ispejjeż saru mingħajr indħil żejjed mill-Istat, fit-tifsira ta’ l-Artikolu 2(7)(c), u li l-ispejjeż u l-prezzijiet kienu jirriflettu l-valuri tas-suq. L-ispejjeż tal-produzzjoni u s-sitwazzjoni finanzjarja tagħhom ma kinux suġġetti għal tagħwiġ sostanzjali li kien ġej mis-sistema preċedenti ta’ ekonomija mhux tas-suq, kien hemm fis-seħħ il-liġijiet tal-falliment u l-proprjetà li jiggarantixxu ċ-ċertezza u l-istabbiltà legali, waqt li l-konverżjonijiet fir-rata tal-kambju saru skond ir-rata tas-suq. Madankollu, l-ebda waħda mill-erba’ kumpaniji ma laħqu il-kriterju 2, dwar l-eżistenza ta’ kontijiet verifikati b’mod indipendenti skond l-istandards internazzjonali ta’ kontabbiltà (“IAS”). Instab li dawn il-kumpaniji kienu kisru wieħed jew aktar mill-istandards li ġejjin: IAS 1, IAS 2, IAS 8, IAS 16, IAS 21, IAS 32 u IAS 36. Għalhekk, kien konkluż li ħadd minn dawn l-erba’ kumpaniji ma kienu laħqu l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku:

    Ningbo Liftstar Material Equipment Factory, Ningbo

    Ningbo Ruyi Joint Stock Co. Ltd, Ninghai

    Ningbo Tailong Machinery Co. Ltd, Ninghai

    Zhejiang Noblelift Equipment Joint Stock Co. Ltd., Changxing

    (23)

    Il-produtturi esportaturi kkonċernati u l-industrija tal-Komunità ngħataw l-opportunità li jagħtu l-kummenti tagħhom fuq dawn ir-riżultati.

    (24)

    L-erba’ produtturi esportaturi kollha argumentaw li d-determinazzjoni kienet ħażina u dawn għandhom jingħataw il-MET.

    (25)

    Wieħed mill-produtturi esportaturi argumenta li l-għan aħħari ta’ l-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku huwa li jkun stabbilit jekk il-kumpaniji jwieġbux għas-sinjali tas-suq mingħajr ma jkun hemm indħil mill-Istat. Il-ħames kriterji taħt l-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku, l-aktar il-kriterju 2 dwar l-istandards tal-kontabbiltà, għandhom għalhekk dejjem jiġu interpretati fid-dawl ta’ dan l-għan aħħari. Minħabba li ma kien ġie stabbilit l-ebda indħil mill-Istat, il-kumpanija għandha tingħata il-MET.

    (26)

    Ġie nnutat li l-ħames kriterji mniżżla taħt l-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku huma indipendenti minn xulxin u kull wieħed minnhom jeħtieġ jintlaħaq biex jingħata l-MET. L-indħil mill-Istat fil-fatt la jissemma bħala kriterju indipendenti u lanqas bħala wieħed li jista’ jgħaddi kriterji oħra. Fil-fatt, jekk in-nuqqas ta’ indħil mill-Istat ikun biżżejjed biex jingħata l-MET, il-kriterji l-oħra ma jkunux meħtieġa. Barra minn hekk, in-nuqqas ta’ infurzar li jidher ta’ l-IAS kif ukoll ir-regoli tal-kontabbiltà li jgħoddu fil-PRC jistgħu jitqiesu wkoll bħala forma ta’ indħil mill-Istat fl-operat normali ta’ ekonomija tas-suq.

    (27)

    Wieħed mill-produtturi esportaturi saħaq li l-Kummissjoni ma kinitx ħadet id-deċiżjoni tagħha fuq il-MET fil-perjodu ta’ tliet xhur stabbilit fl-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku. Dan il-produttur esportatur allega wkoll li l-Kummissjoni kienet diġà rċeviet u vverifikat it-tweġibiet tal-kwistjionarju tagħha dwar id-dumping qabel ma ddeċidiet fuq il-merti ta’ l-ilment tal-MET, u dan jitfa’ dubji serji dwar il-motivazzjoni tal-Kummissjoni li tirrifjuta l-ilment tal-MET.

    (28)

    Dwar l-argument li jikkonċerna għeluq iż-żmien ta’ tliet xhur, ġie nnutat li fil-fażi tal-bidu tal-każ preżenti, kien previst l-użu tad-dispożizzjonijiet dwar it-teħid ta’ kampjuni minħabba n-numru kbir ta’ produtturi esportaturi li kienu involuti. Madankollu, minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni minn ħafna mill-produtturi esportaturi, kien ġie deċiż li t-teħid ta’ kampjuni ma kienx meħtieġ u li l-produtturi esportaturi li kkooperaw biss kienu se jiġu investigati kemm dwar il-MET kif ukoll dwar il-bejgħ taħt il-prezz. Din il-proċedura dewmet l-isħarriġ, u wara kien ġie deċiż li għal raġunijiet prattiċi kellhom isiru fl-istess żmien verifiki fuq il-post kemm dwar l-ilmenti tal-MET kif ukoll dwar il-kwistjonarji ta’ l-anti-dumping. Barra minn hekk, f’dan ir-rigward ġie nnutat li l-fatt li ma kienx rispettat, dan għeluq iż-żmien ma wassalx għal konsegwenzi legali u li dan l-esportatur li ssemma fuq ma għamel referenza għall-ebda impatt negattiv minħabba l-perjodu itwal li kien meħtieġ għad-determinazzjoni tal-MET. Aktar minn hekk, l-ilmenti kollha tal-MET li l-Kummissjoni rċeviet kienu nieqsa u kienu jeħtieġu numru ta’ kjarifikazzjonijiet sostanzjali u tagħrif addizzjonali li t-tnejn dewmu l-istħarriġ. Fil-fatt, tliet esportaturi, inkluż l-esportatur li ġab l-argument li qiegħda ssir diskussjoni dwaru hawnhekk, issottometta aktar kummenti wara t-tkomplija tal-valutazzjoni tal-MET. Minħabba dan t’hawn fuq, kien konkluż li f’dan il-każ determinazzjoni valida tal-MET setgħet issir jew tiġi adottata wkoll wara l-perjodu ta’ tliet xhur.

    (29)

    Dwar l-argument li jikkonċerna l-verifika tat-tweġibiet tal-kwistjonarju, ġie nnutat li r-Regolament bażiku ma jistipulax li l-istħarriġ tad-dumping għandu jibda biss wara li jkun ġie determinat il-MET. Fil-fatt, l-Artikoli 5(10) u 6(2) tar-Regolament bażiku jeħtieġu li t-tagħrif relevanti kollu, inklużi t-tweġibiet tal-kwistjonarju dwar id-dumping, għandhom jiġu sottomessi fi żmien 40 jum mill-inizjazzjoni jew 37 jum mill-għażla ta’ kwalunkwe kampjun, jekk jittieħed kampjun. Fil-każijiet kollha, dan għandu jseħħ qabel ma jkun ġie stabbilit il-MET. Il-Kummissjoni tistħarreġ l-ilmenti kollha tal-MET fuq il-meriti tagħhom stess u fuq il-bażi tal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku. L-istħarriġ tad-dumping isir f’linja parallela ma’ l-ilmenti tal-MET.

    (30)

    Tliet produtturi esportaturi argumentaw li minħabba li l-kontijiet tagħhom kienu ġew verifikati minn kumpanija indipendenti ta’ kontabbiltà u kienu skond il-GAAP taċ-Ċina, il-kriterju 2 għandu jintlaħaq. Dawn argumentaw ukoll li l-prattika tagħhom li ma jibdlux il-kambju barrani tagħhom f’renminbi fuq bażi ta’ kuljum kien skond il-kriterji ta’ l-IAS 21. Dawn argumentaw li minħabba li l-renminbi Ċiniż huwa fil-livell tad-dollaru Amerikan ma kien se jkun hemm l-ebda differenza dwar jekk il-konverżjonijiet ikunux saru fuq bażi ta’ kull sena jew ta’ kuljum. Aktar minn hekk, żewġ produtturi esportaturi argumentaw li jekk ir-rati tal-kambju ma jiċċaqalqux sostanzjalment l-IAS 21 kien jippermetti li jkun hemm devjazzjonijiet mir-regola normali.

    (31)

    Ġie nnutat li skond il-kriterji ta’ l-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għandha tistħarreġ jekk il-kontijiet tal-kumpaniji jkunux ġew verifikati skond l-IAS. Il-konformità jew in-nuqqas ta’ din ma’ l-istandards Ċiniżi mhumiex deċiżivi fil-kuntest ta’ valutazzjoni individwali dwar l-MET. Madankollu, ġie nnutat li dwar tnejn mill-erba’ kumpaniji li ġew mistħarrġa, in-noti ta’ l-awdituri fir-rapporti annwali tagħhom urew li l-kontijiet ma kinux imħejjija skond l-istandards tal-kontabbiltà taċ-Ċina.

    (32)

    Dwar il-paragun mad-dollaru Amerikan, żewġ punti huma relevanti: l-ewwel, anke jekk il-maġġoranza tat-transazzjonjijiet tal-kumpaniji investigati saru f’dollari Amerikani, il-kumpaniji li naqsu milli jilħqu l-IAS 21 kienu għamlu wkoll transazzjonijiet f’muniti oħrajn, u f’dawn il-każijiet iċ-ċaqliq seta’ kien wieħed imdaqqas. Aktar minn hekk, ġie nnutat li l-kumpaniji kkonċernati kienu għamlu bejgħ sostanzjali fl-esportazzjonijiet tagħhom lejn swieq għajr dak tal-Komunità, u minħabba li l-istħarriġ jikkonċerna biss is-suq tal-Komunità, dawn it-transazzjonijiet ma ġewx ivverifikati. It-tieni, mhuwiex relevanti jekk, meta tħares lura lejn ċertu perjodu, wieħed jinnutax retrospettivament li kien hemm xi ċaqliq żgħir. Dan ma jistax ikun magħruf fil-bidu ta’ l-istess perjodu, sena jew anke aktar, meta l-kumpaniji kkonċernati kienu ffissaw ir-rati tal-kambju biex jintużaw għar-reġistrazzjoni tal-bejgħ ta’ l-esportazzjoni fil-kontijiet tagħhom. Minħabba li jista’ jkun hemm movimenti li ma kinux ġew previsti u li jista’ għandhom impatt kbir fuq l-ipprezzar u d-dħul tal-kumpaniji, rata tal-kambju ffissata bil-quddiem ma tistax tkun skond il-prattika tal-kumpaniji li jaħdmu taħt kundizzjonijiet ta’ ekonomija tas-suq.

    (33)

    Dwar il-kundizzjonijiet ta’ l-IAS 21, ġie nnutat li l-IAS 21 jikkontempla dan li ġej: “Transazzjoni f’munita barranija għandha tiġi rreġistrata, billi l-ewwel tingħaraf fil-munita tar-rappurtaġġ, billi għall-ammont tal-munita barranija tiġi applikata r-rata tal-kambju bejn il-munita tar-rappurtaġġ u dik barranija fid-data tat-transazzjoni.” Dwar dan l-istandard hemm ukoll din l-ispjegazzjoni: “Ir-rata tal-kambju fid-data tat-transazzjoni ħafna drabi tissejjaħ il-prezz kurrenti tal-kambju. Għal raġunijiet prattiċi, ħafna drabi tintuża rata li tersaq viċin lejn ir-rata attwali fid-data tat-transazzjoni, per eżempju, rata medja għal ġimgħa jew xahar tista’ tintuża għat-transazzjonijiet kollha f’kull munita barranija li jseħħu matul dak il-perjodu. Madankollu, jekk ir-rati tal-kambju jiċċaqalqu sew, l-użu ta’ rata medja għal perjodu ma jkunx wieħed ta’ min jorbot fuq”. Għalhekk, l-IAS 21 jagħmilha ċara li fil-prinċipju għandhom jintużaw ir-rati ta’ kuljum jekk ir-rati tal-kambju ma jiċċaqalqux sew. Ir-rati medji ta’ ġimgħa jew ta’ xahar għandhom jitħallew biss bħala rati approssimattivi għar-rata attwali tad-data tat-transazzjoni. Madankollu fil-każ preżenti, il-kumpaniji aġġornaw ir-rata tal-kontabbiltà tagħhom darba fis-sena jew anke b’mod inqas frekwenti. Din il-prattika ma tistax titqies li hija skond l-IAS 21. Barra minn hekk, anke l-istandards tal-kontabbiltà taċ-Ċina jeħtieġu f’dawn il-każijiet l-użu ta’ rati tal-kambju fuq bażi ta’ kuljum jew ta’ xahar. Għalhekk, il-fatt li l-awdituri ma kkummentawx fuq il-prattika dwar it-transazzjonijiet f’munita barranija li ssemmew fuq, juri li l-verifika ma saritx skond l-IAS. Dan jixħet dubji fuq kemm wieħed jista’ jorbot fuq dan it-tagħrif ta’ kontabbiltà.

    (34)

    Għalhekk, kien konkluż li l-kummenti li jisħqu li għandu jingħata l-MET mhumiex iġġustifikati.

    2.   Trattament individwali

    (35)

    Skond l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, għandu jiġi stabbilit dazju, jekk ikun hemm, għal dawk il-pajjiżi li jaqgħu taħt dak l-artikolu, ħlief f’dawk il-każijiet fejn il-kumpaniji juru, skond l-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku, li l-prezzijiet u l-kwantitajiet ta’ l-esportazzjoni tagħhom kif ukoll il-kundizzjonijiet u t-termini tal-bejgħ ikunu ġew stabbiliti b’mod ħieles, li r-rati tal-kambju jsiru skond ir-rati tas-suq, u li kwalunkwe indħil mill-Istat ma jkunx tali li jkun jippermetti l-evażjoni ta’ miżuri jekk l-esportaturi jingħataw rati differenti ta’ dazju.

    (36)

    L-erba’ produtturi esportaturi, barra milli għamlu talba għall-MET, talbu wkoll għal trattament individwali (“TI”) f’każ li dawn ma jingħatawx il-MET. Fuq il-bażi tat-tagħrif disponibbli nstab li l-erba’ kumpaniji kollha kienu laħqu l-kriterji għal TI kif stabbiliti fl-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku.

    (37)

    Għalhekk, kien konkluż li TI jingħata lil dawn l-erba’ kumpaniji esportaturi li ġejjin li huma stabbiliti fil-PRC:

    Ningbo Liftstar Material Transport Equipment Factory, Ningbo

    Ningbo Ruyi Joint Stock Co. Ltd, Ninghai

    Ningbo Tailong Machinery Co. Ltd, Ninghai

    Zhejiang Noblelift Equipment Joint Stock Co. Ltd, Changxing

    3.   Il-Valur normali

    3.1.   Il-Pajjiż analogu

    (38)

    Skond l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, għall-pajjiżi li m’għandhomx ekonomija tas-suq u, sa fejn il-MET ma jkunx jista’ jingħata, għal pajjiżi fi transizzjoni, il-valur normali għandu jkun stabbilit fuq il-bażi tal-prezz jew fuq il-valur mibni f’pajjiż analogu.

    (39)

    Fl-avviż tal-bidu, il-Kummissjoni indikat l-intenzjoni tagħha li tuża l-Kanada bħala pajjiż analogu xieraq biex ikun stabbilit il-valur nornali għall-PRC u stiednet lill-partijiet interessati biex jikkummentaw dwar dan.

    (40)

    L-istħarriġ wera li l-Kanada għandha suq kompetittiv għall-makkinarju ta’ ġarr ta’ pallets bl-idejn b’madwar 50 % tas-suq ipprovdut bil-produzzjoni lokali u l-bqija b’importazzjonijiet minn pajjiżi terzi. Il-volum tal-produzzjoni fil-Kanada huwa ta’ aktar minn 5 % tal-volum ta’ l-esportazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat lejn il-Komunità. Għalhekk, is-suq Kanadiż tqies bħala rappreżentattiv biżżejjed biex ikun stabbilit il-valur normali għall-PRC.

    (41)

    Żewġ produtturi esportaturi u għaqda ta’ importaturi/negozjanti oġġezzjonaw għall-proposta li l-Kanada tintuża bħala pajjiż analogu. L-argumenti kontra l-għażla tal-Kanada kienu li: a) il-prodotti tal-Kanada huma differenti għaliex dawn jinħadmu bl-użu ta’ komponenti aktar b’saħħithom skond l-istandards ta’ l-Istati Uniti, u mhux skond dawk tal-Komunità; b) is-swieq tal-Kanada u taċ-Ċina ma jistgħux ikunu mqabbla minħabba li dawn għandhom livell differenti ta’ żviluppi u kobor u c) il-produttur Kanadiż li kkoopera għandu x’jaqsam ma’ wieħed mill-produtturi tal-Komunità. Il-produtturi esportaturi in kwistjoni ssuġġerew il-Malasja jew l-Indja bħala pajjiżi analogi xierqa.

    (42)

    Wara dawn il-kummenti, il-Kummissjoni kkuntattjat seba’ produtturi ta’ dan il-makkinarju magħrufa fl-Indja u ieħor fil-Malasja billi bagħtitilhom il-kwistjonarju relevanti. Madankollu, ħadd minn dawn il-produtturi ma kkoopera fl-istħarriġ u l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda tagħrif dwar il-valur normali minn dawn iż-żewġ pajjiżi. Għalhekk, ma kienx possibbli għall-Kummissjoni li tqis xi wieħed minn dawn il-pajjiżi proposti mill-produtturi esportaturi bħala pajjiż analogu alternattiv.

    (43)

    Dwar il-kummenti tal-partijiet li jikkonċernaw id-differenzi fil-kwalità u l-istandards tal-prodotti Kanadiżi, b’mod ġenerali ntqal li t-toqol medju u l-wisa’ tal-furkettun tal-makkinarju Kanadiż huwa ikbar minn dawk tal-makkinarju Ċiniż. Madankollu, il-Kummissjoni ma stabbiliet l-ebda differenza kbira ġenerali kemm dwar it-toqol jew il-wisa’ tal-furkettun bejn il-prodotti Kanadiżi u dawk Ċiniżi. Kemm dawk Kanadiżi kif ukoll dawk taċ-Ċina għandhom kategoriji differenti ta’ toqol u ta’ wisa’ tal-furkettun u numru kbir tal-prodotti setgħu jitqabblu ma’ xulxin. Għal dawk il-prodotti li ma setgħux jitqabblu direttament, setgħu jsiru aġġustamenti xierqa kif spjegat hawn taħt fil-punt (51). Fattur importanti ieħor huwa l-ħila ta’ l-irfigħ tal-makkinarju. F’dan ir-rigward, ma nstabu l-ebda differenzi ġenerali kbar dwar il-ħila ta’ l-irfigħ tal-makkinarju Ċiniż u dak Kanadiż. Għalhekk, kien konkluż li ma kien hemm l-ebda differenzi sinjifikanti fil-kwalità tal-prodotti Kanadiżi u dawk Ċiniżi.

    (44)

    Dwar il-kummenti tal-produtturi esportaturi li jikkonċernaw il-livell ta’ żvilupp u l-kobor tas-swieq tal-Kanada u taċ-Ċina, ġie nnutat li element deċiżiv huwa dwar jekk is-suq in kwistjoni huwiex kbir biżżejjed biex ikun wieħed rappreżentattiv meta mqabbel mal-volum ta’ l-esportazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat lejn il-Komunità. Kif intqal fuq fil-punt (40), fil-każ preżenti s-suq tal-Kanada nstab li huwa kbir biżżejjed biex ikun rappreżentattiv f’dan ir-rigward. Il-fatt li s-suq taċ-Ċina huwa b’mod ġenerali akbar minn dak tal-Kanada huwa irrelevanti għall-valutazzjoni ta’ kemm hu xieraq li l-Kanada tintuża bħala pajjiż analogu possibbli f’dan il-każ. Dwar il-fatt li l-PRC titqies bħala pajjiż li qed jiżviluppa waqt li l-Kanada mhux, ġie nnutat li kif intqal fuq fil-punt (43), il-kwalità tal-prodotti tal-Kanada u taċ-Ċina hija waħda kumparabbli. Fuq il-bażi tal-verifiki fuq il-post li saru fil-bini tal-produtturi Ċiniżi u Kanadiżi, kien konkluż li ma kien hemm l-ebda differenzi kbar bejn il-faċilitajiet tal-produzzjoni u l-metodi tal-produtturi Ċiniżi u dawk Kanadiżi. Għal dawn ir-raġunijiet, l-istat tal-PRC bħala pajjiż li qed jiżviluppa mhuwiex punt relevanti f’dan ir-rigward, u ma jagħmilx l-għażla li l-Kanada tintuża bħala pajjiż analogu f’dan il-każ bħala waħda mhux raġonevoli.

    (45)

    Dwar l-allegazzjoni li r-relazzjoni bejn il-produttur Kanadiż li kkoopera u produttur ieħor fil-Komunità titfa’ dubji serji dwar l-oġġettività u l-eżattezza tat-tagħrif li ngħata, matul l-istħarriġ ma nstabet l-ebda bażi għal din l-allegazzjoni. Il-Kummissjoni vverifikat jekk ir-relazzjoni kellhiex xi effetti ta’ tagħwiġ fuq il-prezzijiet, l-ispejjeż tal-produzzjoni u fuq il-qligħ tal-produttur Kanadiż, l-aktar matul il-verifiki fuq il-post tat-tagħrif tal-kumpanija. Ma nstabet l-ebda indikazzjoni dwar dan it-tagħwiġ. Il-Kummissjoni stabbiliet li t-tagħrif mogħti kien eżatt u ta’ min jorbot fuqu u seta’ jintuża għall-għanijiet ta’ dan l-istħarriġ.

    (46)

    Minħabba dan t’hawn fuq, qed ikun konkluż b’mod proviżorju li l-Kanada huwa pajjiż analogu xieraq skond l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku.

    3.2.   It-twaqqif tal-valur normali

    (47)

    Skond l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, il-valur normali għall-produtturi esportaturi li kkooperaw kien stabbilit fuq il-bażi tat-tagħrif verifikat li l-Kummissjoni rċeviet mill-produttur fil-pajjiż analogu, i.e. fuq il-bażi tal-prezzijiet imħallsa jew li qed jitħallsu fis-suq domestiku tal-Kanada għat-tipi kumparabbli tal-prodott, minħabba li dawn instabu li kienu qed isiru fil-kors ordinarju tal-kummerċ.

    (48)

    Bħala riżultat ta’ dan, il-valur normali kien stabbilit mill-produttur li kkoopera fil-Kanada bħala l-prezz medju mwieżen tal-bejgħ domestiku għal konsumaturi mhux relatati għal kull tip.

    4.   Il-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni

    (49)

    Il-bejgħ kollu ta’ l-esportazzjoni lejn il-Komunità taż-żewġ produtturi esportaturi sar direttament lil konsumaturi indipendenti fil-Komunità. Għalhekk, il-prezz ta’ l-esportazzjoni kien stabbilit skond l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku fuq il-bażi tal-prezzijiet li tħallsu jew li qed jitħallsu attwalment. Dwar iż-żewġ produtturi esportaturi l-oħra, parti mill-bejgħ ta’ l-esportazzjoni tagħhom lejn il-Komunità sar lil importaturi li magħhom l-esportaturi kellhom arranġament kuntrattwali ta’ kumpens li wassal biex il-prezzijiet ma jkunux ta’ min jorbot fuqhom. F’dawn il-każijiet, skond l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku, il-prezz ta’ l-esportazzjoni ssawwar fuq il-bażi tal-prezzijiet tal-bejgħ mill-ġdid lill-konsumaturi indipendenti fil-Komunità. L-aġġustamenti saru għall-ispejjeż kollha li saru bejn l-importazzjoni u l-bejgħ mill-ġdid, inklużi l-bejgħ, l-ispejjeż ġenerali u amministrattivi, u għall-qligħ. Il-qligħ użat għal dan il-għan kien il-profitt medju miksub mill-importaturi mhux relatati tal-prodott ikkonċernat li kkooperaw.

    5.   Il-paragun

    (50)

    Il-paragun bejn il-valur normali u l-prezz ta’ l-esportazzjoni sar fuq il-bażi ta’ ex-factory u fl-istess livell ta’ kummerċ. Biex ikun żgurat paragun ġust, skond l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku tqiesu wkoll id-differenzi fil-fatturi li wrew li kienu qed jolqtu l-prezzijiet u t-tqabbil bejn il-prezzijiet. Fuq din il-bażi, saru l-aġġustamenti, fejn meħtieġa, għad-differenzi fit-trasport, in-nefqa ta’ l-assikurazzjoni, l-ispejjeż ta’ l-immaniġġjar u t-tagħbija, l-ispejjeż ta’ l-ippakkjar, l-ispejjeż tal-kreditu kif ukoll ir-roħs.

    (51)

    Dwar il-Kanada bħala pajjiż analogu, l-istħarriġ wera li fil-makkinarju Kanadiż kollu ta’ ġarr ta’ pallets bl-idejn kien qed jintuża brejk ta’ l–idejn, waqt li dan ma kienx il-każ dwar il-maġġoranza tal-prodotti Ċiniżi. Għalhekk, għall-prezzijiet tal-Kanada sar aġġustament xieraq taħt l-Artikolu 2(10)(a) tar-Regolament bażiku biex jitneħħa l-effett tal-brejk ta’ l-idejn. Barra minn hekk, ċerti prodotti Kanadiżi kellhom ukoll furkettuni li kienu eħfef fit-toqol minn dawk tal-prodotti Ċiniżi. Għalhekk, sar ukoll aġġustament xieraq fil-prezzijiet tal-Kanada taħt l-Artikolu 2(10)(a) tar-Regolament bażiku biex f’dawn il-prodotti jitneħħa l-effett ta’ din id-differenza.

    6.   Il-marġinu tal-bejgħ taħt il-prezz

    6.1.   Il-marġinu tad-dumping għall-produtturi esportaturi li kkooperaw u li ngħataw it-TI

    (52)

    Għall-erba’ produtturi esportaturi li ngħataw it-TI, il-valuri normali medju mwieżen għal kull tip esportat lejn il-Komunità li kien stabbilit għall-pajjiż analogu kien imqabbel mal-prezz medju mwieżen ta’ l-esportazzjoni tat-tip li jikkorrispondi li kien esportat lejn il-Komunità mill-produtturi esportaturi, kif ikkontemplat taħt l-Artikolu 2(11) tar-Regolament bażiku.

    6.2.   Il-marġinu ta’ bejgħ taħt il-prezz għall-produtturi esportaturi l-oħra kollha

    (53)

    Biex jinħadem il-marġinu ta’ dumping fil-pajjiż li jkun jgħodd għall-esportaturi l-oħra kollha tal-PRC, il-Kummissjoni l-ewwel stabbiliet il-livell ta’ kooperazzjoni. Sar paragun bejn l-importazzjonijiet totali tal-prodott ikkonċernat li ġej mill-PRC kif dehru fl-istatistika ta’ l-Eurostat u l-volumi esportati mill-erba’ produtturi esportaturi li kkooperaw. Meta wieħed iqis li l-volumi sħaħ ta’ l-esportazzjoni kif rappurtati mill-produtturi esportaturi li kkooperaw kienu ferm inqas mill-volum ta’ l-importazzjoni rappurtat fl-istatistika ta’ l-Eurostat matul il-PS, kien konkluż b’mod proviżiorju li kien hemm nuqqas sostanzjali ta’ kooperazzjoni (madwar 47 % ta’ l-importazzjonijiet kollha tal-prodott ikkonċernat fil-Komunità). Biex ikun evitat li l-produtturi esportaturi jgawdu min-nuqqas ta’ kooperazzjoni tagħhom u minħabba li ma kien hemm l-ebda indikazzjonijiet li l-marġini tad-dumping tal-produtturi li ma kkooperawx kienu iktar baxxi, il-marġinu tad-dumping għall-pajjiż kollu kien stabbilit bħala l-medja tal-marġini tad-dumping stabbiliti għall-iktar tipi ta’ prodotti esportati tal-produtturi esportaturi li kkooperaw, li nstabet li kienet ogħla mill-ogħla marġinu tad-dumping individwali stabbilit għall-produttur esportatur li kkoopera.

    6.3.   Il-marġini temporanji ta’ bejgħ taħt il-prezz għall-PRC

    (54)

    Il-marġini temporanji ta’ bejgħ taħt il-prezz imfissra bħala persentaġġ tal-prezz nett, b’dazju mhux imħallas meta l-prodott jidħol fil-Komunità, huma:

    Ningbo Liftstar Material Transport Equipment Factory

    37,6  %

    Ningbo Ruyi Joint Stock Co. Ltd

    29,7  %

    Ningbo Tailong Machinery Co. Ltd

    40,3  %

    Zhejiang Noblelift Equipment Joint Stock Co. Ltd

    35,9  %

    Il-kumpaniji l-oħrajn kollha

    49,6  %

    D.   L-INDUSTRIJA TAL-KOMUNITÀ

    1.   Il-produzzjoni tal-Komunità

    (55)

    L-istħarriġ wera fuq il-bażi tat-tagħrif mibgħut mill-kumpaniji li kkooperaw li matul il-PS il-makkinarju tal-ġarr ta’ pallets bl-idejn kien maħdum minn:

    l-erba’ produtturi applikanti tal-Komunità;

    produttur ieħor, li madankollu waqaf milli jipproduċi wara l-PS u sar importatur.

    Jista’ jkun hemm xi ftit produtturi żgħar oħra li kellhom volumi ta’ produzzjoni żgħar ħafna, li ma kkooperawx fl-istħarriġ.

    (56)

    Għalhekk, kien konkluż b’mod proviżorju li l-makkinarju tal-ġarr ta’ pallets bl-idejn maħduma mill-ħames produtturi msemmija fuq isawwar il-produzzjoni tal-Komunutà fit-tifsira ta’ l-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku.

    2.   Definizzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità

    (57)

    L-ilment sar minn erba’ produtturi, Bolzoni SpA, BT products AB, Franz Kahl GmbH u Pramac Lifters SpA, li kollha kkooperaw fl-istħarriġ. Flimkien dawn il-produtturi jirrappreżentaw aktar minn 60 % tal-produzzjoni sħiħa tal-Komunità ta’ makkinarju tal-ġarr ta’ pallets bl-idejn. Għalhekk, dawn jitqiesu li jsawru “l-industrija tal-Komunità” fit-tifsira ta’ l-Artikoli 4(1) u 5(4) tar-Regolament bażiku u minn hawn ’il quddiem se jibdew jissejħu hekk.

    E.   ID-DANNU

    1.   Il-Konsum tal-Komunità

    (58)

    Il-konsum tal-Komunità kien ibbażat fuq il-volum ikkumbinat ta’ l-importazzjonijiet kollha fil-Komunità tal-makkinarju ta’ ġarr ta’ pallets bl-idejn, ibbażat fuq l-istatistika ta’ l- Eurostat, il-bejgħ kollu vverifikat ta’ l-industrija tal-Komunità, kif ukoll il-bejgħ ta’ produttur ieħor tal-Komunità li fl-2004 waqaf milli jipproduċi aktar.

    (59)

    Matul il-PS, il-konsum tal-Komunità ta’ makkinarju ta’ ġarr ta’ pallets bl-idejn kien ta’ madwar 493 000 unità. Din il-figura hija 17 % ogħla milli fil-bidu tal-perjodu kkunsidrat.

    Konsum tal-Komunità

    2000

    2001

    2002

    2003

    PS

    Makkinarju ta’ ġarr ta’ pallets bl-idejn (f’unitajiet)

    422 008

    428 255

    413 561

    491 648

    492 814

    Indiċi

    100

    101

    98

    117

    117

    2.   L-Importazzjonijiet ta’ makkinarju ta’ ġarr ta’ pallets bl-idejn mill-PRC fil-Komunità

    (a)   Il-volum u s-sehem tas-suq ta’ l-importazzjonijiet

    (60)

    Fuq il-bażi ta’ l-istatistika ta’ l-Eurostat, il-volum ta’ l-importazzjonijiet mill-PRC żdied sostanzjalment matul il-perjodu kkunsidrat, i.e. b’138 %. Iż-żieda fl-importazzjonijiet dehret l-aktar bejn l-2002 u l-2003 meta dwan żdiedu b’51 %.

    Importazzjonijiet sħaħ li nbiegħu taħt il-prezz (unitajiet)

    2000

    2001

    2002

    2003

    PS

    Importazzjonijiet mill-PRC (f’unitajiet)

    118 392

    157 379

    183 282

    277 304

    282 339

    Indiċi

    100

    133

    155

    234

    238

    (61)

    Is-sehem tas-suq ta’ l-importazzjonijiet li nbiegħu taħt il-prezz żdied sew b’aktar minn 100 % matul il-perjodu kkunsidrat. Is-sehem miżjud tas-suq ittieħed kollu mis-sehem li qabel kien miżmum mill-industrija tal-Komunità.

    Is-sehem tas-suq ta’ l-importazzjonijiet li nbiegħu taħt il-prezz

    2000

    2001

    2002

    2003

    PS

    Is-sehem tas-suq ta’ l-importazzjonijiet mill-PRC

    28  %

    37  %

    44  %

    56  %

    57  %

    Indiċi

    100

    131

    158

    201

    204

    (b)   Il-prezzijiet ta’ l-importazzjonijiet li nbiegħu taħt il-prezz

    (62)

    Skond l-istatistika ta’ l-Eurostat, il-prezz medju ta’ l-importazzjonijiet li nbiegħu taħt il-prezz mill-PRC naqas bejn is-sena 2000 u l-PS b’34 %. Il-prezzijiet baqgħu stabbli sa l-2001, imbagħad dawn naqsu għal 12 % fl-2002 u komplew jonqsu aktar b’25 % oħra bejn l-2002 u l-2003.

    Il-prezz ta’ importazzjonijiet li nbiegħu taħt il-prezz għal kull unità

    2000

    2001

    2002

    2003

    PS

    Prezz għal kull unità

    127

    127

    112

    84

    84

    Indiċi

    100

    100

    88

    66

    66

    (c)   Il-bejgħ bi prezz irħas

    (63)

    Biex ikun stabbilit il-bejgħ bi prezz irħas, il-Kummissjoni analizzat it-tagħrif tal-prezz għall-PS. Il-prezz nett medju mwieżen tal-bejgħ fuq bażi ta’ ex works għal konsumaturi mhux relatati ta’ l-industrija tal-Komunità u wara t-tnaqqis li jkun sar mir-roħs kien imqabbel mal-prezz medju mwieżen ta’ l-importazzjoni tat-tipi kumparabbli tal-produtturi esportaturi Ċiniżi li kkooperaw fuq l-istess livell ta’ kummerċ, i.e. il-bejgħ lid-distributuri. Il-prezzijiet ta’ l-importazzjoni kienu fuq livell ta’ CIF u sar aġġustament xieraq biex ikunu inklużi d-dazji doganali li normalment jitħallsu fuq l-importazzjoni. F’żewġ każijiet, fejn l-importaturi nstabu li kellhom arranġament kuntrattwali ta’ kumpens mal-produtturi esportaturi Ċiniżi, intużaw il-prezzijiet tal-bejgħ mill-ġdid lil konsumaturi mhux relatati ta’ dawn l-importaturi.

    (64)

    Fuq dik il-bażi, l-eżistenza tal-bejgħ bi prezz irħas kienet stabbilita b’mod proviżorju għall-importazzjonijiet mill-PRC. Il-livell ta’ bejgħ bi prezz irħas, imfisser bħala persentaġġ tal-prezz medju tal-bejgħ ta’ l-industrija tal-Komunità, instab li għall-produtturi esportaturi kollha dan kien aktar minn 55 %.

    3.   Is-Sitwazzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità

    (a)   Rimarka tal-bidu

    (65)

    Skond l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, l-istħarriġ ta’ l-impatt ta’ l-importazzjonijiet li nbiegħu taħt il-prezz fuq l-industrija tal-Komunità inkluda valutazzjoni tal-fatturi u l-indiċi ekonomiċi kollha li kellhom effett fuq l-istat ta’ l-industrija mis-sena 2000 (is-sena bażi) sal-PS.

    (b)   Il-produzzjoni, il-ħila u l-użu tal-ħila

    Produzzjoni fil-Komunità

    2000

    2001

    2002

    2003

    PS

    Produzzjoni (f’unitajiet)

    272 017

    235 742

    205 824

    196 275

    181 114

    Indiċi

    100

    87

    76

    72

    67

    Ħila (f’unitajiet)

    381 680

    401 735

    400 030

    392 625

    393 255

    Indiċi

    100

    105

    105

    103

    103

    Użu tal-ħila

    71 %

    59 %

    51 %

    50 %

    46 %

    Indiċi

    100

    82

    72

    70

    65

    (66)

    Matul il-perjodu kkunsidrat, il-produzzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità naqset bi 33 %. Waqt li l-ħila tal-produzzjoni baqgħet kważi l-istess, matul l-istess perjodu l-użu tal-ħila naqas flimkien mal-produzzjoni.

    (c)   Ħażniet

     

    2000

    2001

    2002

    2003

    PS

    Ħażniet f’unitajiet

    12 196

    15 491

    11 223

    13 262

    13 929

    Indiċi

    100

    127

    92

    109

    114

    (67)

    Minħabba l-waqgħa fil-bejgħ, kien hemm żieda ġenerali żgħira fil-livelli ta’ ħażniet. Minkejja dan, l-istħarriġ wera li l-iżvilupp ta’ ħażniet mhuwiex meqjus bħala indikatur relevanti b’mod partikolari tas-sitwazzjoni ekonomika ta’ l-industrija tal-Komunità; dan minħabba li l-produtturi tal-Komunità ġeneralment jipproduċu skond ordnijiet speċifiċi, u għalhekk il-ħażniet ikunu oġġetti li jkunu qed jistennew li jispiċċaw għand il-konsumaturi.

    (d)   Il-volum ta’ bejgħ, il-prezz tal-bejgħ u s-sehem tas-suq

    Bejgħ fil-KE

    2000

    2001

    2002

    2003

    PS

    Volum (f’unitajiet)

    147 002

    144 166

    126 821

    113 701

    111 374

    Indiċi

    100

    98

    86

    77

    76

    Sehem tas-suq

    35 %

    34 %

    31 %

    23 %

    23 %

    Indiċi

    100

    97

    88

    66

    66

    Prezz tal-bejgħ (Euro/unita)

    290

    285

    278

    267

    267

    Indiċi

    100

    98

    96

    92

    92

    (68)

    Għalkemm il-konsum tal-Komunità żdied bejn is-sena 2000 u l-PS, il-volum ta’ bejgħ ta’ l-industrija tal-Komunità naqas sew. Għalhekk, is-sehem tas-suq tagħha waqa’ drastikament kif muri fuq. Dan għandu jitqies f’kuntrast ma’ l-iżvilupp ta’ importazzjonijiet mill-PRC li s-sehem tas-suq tagħha żdied sew matul il-perjodu kkunsidrat.

    (69)

    L-industrija tal-Komunità tilfet 34 % tas-sehem tas-suq tagħha bejn is-sena 2000 u l-PS.

    (70)

    Matul il-perjodu kkunsidrat, il-prezzijiet ta’ l-unità tal-produzzjoni proprja ta’ l-industrija tal-Komunità għall-bejgħ lil konsumaturi mhux relatati fil-Komunità naqas sew. Dan it-tnaqqis deher sew bejn is-sena 2001 u l-2003 meta l-prezzijiet tal-bejgħ naqsu b’6 %.

    (71)

    Tradizzjonalment, f’dan is-suq, il-prezzijiet kienu influwenzati mill-kwalità tal-prodott, is-servizz ta’ wara l-bejgħ u l-garanziji offruti mill-produtturi. Madankollu, matul il-perjodu kkunsidrat din is-sitwazzjoni nbidlet radikalment u matul il-PS il-prezz sar il-fattur ewlieni tal-bejgħ. Waqt li l-prezzijiet tal-bejgħ ta’ l-unità naqsu bi 8 % bejn is-sena 2000 u l-PS, in-nefqa ta’ l-unità tal-produzzjoni żdiedet, għaliex il-prezz għall-materjal ewlieni mhux maħdum, l-azzar, li jinkludi fih parti importanti min-nefqa tal-produzzjoni, baqa’ jiżdied, l-aktar matul il-PS.

    (72)

    Peress li l-prezzijiet ta’ l-industrija tal-Komunità ma setgħux ilaħħqu maż-żieda fin-nefqa tal-produzzjoni, minħabba t-trażżin tal-prezz marbut ma’ l-importazzjonijiet li nbiegħu taħt il-prezz, l-industrija tal-Komunità ġarrbet waqgħa fil-qligħ tagħha.

    (e)   Fatturi li jolqtu l-prezzijiet tal-Komunità

    (73)

    L-istħarriġ wera li fil-PS l-importazzjonijiet li nbiegħu taħt il-prezz kienu qed ibaxxu l-prezz medju diġà batut ta’ l-industrija tal-Komunità b’aktar minn 59 % (ara l-punt (64) fuq). Dan il-bejgħ bi prezz irħas wassal għal prezzijiet li magħhom ġabu t-telf għall-industrija tal-Komunità fi żmien meta dawn kellhom jiżdiedu biex ikopru l-ispejjeż żejda.

    (f)   It-Tkabbir

    (74)

    Bejn is-sena 2000 u l-PS, meta l-konsum tal-Komunità żdied bi 17 %, il-volumi tal-bejgħ ta’ l-industrija tal-Komunità fis-suq tal-Komunità naqsu b’24 %. L-industrija tal-Komunità tilfet 12-il punt perċentwali mis-sehem tas-suq waqt li, kif indikat fuq, l-importazzjonijet li nbiegħu taħt il-prezz żiedu 29 punti perċentwali mis-sehem tas-suq matul l-istess perjodu.

    (g)   Il-profitabbiltà

    (75)

    Il-profitabbiltà ta’ l-industrija tal-Komunità waqgħet drastikament matul il-perjodu, li wassal għal ħafna telf fl-2002, u kompliet marret għall-agħar matul is-sena 2003 u l-PS.

    Profitabbiltà

    2000

    2001

    2002

    2003

    PS

    Qligħ qabel it-taxxa/marġinu ta’ telf

    0,28  %

    0,51  %

    –0,60  %

    –1,89  %

    –2,31  %

    Indiċi

    100

    181

    – 212

    – 665

    – 815

    (h)   Investimenti, id-dħul fuq l-investiment, il-likwidità u l-ħila li jiżdied il-kapital

     

    2000

    2001

    2002

    2003

    PS

    Investimenti (f’Euro)

    727 783

    2 297 136

    2 570 831

    1 378 790

    1 552 986

    Indiċi

    100

    316

    353

    189

    213

    Dħul fuq l-investiment

    0,05

    0,10

    –0,14

    –0,36

    –0,45

    Indiċi

    100

    220

    – 290

    – 776

    – 963

    Likwidità (f’Euro)

    231 559

    1 511 068

    1 253 486

    –81 556

    – 659 913

    Indiċi

    100

    653

    541

    –35

    – 285

    (76)

    L-akbar investimenti saru matul il-perjodu kkunsidrat, l-aktar fl-2001 u l-2002. Għandu jkun innutat li l-produtturi tal-Komunità huma kumpaniji stabbiliti sew bi tradizzjoni twila fil-produzzjoni ta’ makkinarju ta’ ġarr ta’ pallets bl-idejn. Għalhekk, investimenti ta’ rimpjazzament, li kienu jiffurmaw parti sostanzjali mill-investimenti, kienu meħtieġa biex dawn jibqgħu kompetittivi.

    (77)

    Minħabba l-bdil fil-kundizzjonijiet tas-suq u b’mod aktar speċifiku r-riduzzjoni fil-prezzijiet tal-bejgħ, l-investimenti l-ġodda matul il-PS kienu sa ċertu punt jew postposti jew ikkanċellati, minkejja l-espansjoni li kienet qed tiżdied fil-kosmum tal-Komunità.

    (78)

    Id-dħul fuq l-investiment, imfisser f’termini tal-qligħ nett ta’ l-industrija tal-Komunità u l-valur nett fuq il-kotba ta’ l-investimenti tagħha, segwa x-xejra tal-profitabbiltà u naqas b’1 063 % matul il-perjodu kkunsidrat.

    (79)

    Il-likwidità ta’ l-industrija tal-Komunità naqset bi 385 % matul il-perjodu kkunsidrat, f’linja max-xejra fil-profitabbiltà.

    (80)

    L-istħarriġ wera li għall-industrija tal-Komunità kien sar aktar diffiċli biex jiżdied il-kapital matul il-perjodu kkunsidrat, l-aktar minħabba ż-żieda fit-telf li din ġarrbet lejn it-tmiem ta’ dan il-perjodu u l-PS.

    (i)   Impjiegi, produttività u pagi

     

    2000

    2001

    2002

    2003

    PS

    Impjiegi

    489

    488

    468

    452

    434

    Indiċi

    100

    100

    96

    92

    89

    In-nefqa medja tax-xogħol għal kull ħaddiem (Euro)

    29 439

    29 261

    29 455

    29 647

    29 393

    Indiċi

    100

    99

    99

    99

    99

    Produttività (għal kull ħaddiem)

    3 804

    3 443

    3 395

    3 372

    3 287

    Indiċi

    100

    91

    89

    89

    86

    (81)

    Ix-xogħol għall-prodott li jixxiebah naqas matul il-perjodu kkunsidrat. Il-produttività għal kull ħaddiem (stabbilita fuq il-bażi tan-mumru ta’ unitajiet maħduma diviż bin-numru ta’ ħaddiema) naqset bejn is-sena 2000 u 2002 bi 11 % u bi 3 % oħra bejn is-sena 2003 u l-PS. Madankollu, dan ġara minħabba t-tnaqqis aktar mgħaġġel fil-volum tal-produzzjoni aktar milli x-xogħol. In-nefqa medja tax-xogħol għal kull ħaddiem, li tirrifletti l-pagi, ma żdiditx skond l-inflazzjoni, iżda baqgħet stabbli matul il-perjodu kkunsidrat.

    (82)

    Il-produtturi tal-Komunità għamlu sforzi biex jiġu użati aħjar il-faċilitajiet tal-produzzjoni; dawn kienu jinkludu l-għeluq ta’ fabbriki kif ukoll tnaqqis fin-numru ta’ ħaddiema. Il-produtturi tal-Komunità irnexxielhom jillimitaw in-nuqqas ta’ xogħol billi ttrasferew parti mill-forza tax-xogħol lejn dawk l-oqsma tan-negozju li jħallulhom l-aktar qligħ.

    (j)   Il-kobor tal-bejgħ taħt il-prezz, l-irkupru minn bejgħ taħt il-prezz li sar fl-imgħoddi jew l-għoti ta’ sussidji

    (83)

    L-impatt fuq l-industrija tal-Komunità tal-kobor tal-marġinu attwali ta’ bejgħ taħt il-prezz ma jistax jitiqies bħala wieħed ta’ importanza żgħira meta wieħed iqis il-volum u l-prezzijiet ta’ l-importazzjonijiet ikkonċernati.

    (84)

    Aktar minn hekk, ma kien hemm l-ebda indikazzjonijiet li l-industrija tal-Komunità kienet qed tirkupra, matul il-PS, mill-effetti ta’ dumping li kien hemm fl-imgħoddi jew mill-għoti ta’ sussidji.

    4.   Konklużjoni fuq id-dannu

    (85)

    Matul il-perjodu kkunsidrat il-preżenza ta’ importazzjonijiet bi prezz irħas mill-PRC żdiedet sew fis-suq tal-Komunità, u l-indikaturi kollha tad-dannu relevanti għas-sitwazzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità urew żvilupp negattiv.

    (86)

    Uħud mill-indikaturi ħżienu aktar matul il-perjodu kkunsidrat. Dan kien il-każ għall-volum tal-produzzjoni, il-volum tal-bejgħ, is-sehem tas-suq, il-profitabbiltà, id-dħul fuq l-investimenti u l-likwidità.

    (87)

    Meta jitqiesu dawn il-fatturi kollha, l-aktar il-waqgħa tas-sehem tas-suq ta’ l-industrija tal-Komunità fi żmien li kien qed jiżdied il-konsum u t-telf finanzjarju kbir li wassal biex matul il-PS jaqgħu l-livelli ta’ l-investiment, qed jitqies b’mod proviżorju li l-industrija tal-Komunità ġarrbet dannu materjali fit-tifsira ta’ l-Artikolu 3(1) u 3(5) tar-Regolament bażiku.

    F.   IL-KAWŻAR TAD-DANNU

    1.   Daħla

    (88)

    Skond l-Artikoli 3(6) u 3(7) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni stħarrġet jekk l-importazzjonijiet mill-PRC ta’ makkinarju ta’ ġarr ta’ pallets bl-idejn li nbiegħu bi prezz irħas ħolqux dannu materjali li kellha ġġarrab l-industrija tal-Komunità. Il-fatturi magħrufa għajr l-importazzjonijiet bi prezz irħas, li fl-istess żmien setgħu kienu qed jagħmlu dannu lill-industrija tal-Komunità, kienu eżaminati wkoll biex ikun żgurat li d-dannu li seta’ kien hemm minn dawn il-fatturi l-oħra ma kienx attribwit għall-importazzjonijiet li nġiebu bi prezz irħas.

    2.   L-Effett ta’ l-importazzjonijiet bi press irħas

    (89)

    L-importazzjonijiet bi prezz irħas mill-PRC żdiedu bi 138 % matul il-perjodu taħt eżami. Din iż-żieda seħħet b’pass aktar mgħaġġel mill-konsum tal-Komunità, li dan żdied bi 17 % matul l-istess perjodu. L-importazzjonijiet miżjuda u ż-żieda fil-konsum ħabtu flimkien ma’ perjodu li fih għall-industrija tal-Komunità kien hemm tnaqqis fil-volum tal-bejgħ. Is-sehem tas-suq ta’ l-importazzjonijiet bi prezz irħas żdied b’aktar minn 100 % matul il-perjodu kkunsidrat. Dan is-sehem tas-suq miżjud ta’ l-importazzjonijiet ħabat ma’ waqgħa proporzjonata fis-sehem tas-suq ta’ l-industrija tal-Komunità fil-PS. Għalhekk jidher ċar li l-importazzjonijiet irnexxielhom jakkwistaw il-parti tas-sehem tas-suq li kienet tilfet l-industrija tal-Komunità.

    (90)

    Din iż-żieda fl-importazzjonijiet wasslet ukoll biex l-industrija tal-Komunità traħħas il-prezzijiet tagħha b’marġini sostanzjali sew. Għalhekk jista’ jingħad b’mod raġonevoli li dawn kienu responsabbli għall-waqgħa fil-prezzijiet li wasslet għal telf kbir għall-industrija tal-Komunità. Il-livelli baxxi tal-prezzijiet ta’ l-importazzjonijiet bi prezz irħas ikkawżaw ukoll trażżin fil-prezz u l-industrija tal-Komunità ma setgħetx iżżid il-prezzijiet tagħha biex tkopri ż-żieda fin-nefqa. Barra minn hekk, l-industrija tal-Komunità ma setgħex iżżid l-użu tal-ħila tagħha, kif seta’ ġara b’mod raġonevoli meta wieħed iqis iż-żieda fil-kosnum li ġiet osservata matul il-perjodu kkunsidrat.

    (91)

    Għalhekk, wieħed jista’ jikkonkludi b’mod proviżorju li l-pressjoni li ħolqu l-importazzjonijiet ikkonċernati, li żiedu sostanzjalment il-volum u s-sehem tas-suq tagħhom u li saru bi prezzijiet baxxa u mraħħsa, kellha sehem importanti ħafna biex tiddeterorja s-sitwazzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità, l-aktar f’termini ta’ bejgħ u sehem tas-suq mitluf, profitabbiltà, id-dħul fuq l-investiment u l-ħila li jiżdied il-kapital.

    3.   L-effetti tal-fatturi l-oħra

    (a)   It-turija ta’ l-esportazzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità

    (92)

    Kien innutat li t-turija ta’ l-esportazzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità kienet naqset matul il-PS. Madankollu, il-volum ta’ l-esportazzjonijiet barra l-Komunità matul il-perjodu kkunsidrat kien jirrappreżenta biss 11 % tal-volum sħiħ tal-bejgħ ta’ l-industrija tal-Komunità. Bħala medja, il-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni nstabu li matul il-perjodu kkunsidrat kienu aktar baxxi mill-prezzijiet li kien hemm fil-Komunità. Madankollu, dan ġara l-aktar minħabba t-taħlita differenti tal-prodott. Għandu jkun innutat ukoll li l-preżenza ta’ produtturi Ċiniżi fis-swieq ta’ l-esportazzjoni wasslet biex l-esportazzjonijiet ta’ l-industrija tal-Komunità ġġarrab inqas qligħ. Minkejja dan, kuntrarju għall-bejgħ fil-Komunità, l-esportazzjonijiet xorta kienu għadhom qed jaqalgħu qligħ żgħir sal-PS, u għalhekk ma setgħux għenu sostanzjalment għad-dannu li ġarrbet l-industrija tal-Komunità.

    Bejgħ ta’ l-esportazzjoni barra l-KE

    2000

    2001

    2002

    2003

    PS

    Volum (f’unitajiet)

    28 454

    20 996

    19 774

    16 714

    14 736

    Indiċi

    100

    74

    69

    59

    52

    Prezz tal-bejgħ (Euro/unità)

    245

    232

    223

    222

    226

    Indiċi

    100

    95

    91

    91

    92

    (93)

    Meta wieħed iqis il-kontribuzzjoni żgħira tal-bejgħ għall-esportazzjoni għan-negozju ġenerali ta’ l-industrija tal-Komunità, din ma tistax titqies bħala fattur li kien qed jikkawża dannu materjali lill-kumpaniji kkonċernati.

    (b)   L-investimenti ta’ l-industrija tal-Komunità

    (94)

    Ġie nnutat li matul il-perjodu taħt eżami kienu saru investimenti kbar u sostanzjali. L-investimenti l-kbar li saru matul is-sena 2001 u l-2002 kienu ilhom imfassla mill-1999, li kien qabel id-dħul fuq skala wiesgħa taċ-Ċina fis-suq tal-Komunità; fin-nuqqas ta’ importazzjonijiet bi prezz irħas dawn normalment kienu jitqiesu bħala deċiżjonijiet tajbin ħafna. Barra dan, il-parti l-kbira ta’ l-investiment kien jikkonsisti minn investiment ta’ rimpjazzament.

    (c)   L-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra

    (95)

    Dwar l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra, kwalunkwe dannu materjali ma jistax ikun ġej minn dawn l-importazzjonijiet minħabba li ftit importazzjonijiet biss jaslu minn sorsi oħra għajr il-PRC. L-importazzjonijiet l-oħra jirrappreżentaw biss 11 % ta’ l-importazzjonijiet kollha u s-sehem tas-suq tagħhom, li beda jmur lura mis-sena 2000, kien biss ta’ 4 % matul il-PS.

     

    2000

    2001

    2002

    2003

    PS

    Importazzjonijiet oħra (unitajiet)

    29 442

    20 426

    13 742

    19 804

    18 927

    Indiċi

    100

    69

    47

    67

    64

    Is-sehem tas-suq ta’ l-importazzjonijiet l-oħra

    7 %

    5 %

    3 %

    4 %

    4 %

    Indiċi

    100

    68

    48

    58

    55

    (96)

    L-istħarriġ wera wkoll li t-tkabbir tal-Komunità ma bidilx dawn ir-riżultati li kienu saru fuq il-bażi tal-ħmistax-il Stat Membru “l-qodma”. M’hemm l-ebda produzzjoni kbira fl-Istati Membri l-ġodda, minħabba li jeżistu biss ftit produtturi żgħar fil-Polonja, fir-Repubblika Ċeka, fis-Slovakkja u fis-Slovenja.

    (d)   Ir-rata tal-kambju Euro/Dollaru Amerikan

    (97)

    Uħud mill-partijiet interessati lmentaw li kwalunkwe dannu li setgħet ġarrbet l-industrija tal-Komunità ġara minħabba r-rata tal-kambju preferenzjali ta’ l-Euro/Dollaru Amerikan għall-produtturi Ċiniżi.

    (98)

    Fil-każ partikolari tal-prodott ikkonċernat, l-importazzjonijiet minn pajjiżi għajr il-PRC gawdew ukoll mill-apprezzament ta’ l-Euro. Madankollu, il-volumi ta’ dawn naqsu matul il-perjodu kkunsidrat, waqt li l-importazzjonijiet mill-PRC żdiedu fl-istess perjodu b’138 %. Għalkemm prima facie ma jistax ikun eskluż li l-apprezzament ta’ l-Euro vis-à-vis id-Dollaru Amerikan seta’ ta vantaġġ lill-importaturi tal-prodott ikkonċernat mill-PRC, il-fatt li ċ-ċaqliq tal-munita ma kellux effett fuq l-importazzjonijiet minn pajjiżi oħra, juri li dan ma jistax jitqies bħala fattur każwali għaliex l-importazzjonijiet bi prezz irħas mill-PRC imxew ’il quddiem.

    (e)   L-Imġieba tal-bejgħ

    (99)

    Uħud mill-partijiet interessati lmentaw ukoll li l-industrija tal-Komunità kienet qed toffri prodotti lil uħud mill-konsumaturi l-kbar tagħha bi prezzijiet li kienu sostanzjalment irħas mill-prezzijiet ta’ makkinarju ta’ ġarr ta’ pallets bl-idejn li kien impurtat mill-PRC. Skond dawn, ir-raġuni għal dan hija li dan il-makkinarju jintuża bħala “għodda ta’ bejgħ” għal materjali ta’ immaniġġjar li huma akbar u li jiswew iżjed. Dan seta’ ħoloq id-dannu li kien allegat mill-industrija tal-Komunità.

    (100)

    Ġie nnutat li fil-fatt dan il-makkinarju ħafna drabi jintuża bħala “għodda ta’ bejgħ” biex jikkonvinċi lill-konsumaturi jixtru pakkett ta’ makkinarju ta’ ġarr ta’ pallets bl-idejn u/jew tagħmir ieħor ta’ immaniġġjar li jiswa ħafna iżjed. Madankollu, m’hemm l-ebda indikazzjoni li dawn jistgħu jkunu fi kwantitajiet kbar jew bi prezzijiet verament baxxi.

    (f)   Żbalji strateġiċi li saru mill-produtturi tal-KE; bħalma huma l-prodotti ta’ kwalità baxxa u l-produzzjoni ta’ partijiet mill-kumpaniji stess

    (101)

    L-importaturi tal-Komunità allegaw li d-dannu li ġarrbet l-industrija tal-Komunità ġara, inter alia, minħabba l-introduzzjoni ta’ prodotti ta’ kwalità baxxa fis-suq tal-Komunità u minħabba l-partijiet li jagħmlu l-kumpaniji stess.

    (102)

    Fil-fatt, l-istħarriġ wera li uħud mill-produtturi tal-Komunità kienu introduċew mudelli ġodda ta’ kwalità inferjuri u bi prezz baxx meta mqabbla mal-mudelli standard tagħhom. Madankollu, dawn jinsistu li din kienet reazzjoni għad-dħul b’rata għolja ta’ importazzjonijiet bi prezz irħis mill-PRC ta’ dawn il-prodotti, aktar milli żvilupp normali tas-suq.

    (103)

    L-istess raġuni tingħata mill-produtturi tal-Komunità dwar ir-raġuni għaliex dawn il-kumpaniji bdew jipproduċu huma stess il-provvista ta’ ċerti partijiet. Huma jħossu li waqt li qed jitkompla l-bejgħ bi prezz irħas b’importazzjonijiet miċ-Ċina, dawn għandhom jgħollu kemm jista’ jkunu l-profitti waqt li jnaqqsu t-telf.

    4.   Konklużjoni fuq x’wassal għas-sitwazzjoni preżenti

    (104)

    L-istħarriġ wera li kwantitajiet kbar ta’ importazzjonijiet bi prezz irħis wasslu biex il-prezzijiet ta’ l-industrija tal-Komunità jaqgħu b’mod sostanzjali minħabba li din l-industrija ma kellhiex suċċess fil-ġlieda tagħha biex iżżomm is-sehem tas-suq u l-użu tajjeb tal-ħila tagħha; dan ġara l-aktar minħabba l-prezz tal-bejgħ irħis taċ-Ċina u t-trażżin fil-prezz. Matul l-istess perjodu, il-volum ta’ l-importazzjonijiet mill-PRC u s-sehem tas-suq tagħhom kompla jiżdied sew. Il-Kummissjoni kkonkludiet b’mod proviżorju li l-importazzjonijiet taċ-Ċina huma l-akbar, jekk mhux l-unika, kawża ta’ dannu li ġarrbet l-industrija tal-Komunità.

    (105)

    Meta wieħed iqis l-analiżi t’hawn fuq, li ddistingwiet u firdet kif xieraq l-effetti, jekk kien hemm, tal-fatturi magħrufa kollha fuq is-sitwazzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità mill-effetti tad-dannu ta’ l-importazzjonijiet bi prezz irħas, wieħed jista’ jikkonkludi b’mod proviżorju li dawn il-fatturi l-oħra ma għenu għall-ebda grad materjali għad-dannu li ġarrbet l-industrija tal-Komunità. Għalhekk, wieħed jista’ jikkonkludi b’mod proviżorju li d-dannu materjali li ġarrbet l-industrija tal-Komunità, kif deher ċar bid-deterjorazzjoni ta’ l-indikaturi kollha tad-dannu, l-aktar, is-sitwazzjoni li wasslet għat-telf, id-dħul negattiv fuq il-bejgħ u l-investimenti kif ukoll il-problemi biex jiżdied il-kapital, kienu ġejjin mill-importazzjonijiet bi prezz irħas mill-PRC.

    G.   L-INTERESS TAL-KOMUNITÀ

    1.   Rimarki ġenerali

    (106)

    Il-Kummissjoni stħarrġet jekk, minkejja l-konklużjoni proviżorja fuq l-eżistenza ta’ bejgħ inġurjuż taħt il-prezz, kienx hemm raġunijiet li setgħu wasslu għall-konklużjoni li mhuwiex fl-interess tal-Komunità li jiġu adottati miżuri f’dan il-każ partikolari. Għal dan il-għan, u skond l-Artikolu 21(1) tar-Regolament bażiku, l-impatt tal-miżuri possibbli fuq il-partijiet kollha involuti f’din il-proċedura kif ukoll il-konsegwenzi li ma jittieħdux il-miżuri kienu meqjusa fuq il-bażi ta’ l-evidenza li ġiet ippreżentata.

    2.   L-Interessi ta’ l-industrija tal-Komunità

    (107)

    Fl-imgħoddi l-industrija tal-Komunità kienet magħmula minn numru kbir ta’ produtturi żgħar u kbar ta’ makkinarju ta’ ġarr ta’ pallets bl-idejn. L-istħarriġ wera li diversi kumpaniji kienu waqfu mill-produzzjoni ta’ dawn qabel, matul jew immedjatament wara l-perjodu kkunsidrat. Ħafna minn dawn il-produtturi ta’ qabel kienu bidlu n-negozju ewlieni tagħhom u bħalissa qed jaġixxu bħala importaturi/kummerċjanti tal-prodott ikkonċernat. L-erba’ kumpaniji li jsawru l-industrija tal-Komunità kellhom jieħdu azzjonijiet drastiċi ta’ ristrutturar, bħalma huma l-għeluq ta’ impjanti tal-produzzjoni u l-implimentazzjoni ta’ politika ta’ nuqqas ta’ xogħol matul l-2003 u l-PS.

    (108)

    Wara l-impożizzjoni ta’ miżuri ta’ anti-dumping, huwa mistenni li kemm il-volumi tal-bejgħ u l-prezzijiet tal-bejgħ ta’ l-industrija tal-Komunità fis-suq tal-Komunità se jiżdiedu. Dan se jtejjeb il-profitabbiltà ta’ l-indstrija tal-Komunità u se jtaffi t-theddida ta’ iżjed għeluq. Barra dan, qed ikun previst ukoll li uħud mill-impjanti tal-produzzjoni li kien ngħalqu jistgħu jerġgħu jinfetħu b’opportunitajiet ġodda ta’ xogħol.

    (109)

    Mill-banda l-oħra, jekk il-miżuri ta’ anti-dumping ma jkunux imposti, x’aktarx li x-xejra negattiva ta’ l-industrija tal-Komunità tkompli. L-industrija tal-Komunità x’aktarx se tkompli titlef is-sehem tas-suq u t-telf se jkompli jikber fi żmien qasir. F’terminu ta’ żmien twil, il-produzzjoni fil-Komunità tista’ tieqaf.

    3.   L-Interessi tal-fornituri tal-Komunità

    (110)

    L-ebda fornitur tal-Komunità ta’ dan it-tip ta’ makkinarju ma deher f’dan l-istħarriġ billi wieġeb għall-kwistjonarju. Madankollu, huwa ċar li jekk ma jkun hemm l-ebda miżuri, ħafna mill-fornituri jistgħu jintlaqtu serjament u jkollhom jagħlqu. Ir-raġuni għal dan hija li dawn il-fornituri żgħar ta’ partijiet għall-produzzjoni ta’ idrawliċi jew il-fornituri ta’ roti jiddependu għall-għajxien tagħhom minn fuq il-bejgħ tagħhom ta’ partijiet lill-produtturi tal-Komunità li jaħdmu dan il-makkinarju għall-ġarr ta’ pallets bl-idejn.

    4.   L-Interess ta’ importaturi/kummerċjanti mhux relatati

    (111)

    Numru kbir ta’ importaturi/kummerċjanti mhux relatati wieġbu għall-kwistjonarju fiż-żmien stabbilit u kkooperaw fl-istħarriġ. Dawn kollha oġġezzjonaw għall-impożizzjoni ta’ miżuri.

    (112)

    L-importaturi/kummerċjanti li dehru f’dan il-każ ivarjaw ħafna kemm fil-qies tagħhom kif ukoll fl-importanza li dawn jagħtu lin-negozju ta’ dan il-makkinarju fl-operat tagħhom. Huwa korrett li numru żgħir ta’ importaturi/kummerċjanti jiddependu fuq in-negozju ta’ dan il-makkinarju li jista’ jirrappreżenta sa 95 % tal-fatturat tagħhom. Madankollu, għall-maġġoranza ta’ l-importaturi u l-kummerċjanti l-istħarriġ wera li l-bejgħ ta’ dan il-makkinarju jirrappreżenta inqas minn 3 % tal-bejgħ gross kollu. Jekk jiddaħħlu miżuri ta’ anti-dumping, x’aktarx li dawn il-kummerċjanti ma jintlaqtux serjament, minħabba li n-negozju ta’ dan il-makkinarju mhuwiex l-attività ewlenija tan-negozju tagħhom u jkun ferm eħfef għalihom li jibdlu il-portafoll tal-prodott tagħhom. Barra minn hekk, ħafna minn dawn l-importaturi/kummerċjanti huma, jew kienu, konsumaturi ta’ l-industrija tal-Komunità u jekk jiddaħħlu tali miżuri dawn ikunu jistgħu jaqilbu, jekk ikun meħtieġ, in-negozju tagħhom.

    (113)

    L-importaturi qajmu wkoll l-argument li l-produzzjoni tal-Komunità ma kinitx biżżejjed biex tlaħħaq mad-domanda u li l-importazzjonijiet kienu għalhekk meħtieġa. Dawn qalu wkoll li l-produtturi tal-Komunità ma setgħux jipprovdu l-istess kwalità u flessibbiltà fejn kellu x’jaqsam ir-riżultat tal-prodott ikkonċernat. Huwa ċar li l-produzzjoni tal-Komunità ma tistax tlaħħaq mal-ħtiġiet tal-konsum fil-Komunità, iżda fiha hemm kapaċità kbira li mhix użata u hemm ukoll sorsi oħra ta’ importazzjonijiet li jistgħu jagħmlu xi ftit tajjeb għal dan in-nuqqas. Barra dan, l-għan ta’ miżuri ta’ anti-dumping mhuwiex biex ineħħi l-importazzjonijiet mibjugħa taħt il-prezz, iżda wkoll li jiżguraw li dawn jidħlu fil-Komunità bi prezzijiet ġusti.

    (114)

    Għalhekk, qed ikun konkluż b’mod proviżorju li jekk jiddaħħlu xi miżuri, dawn ma jkollhomx impatt qawwi fuq is-sitwazzjoni ta’ l-importaturi/kummerċjanti mhux relatati ta’ dan il-makkinarju fil-Komunità.

    5.   L-Interess ta’ l-utenti

    (115)

    L-utenti l-kbar tal-makkinarju ta’ ġarr ta’ pallets bl-idejn jinkludu mħażen, supermarkets, kif ukoll kumpaniji tal-ġarr. Kien hemm żewġ utenti biss li wieġbu għall-kwistjonarju relevanti. Dawn l-utenti kienu żammew pożizzjoni newtrali dwar l-impożizzjoni ta’ miżuri. Aktar minn hekk, ma ġie ppreżentat l-ebda element dwar x’jista’ jkun l-impatt ta’ dawn il-miżuri ta’ anti-dumping fuq in-negozju tagħhom. Fi kwalunkwe każ, qed jitqies li dan il-makkinarju huwa ta’ importanza żgħira fin-negozju tagħhom.

    (116)

    In-nuqqas ta’ aktar kooperazzjoni mill-utenti f’dan il-każ iwassal għall-konklużjoni temporanja li l-miżuri ta’ anti-dumping mhux se jkollhom effett sostanzjali fuq is-sitwazzjoni ta’ l-utenti fil-Komunità.

    6.   Konklużjoni fuq l-interess tal-Komunità

    (117)

    Għandu jkun innutat li s-sitwazzjoni tal-Komunità li wasslet biex ikun hemm it-telf kienet ġejja mid-diffikultà ta’ din li tikkompeti ma’ importazzjonijiet mibjugħa b’mod inġust ferm inqas mill-prezz tas-suq.

    (118)

    Qed jitqies li l-impożizzjoni ta’ miżuri se twassal biex fis-suq ikun hemm mill-ġdid kompetizzjoni ġusta. L-industrija tal-Komunità għandha mill-inqas tkun kapaċi żżid il-volum u, forsi sa ċertu punt, il-prezzijiet tal-bejgħ tagħha, biex b’hekk tiġġenera l-livell meħtieġ ta’ dħul li jkun jiġġustifika l-issuktar ta’ l-investiment fil-faċilitajiet tal-produzzjoni tagħha. Jekk ma jiddaħħlux miżuri jkun hemm theddida serja għall-vijabbiltà ta’ l-industrija tal-Komunità, li l-għajbien tagħha tista’ tnaqqas il-provvista u l-kompetizzjoni għall-utenti.

    (119)

    Fuq il-bażi ta’ dan li ntqal hawn fuq, qed ikun konkluż b’mod proviżorju li l-impożizzjoni ta’ miżuri temporanji ta’ anti-dumping mhux se tkun kontra l-interess tal-Komunità.

    G.   MIŻURI TEMPORANJI TA’ ANTI-DUMPING

    1.   Il-Livell tat-tneħħija tad-dannu

    (120)

    Minħabba l-konklużjonijiet temporanji li ntlaħqu dwar il-bejgħ taħt il-prezz, id-dannu, il-kawżar u l-interess tal-Komunità, għandhom jiddaħħlu miżuri temporanji biex ikun evitat aktar dannu għall-industrija tal-Komunità minħabba l-importazzjonijiet mibjugħa taħt il-prezz tas-suq.

    (121)

    Għall-għan li jitwaqqaf il-livell ta’ miżuri temporanji, tqiesu kemm il-marġinu ta’ bejgħ taħt il-prezz li nstab kif ukoll l-ammont ta’ dazju meħtieġ biex jitneħħa d-dannu li ġarrbet l-industrija tal-Komunità.

    (122)

    Il-miżuri temporanji għandhom ikunu imposti fuq livell suffiċjenti biex ineħħu d-dannu li nħoloq b’dawn l-importazzjonijiet mingħajr ma jeċċedu l-marġinu ta’ bejgħ taħt il-prezz li nstab. Meta jinħadem l-ammont tad-dazju meħtieġ biex jitneħħew l-effetti ħżiena tal-bejgħ taħt il-prezz, tqies ukoll li kwalunkwe miżuri għandhom jippermettu li l-industrija tal-Komunità tkun tista’ tkopri n-nefqa tal-produzzjoni tagħha u li takkwista b’mod ġenerali qligħ qabel it-taxxa li jista’ jkun akkwistat b’mod raġonevoli minn industrija ta’ dan it-tip minn fuq il-bejgħ tal-prodott li jixxiebah fil-Komunità taħt kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni, i.e. fin-nuqqas ta’ importazzjonijiet mibjugħa taħt il-prezz. Il-marġinu ta’ qligħ qabel it-taxxa użat għal dan il-kalkolu kien ta’ 5 % tal-bejgħ gross, minħabba li deher ċar li dan kien il-livell ta’ qligħ li kien mistenni b’mod raġonevoli fin-nuqqas ta’ bejgħ taħt il-prezz li kien ta’ dannu. Dan ġara minħabba l-livell ta’ qligħ ta’ l-industrija tal-Komunità qabel ma l-importazzjonijiet miċ-Ċina fil-Komunità bdew jiżdiedu sew matul il-perjodu kkunsidrat. Fuq din il-bażi, għall-industrija tal-Komunità kien ikkalkulat prezz mhux offensiv għall-prodott li jixxiebah. Il-prezz mhux offensiv kien stabbilit billi żdied il-marġinu ta’ qligħ ta’ 5 % imsemmi fuq in-nefqa tal-produzzjoni.

    (123)

    Iż-żieda meħtieġa fil-prezz, imbagħad, kienet stabbilita fuq il-bażi ta’ paragun tal-prezz medju mwieżen ta’ l-importazzjoni, kif stabbilit għall-kalkoli għall-bejgħ bi prezz irħas, mal-prezz medju mhux offensiv tal-prodotti mibjugħa mill-industrija tal-Komunità fis-suq tal-Komunità. Kwalunkwe differenza li kienet ġejja minn dan il-paragun imbagħad kienet imfissra bħala persentaġġ tal-valur medju ta’ l-importazzjoni fuq bażi CIF. Fil-każijiet kollha dawn id-differenzi kienu aktar mill-marġinu tal-begħ taħt il-prezz li kien instab.

    2.   Miżuri temporanji

    (124)

    Minħabba li l-livell ta’ dannu huwa ogħla mill-marġinu ta’ bejgħ taħt il-prezz li ġie stabbilit, il-miżuri temporanji għandhom ikunu bbażati fuq dak ta’ l-aħħar, skond l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku. Ir-rata tad-dazju temporanju ta’ anti-dumping għall-PRC għandu jkun kif ġej:

    Il-PRC:

    Ir-rata tad-dazju AD

    Ningbo Liftstar Material Transport Equipment Factory, ir-Raħal ta’ Zhouyi, il-Belt ta’ Zhanqi, id-Distrett ta’ Yin Zhou, Ningbo City, il-Provinċja ta’ Zhejiang, 315144, PRC

    37,6  %

    Ningbo Ruyi Joint Stock Co., Ltd, 656 Triq North Taoyuan, Ninghai, il-Provinċja ta’ Zhejiang, 315600, PRC

    29,7  %

    Ningbo Tailong Machinery Co. Ltd, Żona ta’ Żvilupp Ekonomiku, Ninghai, Ningbo City, il-Provinċja ta’ Zhejiang, 315600, PRC

    40,3  %

    Zhejiang Noblelift Equipment Joint Stock Co. Ltd, 58, Triq Jing Yi, Żona ta’ Żvilupp Ekonomiku, Changxin, il-Provinċja ta’ Zhejiang, 313100, PRC

    35,9  %

    Il-kumpaniji l-oħra kollha

    49,6  %

    (125)

    Ir-rati tad-dazju individwali ta’ anti-dumping ta’ kumpaniji li huma speċifikati f’dan ir-Regolament kienu stabbiliti fuq il-bażi tar-riżultati ta’ l-istħarriġ preżenti. Għalhekk, dawn jirriflettu s-sitwazzjoni li nstabet matul dak l-istħarriġ fejn għandhom x’jaqsmu dawn il-kumpaniji. Dawn ir-rati tad-dazju (kontra d-dazju mifrux fuq il-pajjiż kollu li jgħodd għall-“kumpaniji l-oħra kollha”) għalhekk jgħoddu b’mod ekslussiv għall-importazzjonijiet ta’ prodotti li jkunu ġejjin mill-pajjiż ikkonċernat u maħdumin mill-kumpaniji u għalhekk mill-entitajiet legali speċifiċi li ssemmew diġà. Il-prodotti impurtati minn kwalunkwe kumpanija oħra mhux imsemmija speċifikament fil-parti ta’ l-operat ta’ dan ir-Regolament bl-isem u l-indirizz tagħha, inklużi entitajiet li huma relatati ma’ dawk li huma msemmija speċifikament, ma jistgħux igawdu minn dawn ir-rati u għandhom ikunu suġġetti għar-rata tad-dazju li tgħodd għall-“kumpaniji l-oħra kollha”.

    (126)

    Kull ilment li jagħmel talba għall-applikazzjoni ta’ dawn ir-rati ta’ dazju individwali ta’ anti-dumping ta’ dawn il-kumpaniji (eż. wara bidla fl-isem ta’ l-entità jew wara li jkunu twaqqfu entitajiet ġodda ta’ produzzjoni jew bejgħ) għandu jkun indirizzat minnufih lill-Kummissjoni (3) flimkien mat-tagħrif relevanti kollu, l-aktar kull modifikazzjoni fil-ħidmiet tal-kumpanija li jkunu marbuta mal-produzzjoni, il-bejgħ domestiku u ta’ l-esportazzjoni li hu assoċjat ma per eżempju dik il-bidla fl-isem jew dik il-bidla fl-entitajiet tal-produzzjoni u l-bejgħ. Il-Kummissjoni, jekk ikun xieraq, għandha, wara li tkun ikkonsultat lill-Kumitat Konsultattiv, temenda r-Regolament kif suppost billi taġġorna l-lista ta’ kumpaniji li jkunu qed igawdu minn rati tad-dazju individwali.

    I.   DISPOŻIZZJONI FINALI

    (127)

    Fl-interess ta’ amministrazzjoni tajba, għandu jiġi ffissat perjodu li fih il-partijiet interessati li kienu magħrufa fiż-żmien speċifikat fl-avviż tal-bidu jkunu jistgħu jagħtu l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub u jitolbu li jkollhom smigħ xieraq. Barra minn hekk, għandu jintqal ukoll li r-riżultati dwar l-impożizzjoni ta’ dazji magħmula għall-għan ta’ dan ir-Regolament huma proviżorji u jistgħu jerġgħu jitqiesu mill-ġdid għall-għan ta’ kwalunkwe dazju definittv,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    1.   B’dan qed jiġi impost dazju temporanju ta’ anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta’ makkinarju ta’ ġarr ta’ pallets bl-idejn u l-partijiet essenzjali tagħhom, i.e. ix-xàsi u l-idrawliċi, li jaqgħu taħt il-kodiċi tan-NM ex 8427 90 00 u ex 8431 20 00 (kodiċi TARIC 8427900010 u 8431200010), li huma ġejjin mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina.

    2.   B’rabta mal-prodotti maħduma mill-kumpaniji mniżżla hawn taħt u li jiġu impurtati fil-Komunità, ir-rata tad-dazju proviżorju ta’ l-anti-dumping li jgħodd għall-prezz nett u ħieles mid-dazju ta’ l-importazzjoni għandu jkun kif ġej:

    Ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

    Rata ta’ dazju (%)

    Kodiċi addizzjonali TARIC

    Ningbo Liftstar Material Transport Equipment Factory, ir-Raħal ta’ Zhouyi, il-Belt ta’ Zhanqi, id-Distrett ta’ Yin Zhou, il-Belt ta’ Ningbo, il-Provinċja ta’ Zhejiang, 315144, PRC

    37,6

    A600

    Ningbo Ruyi Joint Stock Co., Ltd, 656 Triq North Taoyuan, Ninghai, il-Provinċja ta’ Zhejiang, 315600, PRC

    29,7

    A601

    Ningbo Tailong Machinery Co. Ltd, Żona ta’ Żvilupp Ekonomiku, il-Belt ta’ Ninghai, Ningbo, il-Provinċja ta’ Zhejiang, 315600, PRC

    40,3

    A602

    Zhejiang Noblelift Equipment Joint Stock Co. Ltd, 58, Triq Jing Yi, Żona ta’ Żvilupp Ekonomiku, il-Provinċja ta’ Changxin, Zhejiang, 313100, PRC

    35,9

    A603

    Il-kumpaniji l-oħra kollha

    49,6

    A999

    3.   Ir-rilaxx tal-prodott imsemmi fil-paragrafu 1 għaċ-ċirkulazzjoni ħielsa fil-Komunità għandu jkun suġġett li tingħata garanzija, li tkun ekwivalenti għall-ammont tad-dazju proviżorju.

    4.   Jekk ma jkunx speċifikat mod ieħor, id-dispożizzjonijiet fis-seħħ li jikkonċernaw id-dazji għandhom ikunu jgħoddu.

    Artikolu 2

    Bla preġudizzju għall-Artikolu 20 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96, il-partijiet interessati jistgħu jitolbu għall-iżvelar tal-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom ġie adottat dan ir-Regolament. Dawn jistgħu jagħtu l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub u japplikaw għall-smigħ orali mill-Kummissjoni fi żmien 30 jum mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

    Skond l-Artikolu 21(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96, il-partijiet ikkonċernati jistgħu jikkumentaw fuq l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament fi żmien xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu.

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    L-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament għandu jkun jgħodd għal perjodu ta’ sitt xhur.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jgħodd direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, nhar is-27 ta' Jannar 2005.

    Għall-Kummissjoni

    Peter MANDELSON

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1, Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 461/2004 (ĠU L 77, 13.3.2004, p. 12).

    (2)  ĠU C 103, 29.4.2004, p. 85.

    (3)  

    Il-Kummissjoni Ewropea

    Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ

    Direttorat B

    J-79 5/17

    Rue de la Loi/Wetstraat 200

    B-1049 Brussell


    Top