This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32005D0389
2005/389/EC: Commission Decision of 18 May 2005 amending Decision 1999/217/EC as regards the register of flavouring substances used in or on foodstuffs (notified under document number C(2005) 1437) (Text with EEA relevance)
2005/389/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 18 ta’ Mejju 2005 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/217/KE fir-rigward tar-reġistru ta' sustanzi li jagħtu t-togħma użati fi jew fuq l-ikel (innotifikata taħt id-dokument numru C(2005) 1437) Test b'rilevanza għaż-ŻEE.
2005/389/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 18 ta’ Mejju 2005 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/217/KE fir-rigward tar-reġistru ta' sustanzi li jagħtu t-togħma użati fi jew fuq l-ikel (innotifikata taħt id-dokument numru C(2005) 1437) Test b'rilevanza għaż-ŻEE.
ĠU L 128, 21.5.2005, p. 73–76
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(BG, RO, HR)
ĠU L 349M, 12.12.2006, p. 22–25
(MT)
No longer in force, Date of end of validity: 21/04/2013; Imħassar b' 32012R0872
12.12.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
22 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-18 ta’ Mejju 2005
li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/217/KE fir-rigward tar-reġistru ta' sustanzi li jagħtu t-togħma użati fi jew fuq l-ikel
(innotifikata taħt id-dokument numru C(2005) 1437)
(Test b'relevanza għaż-ŻEE)
(2005/389/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 2232/96 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Ottubru 1996 li jistabbilixxi l-proċedura Komunitarja għal sustanzi li jagħtu t-togħma użati jew maħsuba sabiex jintużaw fi jew fuq l-ikel (1), u partikolarment l-Artikolu 3(2) u l-Artikolu 4 (3) tiegħu, Billi:
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 2232/96 jistabbilixxi proċedura għall-istabbiliment ta' regoli fir-rigward ta sustanzi li jagħtu t-togħma użati jew maħsuba għall-użu fi jew fuq l-ikel. Dak ir-Regolament jipprovdi għall-adozzjoni ta' reġistru ta' sustanzi li jagħtu t-togħma “ir-reġistru”) wara notifika mill-Istati Membri ta' lista tas-sustanzi li jagħtu t-togħma li jistgħu jintużaw fi jew fuq ikel kummerċjalizzat fit-territorju tagħhom u fuq il-bażi ta' studju mill-Kummissjoni ta' dik in-notifika. Dak ir-reġistru kien adottat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/217/KE (2) |
(2) |
Minbarra dan, ir-Regolament (KE) Nru 2232/96 jipprovdi għal programm għall-evalwazzjoni tas-sustanzi li jagħtu togħma sabiex jiġi stabbilit jekk jissodisfawx il-kriterji ġenerali għall-użu ta' dawn is-sustanzi kif stabbilit fl-Anness għal dak ir-Regolament. |
(3) |
L-Awtorità Ewropea Dwar is-Sigurtà ta' l-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet fl-opinjoni tagħha tat-13 ta' Lulju 2004 dwar il-para-hydroxybenzoates, li l-propyl 4-hydroxybenzoate (FL 09.915) kellu effett fuq l-ormoni sesswali u l-organi riproduttivi tal-firien żgħar tas-sess maskili. L-Awtorità ma setgħetx tirrakkomanda doża aċċettabbli ta' kuljum (ADI) għal din is-sustanza minħabba li mhuwiex possibbli li jintgħaraf b’mod ċar doża li m’għandhiex effett avvers osservat (NOAEL: no-observed-adverse-effect-level). L-użu tal-propyl 4-hydroxybenzoate bħala sustanza li tagħti t-togħma fl-ikel mhuwiex aċċettabbli, għaliex ma jissodisfax il-kriterji ġenerali għall-użu ta' sustanzi li jagħtu t-togħma kif stipulati fl-Anness għar-Regolament (KE) Nru 2232/96. B'konsegwenza, il-propyl 4-hydroxybenzoate għandu jitneħħa minn fuq ir-reġistru. |
(4) |
L-Awtorità kkonkludiet fl-opinjoni tagħha tas-7 ta' Diċembru 2004 dwar dialkooliċi, diketoni u idroxiketoni li l-pentane-2,4-dione (FL 07.191) huwa ġenotossiku in vitro u in vivo. Għalhekk l-użu tiegħu bħala sustanza li tagħti t-togħma mhux aċċettabbli, minħabba li ma jissodisfax il-kriterji ġenerali għall-użu ta' sustanzi li jagħtu t-togħma kif stipulati fl-Anness għar-Regolament (KE) Nru 2232/96. B'konsegwenza, il-pentane-2,4-dione għandu jitneħħa minn fuq ir-reġistru. |
(5) |
Fl-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2232/96 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 98/282/KE tal-21 ta' April 1998 dwar il-mezzi li bihom l-Istati Membri u l-Istati firmatarji tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea għandhom iħarsu l-proprjetà intellettwali fir-rigward ta' l-iżvilupp u l-manifattura ta' sustanzi li jagħtu t-togħma msemmija fir-Regolament (KE) Nru 2232 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), għal numru ta' sustanzi, l-Istati Membri notifikanti talbu li għandhom ikunu rreġistrati b'tali mod li jitħarsu d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali tal-manifattur. |
(6) |
Il-protezzjoni għal dawn is-sustanzi, elenkati f'Parti B tar-reġistru, hija limitata għal perjodu massimu ta' ħames snin mid-data li fiha tasal in-notifika tagħhom. Dak il-perjodu issa skada għal 28 sustanza li b'konsegwenza għandhom jiġu ttrasferiti għall-Parti A tar-reġistru. |
(7) |
Id-Deċiżjoni 1999/217/KE għandha għalhekk tiġi emendata kif suppost. |
(8) |
Il-miżuri li hemm f'din id-Deċiżjoni huma fi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti fuq il- Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI
Artikolu 1
L-Anness għad-Deċiżjoni 1999/217/KE hu emendat skond l-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, nhar it-18 ta’ Mejju 2005.
Ghall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 299, 23.11.1996, p. 1 Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).
(2) ĠU L 84, tas-27.3.1999, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2004/357/KE (ĠU L 113, 20.4.2004, p. 28).
(3) ĠU L 127, 29.4.1998, p. 32.
ANNESS
L-Anness tad-Direttiva 1999/217/KEE hu emendat kif ġej:
(1) |
Parti A hija emendata kif ġej:
|
(2) |
It-tabella ta' parti B tinbidel b' li ġej:: Sustanzi li jagħtu t-togħma nnotifikati fl-Applikazzjoni ta' l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 2232/96, li għalihom intalab il-ħarsien tad-drittijiet tal-proprjetà intelletwali tal-manifattur
|