EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005D0245

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 18 ta' Marzu 2005 li tikkonċerna kontribuzzjoni finanzjarja speċifika mill-Komunità relatata mal-programm ta' sorveljanza ta' Campylobacter fil-brojlers ippreżentat mill-Iżvezja għas-sena 2005 (innotifikata taħt in-numru tad-dokument C(2005) 759)

ĠU L 75, 22.3.2005, p. 40–43 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 272M, 18.10.2005, p. 208–211 (MT)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2005/245/oj

18.10.2005   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

208


ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-18 ta' Marzu 2005

li tikkonċerna kontribuzzjoni finanzjarja speċifika mill-Komunità relatata mal-programm ta' sorveljanza ta' Campylobacter fil-brojlers ippreżentat mill-Iżvezja għas-sena 2005

(innotifikata taħt in-numru tad-dokument C(2005) 759)

(It-test bl-Iżvediż biss huwa awtentiku)

(2005/245/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar l-infiq fil-qasam veterinarju (1),u, b'mod partikolari, l-Artikolu 19 u l-Artikolu 20 tagħha,

Billi:

(1)

Il-protezzjoni tas-saħħa umana kontra l-mard u l-infezzjonijiet li jiġu trasmessi direttament jew indirettament mill-annimali għall-bniedem (żoonosi) hija ta' l-akbar importanza.

(2)

Programm ta' sorveljanza nazzjonali multi-annwali tal-Campylobacter fil-brojlers kien imressaq mill-awtoritajiet ta' l-Iżvezja fl-2000, bil-ħsieb li jiksbu appoġġ finanzjarju mill-Komunità. L-għan tal-programm huwa biex jagħmel stima tal-linja bażi ta' prevalenza kemm fil-produzzjoni primarja u kemm fil-katina alimentari, u biex progressivament jirrinforza l-implimentazzjoni tal-miżuri iġjeniċi fl-irziezet bil-ħsieb li titnaqqas il-prevalenza fl-irziezet u sussegwentement fil-katina alimentari. Il-programm kien approvat mill-Kummissjoni u mill-assistenza finanzjarja tal-Komunità li ġiet mogħtija lilu għal perjodu ta' żmien xieraq f'massimu ta' 4 snin, biex ikopri ċertu spejjeż li daħlu fihom l-Iżvezja u biex tinġabar informazzjoni teknika u xjentifika ta' valur. Il-programm beda mill-1 ta' Lulju 2001.

(3)

Għal raġunijiet ta' baġit, l-għajnuna tal-Komunità tiġi deċiża kull sena. Bid-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2001/29/KE (2) tas-27 ta' Diċembru 2000, 2001/866/KE (3) tat-3 ta' Diċembru 2001, 2002/989/KE (4) tat-18 ta' Diċembru 2002 u 2003/864/KE (5) tal-5 ta' Diċembru 2003 il-Komunità tat rispettivament assistenza finanzjarja għat-tieni semestru tas-sena 2001 u għas-snin 2002, 2003 u 2004.

(4)

Fit-28 ta' Mejju 2004 l-awtoritajiet Żvediżi ppreżentaw programm għall-assistenza finanzjarja mill-Komunità matul l-2005, u programm rivedut fit-2 u s-17 ta' Novembru 2004. Fuq din il-bażi, jidher li huwa xieraq li jiġi mtawwal b'6 xhur, il-perijodu totali għall-assistenza finanzjarja mill-Komunità fuq il-perijodu totali miftiehem qabel ta' 4 snin, għalhekk jipprovdi assistenza għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2005 sal-31 ta' Diċembru 2005. L-assistenza finanzjarja mogħtija mill-Komunità għal dan il-perijodu għandha tkun iffissata sa massimu ta' EUR 160 000.

(5)

Skond l-Artikolu 3, paragrafu 2, tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1258/1999 (6), miżuri veterinarji u tas-saħħa tal-pjanti meħuda skond ir-regoli tal-Komunità għandhom ikunu ffinanzjati taħt is-Sezzjoni tal-Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija; għal raġunijiet ta' kontroll finanzjarju, japplikaw l-Artikoli 8 u 9 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1258/1999.

(6)

Kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għandha tingħata jekk l-azzjonijiet maħsuba jsiru b'mod effettiv u jekk l-awtoritajiet jagħtu l-informazzjoni kollha meħtieġa fi żmien il-limiti taż-żmien pprovduti.

(7)

Hemm bżonn li tiġi kkjarifikata r-rata li trid tintuża għall-konverżjoni ta' l-applikazzjonijiet tal-pagamenti mressqa f'muniti nazzjonali kif definit fl-Artikolu 1 d) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) 2799/98 li jistabbilixxi l-arranġamenti agrimonetarji għall-euro (7).

(8)

Il-miżuri pprovduti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti fuq il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Il-programm ta' sorveljanza għall-Campylobacter fil-brojlers ppreżentat mill-Iżvezja huwa hawnhekk approvat għall-perjodu ta' tnax-il xahar li jibdew mill-1 ta' Jannar 2005.

2.   L-għajnuna finanzjarja mill-Komunità għall-programm imsemmi fil-paragrafu 1 għandha tkun ta' 50 % ta' l-ispejjeż (VAT eskluża) li ntefqu mill-Iżvezja għall-ittestjar fil-laboratorju, sa 165 SEK għal kull eżami batterjoloġiku biex jinstab il-Campylobacter, 330 SEK għal kull eżami għall-enumerazzjoni tal-Campylobacter u 330 SEK għall-immarkar tas-swaba' tal-Campylobacter u sa massimu ta' EUR 160 000.

Artikolu 2

1.   L-għajnuna finanzjarja msemmija fl-Artikolu 1 (2) għandha tingħata lill-Iżvezja sakemm l-implimentazzjoni tal-programm tkun f'konformità mad-dispożizzjonijiet relevanti tal-liġi tal-Komunità, li tinkludi regoli dwar il-kompetizzjoni u fuq l-għoti tal-kuntratti pubbliċi u suġġetta għall-kundizzjonijiet li hemm pprovduti għaliha f'punti (a) sa (e):

a)

iġġib fis-seħħ sa l-1 ta' Jannar 2005 il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi biex jiġi implimentat il-programm,

b)

tressaq evalwazzjoni finanzjarja u teknika li tkopri l-ewwel ħames xhur tal-programm, minn ta' l-inqas erba' ġimgħat wara l-għeluq tal-perijodu tar-rappurtar. Ir-rapport għandu jkun konformi mal-mudell kif stipulat fl-Anness,

c)

tressaq rapport annwali mill-inqas sal-31 ta' Marzu 2006 fuq l-eżekuzzjoni u r-riżultati ġenerali tal-programm għall-perjodu kollu li għalih ġiet mogħtija l-għajnuna finanzjarja mill-Komunità, i.e. mill-1 ta' Lulju 2001 sal-31 ta' Diċembru 2005. Ir-rapport irid ikun fih ukoll evalwazzjoni teknika u finanzjarja li tkopri s-sena 2005, skond il-mudell kif stipulat fl-Anness, akkumpanjat minn evidenza li tiġġustifika l-ispejjeż imwettqa.

d)

dawn ir-rapporti li jipprovdu informazzjoni teknika u xjentifika sostantiva u ta' valur li tikkorrispondi ma' l-għan ta' l-intervent tal-Komunità,

e)

timplimenta l-programm effettivament.

2.   Meta l-limitu taż-żmien fis-subparagrafu 1c) ma jiġix irrispettat, il-kontribuzzjoni għandha tiġi mnaqqsa b'25 % fl-1 ta' Mejju, 50 % fl-1 ta' Ġunju, 75 % fl-1 ta' Lulju u 100 % fl-1 ta' Settembru.

Artikolu 3

Ir-rata ta' konverżjoni għall-applikazzjonijiet imressqa fil-munita nazzjonali fix-xahar “n” għandha tkun dik ta' l-għaxar ġurnata tax-xahar “n+1” jew ta' l-ewwel ġurnata preċedenti li għaliha tiġi kkwotata rata.

Artikolu 4

Din id-deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2005.

Artikolu 5

Din id-deċiżjoni hija ndirizzata lir-Renju ta' l-Iżvezja.

Magħmula fi Brussell, fit-18 ta' Marzu 2005

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 19. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar mid-Direttiva tal-Kunsill u tal-Parlament Ewropew 2003/99/KE tas-17 ta’ Novembru 2003 (ĠU L 325, tat-12.12.2003, p. 31).

(2)  ĠU L 6, tal-11.1.2001, p. 22.

(3)  ĠU L 323, tas-7.12.2001, p. 26.

(4)  ĠU L 344, tad-19.12.2002, p. 45.

(5)  ĠU L 325, tat-12.12.2003, p. 59.

(6)  ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 103.

(7)  ĠU L 349, ta'-24.12.1998, p. 1.


ANNESS

Informazzjoni teknika u finanzjarja relatata ma' l-implimentazzjoni ta' programm ta' sorveljanza għall-Campylobacter fil-brojlers, l-Iżvezja

Sezzjoni A.   Rapport tekniku fuq il-kontroll

Perjodu tar-Rappurtar minn ……………………… sa ………………………………

1.

Eżami magħmul f'laboratorji dijanjostiċi

a)

Kampjunar ta' rutina

 

In-numru ta' gruppi għall-qatla li ġew kampjunati

In-numru totali ta' kampjuni fuq “kalzetti” mill-irziezet

In-numru totali ta' “mselħa (swabs) tal-kloaka” fil-qatla

In-numru totali ta' kampjuni tal-“ġilda ta' l-għonq” fil-qatla

In-numru totali ta' kampjuni

Il-batterjoloġija tal- Campylobacter

 

 

 

 

 

b)

Kampjunar addizzjonali fl-irziezet matul l-istaġun ta' prevalenza għolja

 

In-numru ta' rziezet ikkampjunati

In-numru totali ta' kampjuni “tal-ħmieġ ta' l-imsaren”

Il-batterjoloġija tal- Campylobacter

 

 

c)

Kampjunar addizzjonali waqt il-qatla matul l-istaġun ta' prevalenza għolja

 

In-numru ta' gruppi għall-qatla li ġew kapjunati

In-numru totali ta' “kampjuni tal-kloaka”

Il-batterjoloġija tal- Campylobacter

 

 

d)

Kampjunar għall-enumerazzjoni tal-Campylobacter waqt il-qatla

 

In-numru ta' gruppi għall-qatla li ġew kampjunati

In-numru ta' kampjuni mill-ġilda ta' l-għonq

In-numru ta' kampjuni mit- “tlaħliħ komplut tat-tiġieġ”

In-numru totali ta' kampjuni

Il-batterjoloġija tal- Campylobacter

 

 

 

 

e)

Kampjunar għall-istudji ta' traċċabilità

Numru ta' analiżi PFGE tal-Campylobacter:

2.

Segwitu ta' l-ikkampjunar

Numru ta' ittri ta' segwitu lill-produtturi

Numru ta' żjarat ta' segwitu fl-irziezet

3.

Deskrizzjoni ta' sitwazzjoni epidemjoloġika fil-katina alimentari (riżultati u analiżi ta' riżultati mill-ikkampjunar, żjarat fl-irziezet).

4.

Deskrizzjoni tas-sitwazzjoni epidemjoloġika fil-bnedmin (xejriet u sorsi tal-campylobatterjosi)

5.

L-Isem u l-indirizz ta' l-awtorità li qed tirrapporta:

Sezzjoni B.   Stqarrija ta' l-ispejjes li ntefqu għall-kontroll (1)

Perijodu tar-Rappurtar minn ............................. sa ............................

In-numru tar-referenza tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tipprovdi għal assistenza finanzjarja:

Spejjeż magħmula relatati mal-funzjonijiet fi/minn

Spejjeż magħmula matul il-perijodu tar-rappurtar (munita nazzjonali)

Batterjoloġija tal-Campylobacter

 

L-enumerazzjoni tal-Campylobacter

 

Fingerprinting tal-Campylobacter

 


(1)  Meta jiġi ppreżentat ir-rapport finali rreferut fl-Artikolu 2 (c), għall-kull oġġett trid jiġi pprovduta lista ta' l-infiq kollu flimkien ma' kopja tad-dokumenti ta' appoġġ.


Top