EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005D0053

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 25 ta' Jannar 2005 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 3(3) (e) tad-Direttiva 1999/5/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għat-tagħmir tar-radju li għandu bħala għan il-parteċipazzjoni fis-Sistema ta' Identifikazzjoni Awtomatika (AIS) (innotifikata fid-dokument bin-numru C(2005) 110) Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

ĠU L 22, 26.1.2005, p. 14–15 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 269M, 14.10.2005, p. 301–302 (MT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2005/53(1)/oj

14.10.2005   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

301


ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-25 ta' Jannar 2005

dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 3(3) (e) tad-Direttiva 1999/5/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għat-tagħmir tar-radju li għandu bħala għan il-parteċipazzjoni fis-Sistema ta' Identifikazzjoni Awtomatika (AIS)

(innotifikata fid-dokument bin-numru C(2005) 110)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2005/53/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat d-Direttiva 1999/5/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 1999 dwar tagħmir tar-radju u tagħmir terminali tal-telekommunikazzjoni u r-rikonoxximent reċiproku tal-konformità tagħhom (1), u b' mod partikolari l-Artikolu 3 (3)(e), dwar dan,

Billi:

(1)

Numru ta' Stati Membri implimentaw jew għandhom l-għan li jimplimentaw prinċipji komuni ta' sigurtà u regoli għat-tagħmir ta' sistemi ta' identifikazzjoni awtomatika (AIS) li ma jaqax taħt ir-rekwiżiti ta' ġarr tal-kapitolu V tal-Konvenzjoni Internazzjonali għas-Sigurtà tal-Ħajja fuq il-Baħar, 1974 (SOLAS).

(2)

L-armonizzazzjoni tas-servizzi tar-radju tikkontribwixxi għal navigazzjoni aktar sigura ta' bastimenti mhux SOLAS, b'mod partikolari f'każ ta' għawġ u ta' sitwazzjonijiet ta' sigurtà u dawn ix-xorta ta' bastimenti huma għalhekk mistiedna mill-Istati Membri sabiex jipparteċipaw fl-AIS.

(3)

L-AIS hija deskritta fir-Regolament 19 għall-Kapitolu V ta' SOLAS ta' l-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO) — Rekwiżiti ta' ġarr għas-sistemi tan-navigazzjoni u t-tagħmir tal-bastimenti.

(4)

Ir-Regolamenti ta' l-Unjoni Internazzjonali tat-Telekommunikazzjoni (UIT) speċifikat ċerti frekwenzi 161.975 (AIS1) u 162.025 (AIS2) Mhz għall-użu mill-AIS. Frekwenzi oħra li huma allokati għall-kommunikazzjonijiet marittimi jistgħu jkunu disponibbli għall-AIS. It-tagħmir kollu tar-radju li jopera fuq dawk il-frekwenzi għandu jkun kompatibbli ma' l-użu speċifikat ta' dawn il-frekwenzi u għandu jipprovdi garanzija raġjonevoli ta' ċertezza li se jiffunzjona b'mod korrett waqt li jkun qed jaħdem.

(5)

Il-firxa ta' l-applikazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/213/KE tal-25 ta' Marzu 2003 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 3(3)(e) tad-Direttiva 1999/5/KE għat-tagħmir tal-kommunikazzjoni marittima maħsub sabiex jintuża fuq il-bastimenti mhux SOLAS li għandhom l-għan li jipparteċipaw fis-Sistema ta' Identifikazzjoni Awtomatika (AIS) (2) hija limitata għal tagħmir maħsub sabiex jintuża fuq bastimenti mhux SOLAS. Huwa kkunsidrat li livell għoli ta' sigurtà jista' biss jintlaħaq jekk it-tagħmir kollu użat fuq bastimenti mhux SOLAS u l-istazzjonijiet fuq l-art korrispondenti, li qegħdin jipparteċipaw fl-AIS, jiffunzjona b'mod korrett. Għalhekk l-istess rekwiżiti għandhom japplikaw lill-istazzjonijiet kollha ta' l-AIS.

(6)

Fl-interessi taċ-ċarezza u t-trasparenza legali d-Deċiżjoni 2003/213/KE għandha għalhekk tiġi sostitwita.

(7)

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika biss wara li jgħaddi perjodu ta' żmien li jkun suffiċjenti sabiex jippermetti lil dawk li qegħdin jimmanifatturaw sabiex iwettqu l-allinjament tal-produzzjoni tagħhom tat-tagħmir, b'konformità mar-rekwiżit essenzjali ġdid.

(8)

Il-miżuri stabbiliti f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-fehma tal-Kumitat ta' Evalwazzjoni ta' Konformità fit-Telekommunikazzjoni u Sorveljanza tas-Suq.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Tagħmir tar-radju li jopera fis-servizz mobbli marittimu hekk kif imfisser fl-Artikolu 1.28 tar-Regolamenti tar-Radju ta' l-Unjoni Internazzjonali tat-Telekommunikazzjoni (ITU), jew fis-servizz mobbli marittimu tas-satellita hekk kif imfisser fl-Artikolu 1.29 tar-Regolamenti tar-Radju ta' l-ITU se jikkonforma mar-rekwiżiti essenzjali stipolati fl-Artikolu 3(3)(e) tad-Direttiva 1999/5/KE.

B'dak l-iskop dan it-tagħmir se jkun iddiżinjat b'tali mod sabiex jiżgura li jopera b'mod korrett fl-ambjent li huwa maħsub għalih meta użat fuq bastimenti u stazzjonijiet ta' l-art li huma non-SOLAS u se jilħaq ir-rekwiżiti xierqa kollha ta' tħaddim tas-Sistema ta' Identifikazzjoni Awtomatika (AIS).

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni 2003/213/KE hi mħassra b'effett mid-data msemmija fl-Artikolu 3.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhor is-26 ta' Lulju 2005.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, fil-25 ta' Jannar 2005.

Għall-Kummissjoni

Günther VERHEUGEN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 91, tas-7.4.1999, p. 10. Direttiva emendata bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 (ĠU L 284, tal-31.10.2003, p. 1).

(2)  ĠU L 81, tat-28.3.2003, p. 46.


Top