This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32005D0554
2005/554/EC, Euratom: Council Decision of 12 July 2005 on the adjustment of the allowances paid to members and alternates of the European Economic and Social Committee
Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 12 ta' Lulju 2005 dwar l-aġġustament ta’ l-allowance imħallsa lil membri u membri supplenti tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 12 ta' Lulju 2005 dwar l-aġġustament ta’ l-allowance imħallsa lil membri u membri supplenti tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
ĠU L 188, 20.7.2005, p. 35–35
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(BG, RO, HR)
ĠU L 164M, 16.6.2006, p. 245–245
(MT)
No longer in force, Date of end of validity: 14/10/2013; Imħassar b' 32013D0471
16.6.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
245 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-12 ta' Lulju 2005
dwar l-aġġustament ta’ l-allowance imħallsa lil membri u membri supplenti tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
(2005/554/KE, Euratom)
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari r-raba’ subparagrafu ta' l-Artikolu 258 tiegħu,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari r-raba’ subparagrafu ta' l-Artikolu 166 tiegħu,
Wara li kkunsidra t-talba tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew ta’ l-4 ta’ April 2005,
Billi:
L-ammonti ta’ allowances ta’ kuljum mħallsa lil membri u membri supplenti tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, stabbilit bid-Deċiżjoni 81/121/KEE (1), għandu jiġi addattat,
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
L-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni 81/121/KEE għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
“Artikolu 2
1. L-allowance ta’ kuljum għal kull ġurnata ta' vjaġġar għandha tkun:
— |
EUR 130 għal membri u membri supplenti. |
2. L-allowance ta’ kuljum għal kull ġurnata ta’ laqgħa għandha tkun:
— |
EUR 208 għal membri u membri supplenti. |
3. Fejn il-benefiċjarju jipprovdi prova sodisfaċenti li hu nefaq xi flus waqt li għadda lejl fuq il-post tax-xogħol, huwa għandu jitħallas allowance ta’ kuljum supplimentari ta’ EUR 30.”
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tieħu effett fit-12 ta' Lulju 2005.
Magħmula fi Brussel, 12 ta' Lulju 2005.
Għall-Kunsill
Il-President
G. BROWN
(1) ĠU L 67, 12.3.1981, p. 29. Deċiżjoni kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/985/KE, Euratom (ĠU L 343, 18.12.2002, p. 31).