Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005D0413

2005/413/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 30 ta’ Mejju 2005 li temenda d-Deċiżjonijiet 2004/696/KE u 2004/863/KE fir-rigward tal-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja lill-programmi għall-qerda u l-monitoraġġ tat-TSE għall-2005 (innotifikata taħt id-dokument numru C(2005) 1550)

ĠU L 141, 4.6.2005, pp. 24–28 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 349M, 12.12.2006, pp. 71–75 (MT)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2005/413/oj

12.12.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

71


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-30 ta’ Mejju 2005

li temenda d-Deċiżjonijiet 2004/696/KE u 2004/863/KE fir-rigward tal-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja lill-programmi għall-qerda u l-monitoraġġ tat-TSE għall-2005

(innotifikata taħt id-dokument numru C(2005) 1550)

(2005/413/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar in-nefqa fil-qasam veterinarju (1), u partikolarment l-Artikoli 24(5) u (6) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/696/KE ta' l-14 ta' Ottubru 2004 dwar il-lista ta' programmi għall-qerda u l-monitoraġġ ta' ċerti TSE li jikkwalifikaw għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità fl-2005 (2), telenka l-programmi kif ukoll ir-rata proposta u l-ammont tal-kontribuzzjoni għal kull programm.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/863/KE tat-30 ta' Novembru 2004 tapprova l-programmi ta' ċerti Stati Membri għall-qerda u l-monitoraġġ tat-TSE għall-2005 u tiffissa l-livell tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità (3).

(3)

Fit-28 ta' Jannar 2005, bord ta' esperti tal-Komunità, ippresjedut mil-laboratorju Komunitarju ta' Referenza għat-TSEs (CRL), ikkonferma s-sejba ta' enkefalopatija sponġiformi bovina (BSE) f'mogħża maqtula fi Franza. Dan kien l-ewwel każ ta' BSE f'bhima żgħira li tixtarr taħt kundizzjonijiet naturali.

(4)

Fl-istqarrija tiegħu tat-28 ta' Jannar 2005, il-Bord Xjentifiku dwar il-Perikli Bijoloġiċi ta' l-Awtorità Ewropea għas-Sigurezza ta' l-Ikel (EFSA) saħaq li s-sinifikanza ta' dak il-każ uniku ta' infezzjoni ta' BSE f'mogħża fi Franza għad trid tiġi evalwata. Sabiex tagħmel dan, l-EFSA indikat li r-riżultati ta' sorveljanza miżjuda tat-TSE fil-mogħoż huma essenzjali.

(5)

B'reazzjoni għal dik l-istqarrija, ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2001 li jistabbilixxi r-regoli għall-prevenzjoni, l-kontroll u l-qerda ta' ċerti enkefalopatiji sponġiformi trażmissibbli (4), kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 214/2005 (5), introduċa programm ġdid għas-sorveljanza tat-TSE fil-bhejjem kaprini li beda mill-11 ta' Frar 2005. Taħt il-programm ġdid ta' sorveljanza, in-numri ta' bhejjem kaprini f' saħħithom maqtula jew li mietu fl-istabbiliment biex jitressqu għall-ittestjar żdiedu sostanzjalment.

(6)

Minħabba l-partikolaritajiet tas-settur tal-laħam tal-mogħoż, il-valur limitat tal-mogħoż 'il fuq minn 18-il xahar għal skopijiet ta' qtil, u fid-dawl ta' l-importanza ta' implimentazzjoni effettiva tal-monitoraġġ miżjud sabiex tiġi evalwata l-prevalenza tal-BSE fil-bhejjem kaprini, huwa xieraq li jiżdied l-ammont għar-rifużjoni ta' kull test lill-Istati Membri mill-Komunità sa ammont massimu ta' EUR 30 għal kull test rapidu magħmul fuq bhejjem kaprini.

(7)

Minbarra dan, ir-Regolament (KE) 999/2001, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 36/2005 (6), jistipula l-ittestjar diskriminatorju sistematiku ta' bilfors sabiex jiddifferenzja l-BSE mill-iscrapie fil-każijiet kollha ta' TSE misjuba f'bhejjem ovini u kaprini li għandu japplika mill-14 ta' Jannar 2005. Dik il-miżura għandha titqies bħala eliġibbli għall-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għall-programmi ta' monitoraġġ u qerda tat-TSE fl-Istati Membri.

(8)

Fid-dawl ta' l-importanza li għandha l-evalwazzjoni tal-prevalenza tal-BSE f'annimali żgħar li jixtarru għall-ksib ta' l-għanijiet Komunitarji fil-qasam tas-saħħa pubblika u dik ta' l-annimali, huwa xieraq li l-100 % ta' l-ispejjeż imħallsa mill-Istati Membri għat-testijiet molekolari primarji biex il-BSE tiġi ddifferenzjata mill-iscrapie jkunu mħallsa lura.

(9)

Għalhekk huwa meħtieġ li l-ammont massimu tal-parteċipazzjoni finanzjarja mill-Komunità għal kull programm jiġi rivedut, kif stipulat fid-Deċiżjonijiet 2004/696/KE u 2004/863/KE.

(10)

Id-Deċiżjoni 2004/863/KE tistipula l-kundizzjonijiet għall-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità, inkluż it-tressiq ta' rapport kull xahar lill-Kummissjoni mill-Istati Membri kkonċernati dwar il-progress tal-programmi ta' monitoraġġ tat-TSE u l-ispejjeż li ntefqu. L-Anness għal dik id-Deċiżjoni juri l-ispejjeż li għandhom jitħallsu. Dak l-Anness għandu jiġi emendat sabiex jitqiesu l-emendi għall-Annessi III u X għar-Regolament (KE) Nru 999/2001, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 36/2005 u Nru 214/2005.

(11)

Id-Deċiżjonijiet 2004/696/KE u 2004/863/KE għandhom għalhekk jiġu emendati kif jixraq.

(12)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma fi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI

Artikolu 1

L-Anness I għad-Deċiżjoni 2004/696/KE huwa emendat skond l-Anness I għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni 2004/863/KE hija emendata kif ġej:

1)

Fl-Artikolu 1(2), “EUR 3 550 000” tinbidel b“EUR 3 586 000”;

2)

Fl-Artikolu 2(2), “EUR 1 700 000” tinbidel b“EUR 1 736 000”;

3)

Fl-Artikolu 3(2), “EUR 2 375 000” tinbidel b“EUR 2 426 000”;

4)

Fl-Artikolu 4(2), “EUR 15 020 000” tinbidel b“EUR 15 170 000”;

5)

Fl-Artikolu 5(2), “EUR 290 000” tinbidel b“EUR 294 000”;

6)

Fl-Artikolu 6(2), “EUR 585 000” tinbidel b“EUR 1 487 000”;

7)

Fl-Artikolu 7(2), “EUR 4 780 000” tinbidel b“EUR 8 846 000”;

8)

Fl-Artikolu 8(2), “EUR 24 045 000” tinbidel b“EUR 29 755 000”;

9)

Fl-Artikolu 9(2), “EUR 6 170 000” tinbidel b“EUR 6 172 000”;

10)

Fl-Artikolu 10(2), “EUR 6 660 000” tinbidel b“EUR 8 677 000”;

11)

Fl-Artikolu 11(2), “EUR 85 000” tinbidel b“EUR 353 000”;

12)

Fl-Artikolu 12(2), “EUR 835 000” tinbidel b“EUR 836 000”;

13)

Fl-Artikolu 13(2), “EUR 145 000” tinbidel b“EUR 155 000”;

14)

Fl-Artikolu 14(2), “EUR 1 085 000” tinbidel b“EUR 1 184 000”;

15)

Fl-Artikolu 15(2), “EUR 35 000” tinbidel b“EUR 36 000”;

16)

Fl-Artikolu 16(2), “EUR 4 270 000” tinbidel b“EUR 4 510 000”;

17)

Fl-Artikolu 17(2), “EUR 1 920 000” tinbidel b“EUR 2 076 000”;

18)

Fl-Artikolu 18(2), “EUR 1 135 000” tinbidel b“EUR 1 480 000”;

19)

Fl-Artikolu 19(2), “EUR 435 000” tinbidel b“EUR 444 000”;

20)

Fl-Artikolu 20(2), “EUR 1 160 000” tinbidel b“EUR 1 170 000”;

21)

Fl-Artikolu 21(2), “EUR 305 000” tinbidel b“EUR 313 000”;

22)

Fl-Artikolu 22(2), “EUR 5 570 000” tinbidel b“EUR 5 690 000”;

23)

L-Artikolu 23 hu mibdul bis-segwenti:

“Artikolu 23

Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għall-programmi ta' monitoraġġ tat-TSE msemmija fl-Artikoli 1 sa 22 se tkun bir-rata ta' 100 % ta' l-ispejjeż imħallsa, mingħajr it-taxxa fuq il-valur miżjud, mill-Istati Membri kkonċernati għat-testijiet imwettqa, soġġetti għal:

a)

ammont massimu ta' EUR 8 għal kull test, għal testijiet li saru mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2005 fuq bhejjem bovini u ovini msemmija fl-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 999/2001;

b)

ammont massimu ta' EUR 30 għal kull test, għal testijiet li saru mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2005 fuq bhejjem kaprini msemmija fl-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 999/2001;

c)

ammont massimu ta' EUR 145 għal kull test, għal testijiet primarji molekolari diskriminatorji li saru mill-14 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2005 kif jissemma fl-Anness X, Kapitolu C, punt 3.2 (c) (i) għar-Regolament (KE) Nru 999/2001”;

24)

L-Anness huwa sostitwit bl-Anness II ta' din id-Deċiżjoni

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, nhar it-30 ta’ Mejju 2005.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 224, 18.8.1990, p. 19. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, 16.5.2003, p. 1).

(2)   ĠU L 316, 15.10.2004, p. 91.

(3)   ĠU L 370, 17.12.2004, p. 82.

(4)   ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) 260/2005 (ĠU L 46, 17.2.2005, p. 9).

(5)   ĠU L 37, 10.2.2005, p. 9.

(6)   ĠU L 10, 13.1.2005, p. 9.


ANNESS I

L-Anness I għad-Deċiżjoni 2004/696/KE jinbidel b'dan li ġej:

“ANNESS I

Lista ta' programmi għas-sorveljanza tat-TSE

Rata u ammont massimu tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità

(f'EUR)

Marda

Stat Membru

Testijiet (1) tar-rata mwettqa

Ammont massimu

TSE

L-Awstrija

100  %

2 076 000

Il-Belġju

100  %

3 586 000

Ċipru

100  %

353 000

Ir-Repubblika Ċeka

100  %

1 736 000

Id-Danimarka

100  %

2 426 000

L-Estonja

100  %

294 000

Il-Finlandja

100  %

1 170 000

Franza

100  %

29 755 000

Il-Ġermanja

100  %

15 170 000

Il-Greċja

100  %

1 487 000

L-Ungerija

100  %

1 184 000

L-Irlanda

100  %

6 172 000

L-Italja

100  %

8 677 000

Il-Litwanja

100  %

836 000

Il-Lussemburgu

100  %

155 000

Malta

100  %

36 000

L-Olanda

100  %

4 510 000

L-Portugall

100  %

1 480 000

Is-Slovenja

100  %

444 000

Spanja

100  %

8 846 000

L-Iżvezja

100  %

313 000

Ir-Renju Unit

100  %

5 690 000

Total

96 396 000


(1)  Testijiet rapidi u testijiet primarji molekolari.”


ANNESS II

“ANNESS

Monitoraġġ TSE

Stat Membru:

Xahar:

Sena:


Testijiet fuq annimali bovini

 

Numru ta' testijiet

Nefqa għal kull unità

Nefqa totali

Testijiet fuq annimali msemmija fl-Anness III, Kapitolu A, Parti I, punti 2.1,3 u 4.1 għar-Regolament (KE) Nru 999/2001

 

 

 

Testijiet fuq annimali msemmija fl-Anness III, Kapitolu A, Parti I, punti 2.2, 4.2 u 4.3 għar-Regolament (KE) Nru 999/2001

 

 

 

Total

 

 

 


Testijiet fuq annimali ovini

 

Numru ta' testijiet

Nefqa għal kull unità

Nefqa totali

Testijiet fuq annimali msemmija fl-Anness III, Kapitolu A, Parti II, punt 2(a) għar-Regolament (KE) Nru 999/2001

 

 

 

Testijiet fuq annimali msemmija fl-Anness III, Kapitolu A, Parti II, punt 3 għar-Regolament (KE) Nru 999/2001

 

 

 

Testijiet fuq annimali msemmija fl-Anness III, Kapitolu A, Parti II, punt 5 għar-Regolament (KE) Nru 999/2001

 

 

 

Total

 

 

 


Testijiet fuq annimali kaprini

 

Numru ta' testijiet

Nefqa għal kull unità

Nefqa totali

Testijiet fuq annimali msemmija fl-Anness III, Kapitolu A, Parti II, punt 2(b) għar-Regolament (KE) Nru 999/2001

 

 

 

Testijiet fuq annimali msemmija fl-Anness III, Kapitolu A, Parti II, punt 3 għar-Regolament (KE) Nru 999/2001

 

 

 

Testijiet fuq annimali msemmija fl-Anness III, Kapitolu A, Parti II, punt 5 għar-Regolament (KE) Nru 999/2001

 

 

 

Total

 

 

 


Ittestjar primarju molekolari b'‘immuno-blotting’ diskriminatorju

 

Numru ta' testijiet

Nefqa għal kull unità

Nefqa totali

Testijiet fuq annimali msemmija fl-Anness X, Kapitolu C, punt 3.2 (c) (i)”

 

 

 


Top