This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32005D0728
Council Decision 2005/728/JHA of 12 October 2005 fixing the date of application of certain provisions of Regulation (EC) No 871/2004 concerning the introduction of some new functions for the Schengen Information System, including in the fight against terrorism
Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/728/ĠAI ta’ 12 ta' Ottubru 2005 li tiffissa d-data ta' applikazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru. 871/2004 dwar l-introduzzjoni ta' xi funzjonijiet ġodda għas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen, inklużi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu
Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/728/ĠAI ta’ 12 ta' Ottubru 2005 li tiffissa d-data ta' applikazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru. 871/2004 dwar l-introduzzjoni ta' xi funzjonijiet ġodda għas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen, inklużi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu
ĠU L 273, 19.10.2005, p. 26–26
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(BG, RO, HR)
ĠU L 173M, 27.6.2006, p. 25–25
(MT)
27.6.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
25 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2005/728/ĠAI
tat-12 ta' Ottubru 2005
li tiffissa d-data ta' applikazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru. 871/2004 dwar l-introduzzjoni ta' xi funzjonijiet ġodda għas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen, inklużi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) 871/2004 tad-29 ta' April 2004 dwar l-introduzzjoni ta' xi funzjonijiet ġodda għas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen, inkluż fil-ġlieda kontra t-terroriżmu (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 871/2004 jispeċifika li d-dispożizzjonijet ta' l-Artikolu 1 ta' dak ir-Regolament għandhom japplikaw mid-data ffissata mill-Kunsill, hekk kif il-prekondizzjonijiet meħtieġa jkunu ġew mwettqa, u li l-Kunsill jista' jiddeċiedi li jiffissa dati differenti għall-applikazzjoni ta' dispożizzjonijiet differenti. Dawk il-prekondizzjonijiet ġew sodisfatti fir-rigward ta' l-Artikolu 1(6) tar-Regolament (KE) Nru 871/2004. |
(2) |
Huwa xieraq li l-Artikolu 1(10) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/211/ĠAI ta' l-24 ta' Frar 2005 dwar l-introduzzjoni ta' xi funzjonijiet ġodda għas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen, inkluż fil-ġlieda kontra t-terroriżmu (2), li huwa identiku għall-Artikolu 1(6) tar-Regolament (KE) Nru 871/2004, japplika mill-istess data. |
(3) |
Deċiżjoni tal-Kunsill separata tipprovdi għad-dħul fis-seħħ ta' l-Artikolu 1(10) tad-Deċiżjoni 2005/211/ĠAI. |
(4) |
Fir-rigward ta’ l-Isvizzera, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet ta’ l-acquis ta’ Schengen, fis-sens tal-Ftehim iffirmat bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera ma’ l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta’ l-acquis ta’ Schengen (3), li jaqgħa taħt il-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, punt G tad-Deċiżjoni 1999/437/KE (4) li jinqara flimkien ma' l-Artikolu 4(1) tad-Deċiżjonijiet 2004/860/KE (5) u 2004/849/KE (6) dwar l-iffirmar f’isem l-Unjoni Ewropea, u dwar l-iffirmar f’isem il-Komunità Ewropea, u dwar l-applikazzjoni proviżorja ta’ ċerti dispożizzjonijiet ta’ dak il-Ftehim. |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
L-Artikolu 1(6) tar-Regolament (KE) Nru 871/2004 għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2006.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha jkolla effett fid-data ta’ l-adozzjoni tagħha. Għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Maghmula fi Brussel, 12 ta' Ottubru 2005.
Ghall-Kunsill
Il-President
C. CLARKE
(1) ĠU L 162, 30.4.2004, p. 29.
(2) ĠU L 68, 15.3.2005, p. 44.
(3) Dok. tal-Kunsill 13054/04 aċċessibbli fuq http://register.consilium.eu.int
(4) ĠU L 176, 10.7.1999, p. 31.
(5) ĠU L 368, 15.12.2004, p. 26.
(6) ĠU L 370, 17.12.2004, p. 78.