EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005D0731

2005/731/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas- 17 ta’ Ottubru 2005 li tistabbilixxi l-ħtiġijiet addizzjonali għas-sorveljanza ta’ influwenza tat-tjur f’għasafar salvaġġi (innotifikata taħt dokument numru C(2005) 3877) Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

ĠU L 274, 20.10.2005, p. 93–94 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 349M, 12.12.2006, p. 460–461 (MT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 28/06/2010; Imħassar b' 32010D0367

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2005/731/oj

12.12.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

460


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-17 ta’ Ottubru 2005

li tistabbilixxi l-ħtiġijiet addizzjonali għas-sorveljanza ta’ influwenza tat-tjur f’għasafar salvaġġi

(innotifikata taħt dokument numru C(2005) 3877)

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

(2005/731/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar kontrolli veterinarji u żootekniċi applikabbli fil-kummerċ intra-Komunitarju f'ċerti annimali ħajjin u prodotti bil-għan li jinkiseb is-suq intern (1), u partikolarment l-Artikolu 10(4) tagħha,

Billi:

(1)

Il-miżuri tal-Komunità għall-kontroll ta’ l-influwenza tat-tjur ġew stabbiliti minn Direttiva tal-Kunsill 92/40/KEE tad-19 ta’ Mejju 1992 li jintroduċu miżuri tal-Komunità għall-kontroll ta’ l-influwenza tat-tjur (2), sabiex tkun assigurata l-protezzjoni tas-saħħa tal-annimali u tikkontribwixxi għall-iżvilupp tas-settur tat-tjur.

(2)

Wara li faqqgħet epidemija serja ħafna ta’ l-influwenza tat-tjur, ikkawżata minn strejn tal-virus H5N1 li huwa patoġeniku ħafna, fl-Ażja tan-Nofsinhar ix-Xlokk li beda f’Diċembru 2003, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/122/KE tas-6 ta’ Frar 2004 dwar ċerti miżuri ta’ protezzjoni dwar l-influwenza tat-tjur f'diversi pajjiżi terzi (3) ġiet addotata.

(3)

Dik id-Deċiżjoni li ġiet emendata diversi drabi biex tqis l-evoluzzjoni tal-marda, jiġifieri t-tixrid tal-marda lejn il-punent, tistabbilixxi li jitwaqqfu l-importazzjonijiet fil-Komunità minn dawk il-pajjiżi terzi ta' laħam tat-tjur, tjur ħaj, għasafar oħra ħajjin u xi prodotti oħra li ġejjin mit-tjur, suġġetti għal eċċezzjonijiet limitati. Għalhekk, ingħatat kunsiderazzjoni partikolari, lill-konklużjonijiet tal-grupp ta’ ħidma dwar l-influwenza tat-tjur tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali wara l-laqgħat tiegħu tal-25 ta’ Awissu 2005 u tas-6 ta’ Settembru 2005.

(4)

Id-Deċiżjoni 2004/122/KE kienet revokata u mibdula b’Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/692/KE dwar ċerti tipi ta’ miżuri ta’ protezzjoni dwar l-influwenza tat-tjur f’diversi pajjiżi terzi (4) u bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/693/KE dwar ċerti tipi ta’ miżuri ta’ protezzjoni relatati ma’ l-influwenza tat-tjur fir-Russja (5).

(5)

Barra dan, sabiex ikun limitat ir-riskju li jiġi minn importazzjonjiet li mhumiex kummerċjali ta’ prodotti li ġejjin mill-annimali, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/995/KE tad-9 ta’ Diċembru 2002 tistabbilixxi miżuri interim ta' salvagwardja fir-rigward ta' l-importazzjoni ta' prodotti li ġejjin mill-annimali għall-konsum personali (6) kienet adottata. Dik id-Deċiżjoni kienet irrevokata u mibdula mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nu 745/2004 tas-16 ta' April 2004 li jistabbilixxi miżuri dwar l-importazzjoni ta' prodotti li ġejjin mill-annimali għall-konsum personali (7).

(6)

Barra dan, mill-2002 programmi ta’ sorveljanza għall-influwenza ta’ l-għasafar fit-tjur u għasafar salvaġġi ġew implimentati fi Stati Membri. Dawk il-programmi kienu approvati mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/673/KE tat-22 ta’ Awwissu 2002 li japprovaw il-programmi ta’ l-implimentazzjoni ta’ l-istħarriġ ta’ l-Istati Membri għall-influwenza fit-tjur u għasafar salvaġġi (8) u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/630/KE tas-27 ta’ Lulju 2004 li tapprova l-programmi għal implimentazzjoni ta’ l-istħarriġ ta’ l-Istati Membri għall-influwenza fit-tjur u għasafar salvaġġi matul l-2004 u li tistabbilixxi r-regoli ta’ rappurtaġġ u eliġibilità għall-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għall-infiq ta’ l-implimentazzjoni ta’ dawn il-programmi (9).

(7)

Aktar reċentement, tali programmi kienu approvati minn Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/…/KE li tapprova l-programmi għall-implimentazzjoni ta’ l-istħarriġ ta’ l-Istati Membri dwar l-influwenza tat-tjur f’tjur u għasafar salvaġġi matul l-2005, u li tistabbilixxi r-regolamenti ta' rappurtaġġ u eliġibilità għall-kontribuzzjoni finanzjarja għall-infiq ta’ l-implimentazzjoni ta’ dawn il-programmi (10) speċifikament fir-rigward tal-konklużjonijiet tal-grupp ta’ ħidma dwar l-influwenza tat-tjur tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimal wara l-laqgħat tiegħu fil-25 ta’ Awwissu 2005 u fis-6 ta’ Settembru 2005.

(8)

Fil-laqgħa tiegħu tas-6 ta’ Settembru 2005, il-grupp ta’ ħidma dwar l-influwenza tat-tjur tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali rrakomanda, inter alia li l-okkorrenza ta’ mortalità anormali u sinifikanti ta’ tifqigħat tal-marda f’għasafar salvaġġi għandha tkun suġġetta għal sorveljanza u għal testijiet ta’ laboratorju għall-influwenza tat-tjur.

(9)

Għalhekk jixraq li r-regoli eżistenti tal-Komunità jkunu ssuplimentati u jiġu stabbiliti regoli speċifiċi għas-sorvelljanza u ttestjar ta’ kemm-il darba jkun hemm każijiet ta' mard f'għasafar salvaġġi speċjalment f'għasafar ta’ l-ilma salvaġġi.

(10)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-awtoritajiet kompetenti jagħmlu l-arranġamenti xierqa ma’ l-organizzazzjonijiet ta’ l-għasafar salvaġġi, tal-kaċċa u oħrajn relevanti li għandhom jgħarrfu minnufih lill-awtoritajiet kompetenti dwar kwalunkwe mewt anormali jew tifqigħat sinifikanti li jseħħu f’għasafar salvaġġi speċjalment f’għasafar ta’ l-ilma salvaġġi.

Artikolu 2

1.   Immedjatament wara li l-awtorità kompetenti tkun irċeviet in-notifika pprovduta fl-Artikolu 1, u meta l-ebda kawża ċara oħra ta' mard ma tkun identifikata għajr l-influwenza tat-tjur, l-Istati Membri għandhom jassiguraw li:

a)

kampjuni xierqa jinġabru mill-għasafar mejta u jekk ikun possibbli minn għasafar oħra li jkollhom kuntatt ma’ l-għasafar mejta; kif ukoll

b)

dawn il-kampjuni jkunu suġġetti għal testijiet ta’ laboratorju għall-investigazzjoni tal-virus ta’ l-influwenza tat-tjur.

2.   Fil-każ li t-testijiet ta’ laboratorju jirriżultaw pożittivi għal virus patoġenu ta’ l-influwenza tat-tjur imsemmija fil-paragrafu 1b, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar dan mingħajr dewmien.

Artikolu 3

L-Istati Membri għandhom jemendaw il-leġiżlazzjoni tagħhom biex ikunu konformi ma’ din id-Deċiżjoni u għandhom minnufih javżaw pubblikament u b'mod xieraq il-miżuri adottati. Huma għandhom jgħarrfu dan lill-Kummissjoni minnufih.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta' Jannar 2006.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, nhar is-17 ta’ Ottubru 2005.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2002/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 315, 19.11.2002, p. 14).

(2)  ĠU L 167, 22.6.1992, p. 1. Direttiva kif ġiet emendata l-aħħar bl-Atta ta’ l-Adeżjoni ta’ l-2003.

(3)  ĠU L 36, 7.2.2004, p. 59. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni Nru 2005/619/KE (ĠU L 214, 19.8.2005, p. 66).

(4)  ĠU L 263, 8.10.2005, p. 20.

(5)  ĠU L 263, 8.10.2005, p. 22.

(6)  ĠU L 353, 30.12.2002, p. 1.

(7)  ĠU L 122, 26.4.2004, p. 1.

(8)  ĠU L 228, 24.8.2002, p. 27. Deċiżjoni emendata bid-Deċiżjoni 2003/21KE (ĠU L 8, 14.1.2003, p. 37).

(9)  ĠU L 287, 8.9.2004, p. 7. Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2004/679/KE (ĠU L 310, 7.10.2004, p. 75).

(10)  ĠU L 274, 20.10.2005, p. 95.


Top