Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005D0804

    2005/804/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 18 ta’ Novembru 2005 li temenda d-Deċiżjoni 2000/609/KE fir-rigward ta’ l-importazzjoni ta’ laħam frisk ta’ l-għasafar li ma jtirux mill-Awstralja u mill-Urugwaj (innotifikata taħt dokument numru C(2005) 4408) Test b’rilevanza għaż-ŻEE.

    ĠU L 303, 22.11.2005, p. 56–58 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 349M, 12.12.2006, p. 581–583 (MT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 25/04/2007; Impliċitament imħassar minn 32006D0696

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2005/804/oj

    12.12.2006   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    581


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tat-18 ta’ Novembru 2005

    li temenda d-Deċiżjoni 2000/609/KE fir-rigward ta’ l-importazzjoni ta’ laħam frisk ta’ l-għasafar li ma jtirux mill-Awstralja u mill-Urugwaj

    (innotifikata taħt dokument numru C(2005) 4408)

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    (2005/804/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/494/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1991 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju fil-laħam frisk tat-tjur u l-importazzjonijiet tiegħu minn pajjiżi terzi (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1), l-Artikolu 11(1), l-Artikolu 12 u l-Artikolu 14(1) u l-Artikolu 14a tagħha,

    Id-Direttiva tal-Kunsill 92/118/KE tas-17 ta’ Diċembru 1992 li tipprovdi għal rekwiżiti fir-rigward tas-saħħa ta’ l-annimali u tas-saħħa pubblika li jirregolaw il-kummerċ u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ prodotti mhux soġġetti għar-rekwiżiti stabbiliti f'regoli Komunitarji speċifiċi msemmija fl-Anness A (I) tad-Direttiva 89/662/KEE u, fejn jidħlu l-patoġeni, għad-Direttiva 90/425/KEE (2) u b’ mod partikolari l-Artikolu 10 tagħha,

    Billi:

    (1)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/85/KE tas-16 ta’ Frar 1994 li tħejji lista ta’ pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjonijiet ta’ laħam frisk tat-tjur (3) tinkudi l-Urugwaj f’dik il-lista.

    (2)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/609/KE tad-29 ta’ Settembru 2000 li tistabbilixxi kundizzjonijiet dwar annimali u saħħa pubblika u ċertifikazzjoni veterinarja għall- importazzjonijiet ta' laħam ta' għasafar li ma jtirux mrobbija fl- irziezet li temenda d- Deċiżjoni 94/85/KE li telenka numru ta' pajjiżi terzi li minngħandhom l- Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjoni ta' laħam frisk tat-tjur (4) tistipola li l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni ta' laħam frisk ta' għasafar li ma jtirux minn farms minn pajjiżi terzi jew partijiet minnhom li huma elenkati fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2000/609/KE, li huma soġġetti għal ċerti kondizzjonijiet. Fil-preżent, l-Urugwaj mhux inkluż f’ dik id-Deċiżjoni.

    (3)

    Minn riżultat ta’ missjoni tal-Kummissjoni f’Ottubru 2004, azzjonijiet ta' segwitu u garanziji sussegwenti li ġew ipprovduti mill-Urugwaj, is-sitwazzjoni tas-saħħa ta’ l-annimali u tal-pubbliku hija bħalissa sodisfaċenti sal-punt li tippermetti lill-pajjiż biex jiġi inkluż fil-lista ta’ pajjiżi terzi approvati stipolata fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2000/609/KE.

    (4)

    Fid-dawl ta’ l-istat tas-saħħa ta’ l-annimali fl-Urugwaj fir-rigward tal-marda ta’ Newcastle, huwa xierq li l-importazzjonijiet ta’ laħam frisk tat-tjur imrobbija u li ma jtirux fl-Urugwaj jiġu akkumpanjati minn mudell ta’ l-attestazzjoni sanitarja “A” kif stipolat fil-Parti 2 ta' l-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/609/KE.

    (5)

    Id-Deċiżjoni 2000/609/KE, kif emendata mid-Deċiżjoni 2004/118/KE, tipprovdi erronjament li laħam frisk ta’ għasafar imrobbija u li ma jtirux imrobbija fl-Awstralja għandu jiġi akkumpanjat mill-mudell ta’ l-attestazzjoni sanitarja “A” kif stipolat fil-Parti 2 ta’ l-Anness II tad-Deċiżjoni 2000/609/KE, minflok il-mudell ta’ l-attestazzjoni sanitarja “B” stipolat f’ dak l-Anness. Dan l-iżball għandu għalhekk jiġi kkoreġġut.

    (6)

    Id-Deċiżjoni 2000/609/KE għandha għalhekk tiġi emendata kif xieraq.

    (7)

    Il-miżuri stipolati f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Anness I għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/609/KE għandu jinbidel bit-test fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, nhar it-18 ta’ Novembru 2005.

    Għall-Kummissjoni

    Markos KYPRIANOU

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 268, ta’ l-24.9.1991, p. 35. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 1999/89/KE (ĠU L 300, tat-23.11.1999, p. 17).

    (2)  ĠU L 62, tal-15.3.1993, p. 49. Direttiva kif ġiet emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 445/2004 (ĠU L 72, tal-11.3.2004, p. 60).

    (3)  ĠU L 44, tas-17.2.1994, p. 31. Deċiżjoni kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/118/KE (ĠU L 36, tas-7.2.2004, p. 34).

    (4)  ĠU L 258, tat-12.10.2000, p. 49. Deċiżjoni kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/415/KE (ĠU L 208, ta’l-10.6.2004, p. 63).


    ANNESS

    “ANNESS I

    Lista ta’ pajjiżi terzi jew partijiet ta' pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni ta' laħam frisk ta' għasafar imrobbija u li ma jtirux [L-intestatura ġiet emendata sabiex tikkorispondi ma' l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/609/KE]

    Kodiċi ISO

    Pajjiż

    Partijiet mit-Territorju

    Mudell ta’ ċertifikat li għandu jintuża

    (A jew B)

    AR

    L-Arġentina

     

    A

    AU

    L-Awstralja

     

    B

    BG

    Il-Bulgarija

     

    A

    BR-1

    Il-Brażil

    l-Istati ta’ Rio Grande do Sul, Santa Catarina, Paraná, São Paulo u Mato Grosso do Sul

    A

    BW

    Il-Botswana

     

    B

    KA

    Il- Kanada

     

    A

    CH

    L-Iżvizzera

     

    A

    CL

    Iċ-Ċilì

     

    A

    HR

    Il-Kroazja

     

    A

    IL

    L-Iżrael

     

    A

    NA

    In-Namibja

     

    B

    NZ

    New Zealand

     

    A

    RO

    Ir-Rumanija

     

    A

    TH

    It-Tajlandja

     

    A

    TN

    It-Tuniżija

     

    A

    US

    L-Istati Uniti ta' l-Amerika

     

    A

    UY

    L-Urugwaj

     

    A

    ZA

    L-Afrika t’Isfel

     

    B

    ZW

    Iż-Żimbabwe

     

    B”


    Top