EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005D0123

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad- 9 ta' Frar 2005 li temenda d-Deċiżjoni 2004/292/KE dwar l-applikazzjoni tas-sistema TRACES u li temenda d-Deċiżjoni 92/486/KEE (innotifikata taħt in-numru tad-dokument C(2005) 279) Test b’rilevanza għaż-ŻEE.

ĠU L 39, 11.2.2005, p. 53–54 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 272M, 18.10.2005, p. 79–80 (MT)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 13/12/2019; Imħassar b' 32019R1715

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2005/123(1)/oj

18.10.2005   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

79


ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-9 ta' Frar 2005

li temenda d-Deċiżjoni 2004/292/KE dwar l-applikazzjoni tas-sistema TRACES u li temenda d-Deċiżjoni 92/486/KEE

(innotifikata taħt in-numru tad-dokument C(2005) 279)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2005/123/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/424/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar il-kontrolli veterinarji u żootekniċi applikabbli fl-iskambji intra-Komunitarji ta' ċerti annimali ħajjin u prodotti fil-perspettiva tat-twettiq tas-suq intern (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 20(3) tiegħu,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE, tat-13 ta' Lulju 1992, dwar il-kompjuterizzazzjoni tal-proċeduri veterinarji ta' importazzjoni (proġett Shift), li temenda id-Direttivi 90/675/KEE, 91/496/KEE u 91/628/KEE u d-Deċiżjoni 90/424/KEE li tirrevoka d-Deċiżjoni 88/192/KEE (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/24/KE tat-30 ta' Diċembru 2003 dwar l-iżvilupp ta' sistema kompjuterizzata veterinarja kumprensiva (3) tistipula l-implimentazzjoni tas-sistema TRACES.

(2)

L-integrazzjoni fi TRACES ta' kull tagħrif li jinsab fid-dokumenti veterinarji komuni tad-dħul għall-prodotti, stipulati fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 136/2004 tat-22 ta' Jannar 2004 li jistipula l-proċeduri ta' kontrolli veterinarji fil-postijiet ta' spezzjoni tal-fruntieri tal-Komunità waqt l-importazzjoni tal-prodotti li ġejjin minn pajjiżi terzi (4), tikkostitwixxi żieda enormi tax-xogħol għall-postijiet ta' spezzjoni fuq il-fruntieri.

(3)

L-importazzjonijiet fil-Komunità ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali suġġetti għal proċeduri partikolari stipulati fid-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta' Diċembru 1997 li tistipula l-prinċipji relatati ma' l-organizzazzjoni ta' kontrolli veterinarji għall-prodotti li ġejjin minn pajjiżi terzi mdaħħlin fil-Komunità (5), għandhom madankollu jiġu avżati minn TRACES.

(4)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/292/KE tat-30 ta' Marzu 2004 dwar l-applikazzjoni tas-sistema TRACES u li temenda d-Deċiżjoni 92/486/KEE (6) tistipula l-użu tas-sistema TRACES mill-Istati Membri mill-1 ta' April 2004.

(5)

L-Istati Membri jeħtieġu ċertu żmien sabiex iħarġu u tiżdied l-attenzjoni ta' l-aġenti li jaħdmu b'mod attiv għall-integrazzjoni tat-tagħrif f'TRACES

(6)

Il-konnessjonijiet bejn TRACES u s-sistemi kompjuterizzati ta' dikjarazzjonijiet tas-saħħa preżenti f'ċerti Stati Membri jeħtieġu fażi dettaljata ta' sperimentazzjoni.

(7)

Għaldaqstant, id-Deċiżjoni 2004/292/KE għandha tiġi emendata.

(8)

Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti tal-Katina ta' l-Ikel u tas-Saħħa ta' l-Annimali.

ADOTTAT DIN ID-DECIZJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 3(2) tad-Deċiżjoni 2004/292/KE, hu ssostitwit bit-test li ġej:

“2.   L-Istati Membri jħarsu li dawn l-elementi jitniżżlu fi TRACES mill-31 ta' Diċembru 2004:

a)

il-partijiet I u II taċ-ċertifikati tas-saħħa marbutin ma' l-iskambji kif ukoll tal-Parti II waqt it-twettiq ta' kontroll;

b)

id-dokumenti veterinarji komuni tad-dħul għall-annimali kollha mdaħħla fil-Komunità;

c)

id-dokumenti veterinarji komuni tad-dħul għal-lottijiet irrifjutati kif ukoll għall-prodotti kollha suġġetti għall-proċeduri partikolari skond id-Direttiva 97/78/KE:

i)

il-proċedura ta' monitoraġġ speċifiku ta' l-Artikolu 8(4),

ii)

il-proċedura ta' transizzjoni minn pajjiż terz għal ieħor ta' l-Artikolu 11(1),

iii)

il-proċedura ta' trasferiment lejn żoni ħielsa, mingħajr taxxi jew taxxi tad-dwana ta' l-Artikolu 12(1),

iv)

il-proċedura ta' provvisti b'mezzi ta' trasport marittimu ta' l-Artikolu 13(1),

v)

il-proċedura ta' importazzjoni mill-ġdid ta' prodotti ta' oriġini Komunitarji ta' l-Artikolu 15(1).

3.   Mingħajr ħsara għall-paragrafu 2, punt c), l-Istati Membri jħarsu li dawn id-dokumenti veterinarji komuni tad-dħul għal kull prodott imdaħħal fil-Komunità ikun xi jkun it-tqegħid tal-merkanzija taħt il-proċedura doganali, jitniżżel f'TRACES mit-30 ta' Ġunju 2005.”

Artikolu 2

Dan id-dokument huwa indirizzat lill-Istati Membri kollha.

Magħmula fi Brussell, fid-9 ta' Frar 2005.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 224 tat-18.8.1990, p. 29. Direttiva emendata l-aħħar mid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2002/33/KE (ĠU L 315 tad-19.11.2002, p. 14).

(2)  ĠU L 243 tal-25.8.1992, p. 27. Deċiżjoni emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni tal-Kunsill95/1/KE (ĠU L 1 ta' l-1.1.1995, p. 113).

(3)  ĠU L 8 ta' l-14.1.2003, p. 44.

(4)  ĠU L 21 tat-28.1.2004, p. 11.

(5)  ĠU L 24 tat-30.1.1998, p.9. Direttiva emendata l-aħħar mill-Att ta' l-adeżjoni ta' l-2003.

(6)  ĠU L 94 tal-31.3.2004, p. 63.


Top