Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004R2088

2088/2004/KE: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2088/2004 tas- 7 ta' Diċembru 2004 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2497/2001 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2597/2001 dwar il-kwoti tat-tariffi għal ċertu ħut u prodotti tal-ħut li joriġinaw mir-Repubblika tal-Kroazja u għal ċerti nbejjed li joriġinaw fir-Repubblika tal-Kroazja, fl-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u fir-Repubblika tas-Slovenja

ĠU L 361, 8.12.2004, p. 3–9 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 322M, 2.12.2008, p. 45–51 (MT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/2088/oj

2.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

45


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 2088/2004

tas-7 ta' Diċembru 2004

li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2497/2001 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2597/2001 dwar il-kwoti tat-tariffi għal ċertu ħut u prodotti tal-ħut li joriġinaw mir-Repubblika tal-Kroazja u għal ċerti nbejjed li joriġinaw fir-Repubblika tal-Kroazja, fl-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u fir-Repubblika tas-Slovenja

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat l-Att dwar il-kundizzjonijiet tal-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika tal-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka u l-aġġustamenti għat-Trattati li fuqhom hija msejsa l-Unjoni Ewropea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 57(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2248/2001 tad-19 ta’ Novembru 2001 dwar ċerti proċeduri għall-applikazzjoni tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u ta’ Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Kroazja, min-naħa l-oħra, u għall-applikazzjoni tal-Ftehim Interim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Kroazja (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 153/2002 tal-21 ta’ Jannar 2002 dwar ċerti proċeduri għall-applikazzjoni tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u ta’ Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja min-naħa l-oħra, u għall-applikazzjoni tal-Ftehim Interim bejn il-Komunità Ewropea u l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,

Billi:

(1)

Bid-Deċiżjoni tiegħu 2004/778/KE tal-11 ta' Ottubru 2004 (4), il-Kunsill ikkonkluda Protokoll għall-Ftehim Interim dwar il-kummerċ u dwar kwistjonijiet marbuta mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa, u r-Repubblika tal-Kroazja, min-naħa l-oħra, biex tiġi kkunsidrata l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika tal-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka mal-Unjoni Ewropea, minn hawn “il quddiem ‘il-Protokoll tat-tkabbir”. Il-Protokoll tat-tkabbir japplika fuq bażi proviżorja b’effett mill-1 ta’ Mejju 2004.

(2)

Bid-Deċiżjoni tiegħu tat-22 ta' Novembru 2004 (5), il-Kunsill awtorizza għall-iffirmar u pprovda għall-applikazzjoni proviżorja mill-1 ta’ Mejju 2004 ta’ Protokoll għall-Ftehim ta’ Stabilizzazzjoni u ta’ Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, min-naħa l-oħra, biex tiġi kkunsidrata l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika tal-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka mal-Unjoni Ewropea, minn hawn “il quddiem ‘il-Protokoll tat-tkabbir”.

(3)

Iż-żewġ Protokolli ta’ tkabbir jipprovdu għal kwoti ta’ tariffi ġodda u għal tibdil fil-kwoti ta’ tariffi eżistenti stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2497/2001 tad-19 ta’ Diċembru 2001 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni tal-kwoti ta’ tariffi Komunitarji għal ċertu ħut u prodotti tal-ħut li joriġinaw mir-Repubblika tal-Kroazja (6) u bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2597/2001 tat-28 ta’ Diċembru 2001 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni tal-kwoti ta’ tariffi Komunitarji għal ċerti nbejjed li joriġinaw mir-Repubblika tal-Kroazja, mill-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u mir-Repubblika tas-Slovenja (7).

(4)

Biex jiġu implimentati l-kwoti ta’ tariffi l-ġodda u t-tibdil fil-kwoti ta’ tariffi eżistenti pprovduti fil-Protokolli tat-tkabbir, jeħtieġ li jiġu emendati r-Regolament (KE) Nru 2497/2001 u r-Regtolament (KE) Nru 2597/2001.

(5)

Għas-sena 2004, il-volumi tal-kwoti ta’ tariffi l-ġodda u ż-żidiet fil-volumi tal-kwoti ta’ tariffi eżistenti għandhom jiġu kkalkulati bħala pro rata tal-volumi bażiċi speċifikati fil-Protokolli tat-tkabbir, filwaqt li għandha titqies il-parti tal-perjodu ta’ qabel l-1 ta' Mejju 2004.

(6)

Sabiex tiġi ffaċilitata l-ġestjoni ta’ ċerti kwoti ta’ tariffi eżistenti provduti bir-Regolament (KE) Nru 2497/2001 u bir-Regolament (KE) Nru 2597/2001, il-kwantitajiet importati fl-ambitu tal-qafas ta’ dawn il-kwoti għandhom jiġu kkontabilizzati fuq il-kwoti tat-tariffi rispettivi tagħhom miftuħa skont ir-Regolament (KE) Nru 2497/2001 u r-Regolament (KE) Nru 2597/2001, kif emendat b’dan ir-Regolament.

(7)

Wara l-adeżjoni tas-Slovenja mal-Unjoni Ewropea, il-kwoti ta’ tariffi għall-inbejjed li joriġinaw minn dak l-Istat Membru kif provdut bir-Regolament (KE) Nru 2597/2001 għandhom jiskadu. Ir-referenzi għal dawn il-kwoti għandhom għaldaqstant jitħassru.

(8)

Billi l-Protokolli tat-tkabbir japplikaw mill-1 ta’ Mejju 2004, dan ir-Regolament għandu japplika mill-istess data u għandu jidħol fis-seħħ mill-aktar fis possibbli.

(9)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness għar-Regolament (KE) Nru 2497/2001 għandu jinbidel bit-test li jinsab fl-Anness I għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Ir-Regolament (KE) Nru 2597/2001 għandu jiġi emendat kif ġej:

(1)

It-titolu għandu jinbidel b’li ġej:

“li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni ta’ kwoti ta’ tariffi Komunitarji għal ċerti nbejjed li joriġinaw fir-Repubblika tal-Kroazja u fl-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja”

(2)

L-Artikolu 1 għandu jinbidel b’li ġej:

“Artikolu 1

1.   Meta l-inbejjed, imniżżla fl-Anness, li joriġinaw fir-Repubblika tal-Kroazja, fl-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja jew fir-Repubblika tas-Slovenja jitqiegħdu fiċ-ċirkolazzjoni libera fil-Komunità, għandhom jibbenefikaw minn eżenzjoni tad-dazju doganali, fi ħdan il-limiti tal-kwoti tat-tariffi ta' kull sena tal-Komunità speċifikati f'dan l-Anness u skont id-dispożizzjonijiet ippreżentati f'dan ir-Regolament.

2.   Jekk xi wieħed mill-pajjiżi kkonċernati jħallas sussidji tal-esportazzjoni dwar il-prodotti rilevanti, l-eżenzjoni mid-dazju doganali fil-kwoti tariffarji pprovduta fil-Protokolli Addizzjonali konklużi bid-Deċiżjonijiet 2001/919/KE, 2001/918/KE, 2001/917/KE, 2001/916/KE u 2001/920/KE (minn hawn ‘il quddiem protokolli addizzjonali dwar l-inbejjed) għandha tkun sospiża fil-każ ta' dak il-pajjiż.”

(3)

L-Artikolu 3 għandu jinbidel b’li ġej:

“Artikolu 3

Minkejja l-kundizzjonijiet stipulati fil-punt 5(a) tal-Anness I ta' kull wieħed mill-Protokolli Addizzjonali dwar l-inbejjed, l-importazzjoni tal-inbid fil-kwoti tariffarji tal-Komunità li għalihom issir referenza fl-Artikolu 1(1) għandhom ikunu soġġetti għad-dispożizzjonijiet stipulati fil-Protokolli applikabbli dwar id-definizzjoni tal-kunċett tal-prodotti ta' oriġini u l-metodi tal-koperazzjoni amministrattiva,

tal-Ftehim Interim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Kroazja,

u tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropew u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Kroazja, min-naħa l-oħra,

u tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropew u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, min-naħa l-oħra.”

(4)

L-Artikolu 5 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 5

1.   Il-kwoti tariffarji individwali għall-inbejjed li joriġinaw fil-Kroazja li għalihom issir referenza fil-Parti I tal-Anness skont in-numru tas-serje 09.1588 għandhom jiżdiedu kull sena.

2.   Iż-żieda fis-sena li għaliha ssir referenza fil-paragrafu 1 tista’ tkun applikata biss jekk jintużaw tal-anqas 80 % tal-kwoti tat-tariffi rispettivi miftuħa matul is-sena ta’ qabel.

Il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-volumi użati kull sena u għandha tadotta dispożizzjonijiet biex timplimenta kull aġġustament meħtieġ ta' dawk il-volumi għall-Kroazja.”

(5)

L-Anness qed jinbidel bit-test li jidher fl-Anness II għal dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Il-kwantitajiet li, skont ir-Regolament (KE) Nru 2497/2001 u r-Regolament (KE) Nru 2597/2001, tqiegħdu fiċ-ċirkulazzjoni libera fil-Komunità mill-1 ta’ Jannar 2004, fil-limiti tal-kwoti tat-tariffi bin-numri tas-serje 09.1581, 09.1582, 09.1583, 09.1584, 09.1585, 09.1586, 09.1588, 09.1589, 09.1558 u 09.1559, mad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu kkontabilizzati fuq il-kwoti ta’ tariffi rispettivi tagħhom skont kif stabbilit fl-Anness għar-Regolament (KE) Nru 2497/2001 u Regolament (KE) Nru 2597/2001, kif emendati b’dan ir-Regolament.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta’ Mejju 2004.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 7 ta' Diċembru 2004.

Għall-Kummissjoni

László KOVÁCS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 236, 23.9.2003, p. 33.

(2)  ĠU L 304, 21.11.2001, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2/2003 (ĠU L 1, 4.1.2003, p. 26).

(3)  ĠU L 25, 29.1.2002, p. 16. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3/2003 (ĠU L 1, 4.1.2003, p. 30).

(4)  ĠU L 350, 25.11.2004, p. 1.

(5)  Għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.

(6)  ĠU L 337, 20.12.2001, p. 27. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 607/2003 (ĠU L 86, 3.4.2003, p. 18).

(7)  ĠU L 345, 29.12.2001, p. 35.


ANNESS I

“ANNESS

Minkejja r-regoli għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, il-kliem għad-deskrizzjoni tal-prodotti għandhom jiġu kkunsidrati li ma għandhomx aktar minn valur indikattiv, filwaqt li l-iskema preferenzjali hija ddeterminata, fil-kuntest ta' dan l-Anness, bil-kopertura tal-Kodiċi tan-NM eżistenti fil-mument tal-adozzjoni tar-regolament preżenti. Fejn ex kodiċi tan-NM huma indikati, l-iskema preferenzjali għandha tiġi ddeterminata mill-applikazzjoni tal-kodiċi tan-NM u d-deskrizzjoni korrispondenti meħudin flimkien.

Nru tas-serje

Kodiċi tan-NM

Sub-diviżjoni TARIC

Deskrizzjoni

Kwota /volum fis-sena

(piż nett)

Rata tad-dazju

09.1581

0301 91 10

0301 91 90

0302 11 10

0302 11 20

0302 11 80

0303 21 10

0303 21 20

0303 21 80

0304 10 15

0304 10 17

 

Trota (Salmo trutta, Oncorhynchus mykiss, Oncorhynchus clarki, Oncorhynchus aguabonita, Oncorhynchus gilae, Oncorhynchus apache and Oncorhynchus chrysogaster): ħaj, frisk jew imkessaħ; iffriżat, niexef, immellaħ, jew fis-salmura, iffumigat; flett jew laħam ta' ħut ieħor; dqiq, mitħun oħxon jew fil-forma ta’ pellets, tajbin għall-konsum mill-bniedem

30 tunnellata metrika

Eżenti

ex 0304 10 19

40

ex 0304 10 91

0304 20 15

0304 20 17

10

ex 0304 20 19

50

ex 0304 90 10

11, 17, 40

ex 0305 10 00

10

ex 0305 30 90

0305 49 45

50

ex 0305 59 80

61

ex 0305 69 80

61

09.1582

0301 93 00

0302 69 11

0303 79 11

 

Karpjun: ħaj, frisk jew imkessaħ; iffriżat, niexef, immellaħ, jew fis-salmura, iffumigat; flett jew laħam ta' ħut ieħor; dqiq, mitħun oħxon jew fil-forma ta’ pellets, tajbin għall-konsum mill-bniedem

210 tunnellata metrika

Eżenti

ex 0304 10 19

30

ex 0304 10 91

20

ex 0304 20 19

40

ex 0304 90 10

16

ex 0305 10 00

20

ex 0305 30 90

60

ex 0305 49 80

30

ex 0305 59 80

63

ex 0305 69 80

63

09.1583

ex 0301 99 90

0302 69 61

0303 79 71

80

Abramidi (Dentex dentex u Pagellus spp.): ħaj, frisk jew imkessaħ; iffriżat, niexef, immellaħ, jew fis-salmura, iffumigat; flett jew laħam ta' ħut ieħor; dqiq, mitħun oħxon jew fil-forma ta’ pellets, tajbin għall-konsum mill-bniedem

35 tunnellata metrika

Eżenti

ex 0304 10 38

80

ex 0304 10 98

77

ex 0304 20 94

50

ex 0304 90 97

82

ex 0305 10 00

30

ex 0305 30 90

70

ex 0305 49 80

40

ex 0305 59 80

65

ex 0305 69 80

65

09.1584

ex 0301 99 90

0302 69 94

15, 17, 28 (1)

Spnott (Dicentrarchus labrax): ħaj, frisk jew imkessaħ; iffriżat, niexef, immellaħ, jew fis-salmura, iffumigat; flett jew laħam ta' ħut ieħor; dqiq, mitħun oħxon jew fil-forma ta’ pellets, tajbin għall-konsum mill-bniedem

mill-1.1 sal-31.12.2004:550 tunnellata metrika + żieda ta’ 66,66 tunnellata metrika mill-1.5 sal-31.12.2004

mill-1.1 sal-31.12.2005 u għal kull sena minn hemm ’il quddiem: 650 tunnellata metrika

Eżenti

ex 0303 77 00

10

ex 0304 10 38

85

ex 0304 10 98

79

ex 0304 20 94

60

ex 0304 90 97

84

ex 0305 10 00

40

ex 0305 30 90

80

ex 0305 49 80

50

ex 0305 59 80

67

ex 0305 69 80

67

09.1585

1604 13 11

1604 13 19

 

Sardin ippreparat jew ippreżervat

mill-1.1 sal-31.12.2004:180 tunnellata metrika

6  %

ex 1604 20 50

10, 19

09.1586

1604 16 00

1604 20 40

 

Inċova ppreparata u ppreżervata

mill-1.1 sal-31.12.2004:40 tunnellata metrika + żieda ta’ 6,66 tunnellata metrika mill-1.5 sal-31.12.2004

Eżenti [12,5%]

09.1587

1604

 

Ħut ippreparat jew ippreżervat; kavjar u sostituti tal-kavjar ippreparat mill-bajd frisk

mill-1.5. to 31.12.2004: 860 tunnellata metrika

mill-1.1 sal-31.12.2005 u għal kull sena minn hemm ’il quddiem: 1 550 tunnellata metrika

Eżenti


(1)  From 1 January 2005 the TARIC subdivisions 15, 17 and 28 will be replaced by 22.”


ANNESS II

“ANNESS

Minkejja r-regoli għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, il-kliem għad-deskrizzjoni tal-prodotti għandhom jiġu kkunsidrati li għandhom mhux aktar ħlief valur indikattiv, l-iskema preferenzjali tkun stabbilita, fil-kuntest ta' dan l-Anness, mill-kopertura tal-kodiċi tan-NM. Meta l-ex kodiċi tan-NM huma indikati, l-iskema preferenzjali għandha tkun stabbilita bl-applikazzjoni tal-kodiċi tan-NM u d-deskrizzjoni li tikkorrispondi meħudin flimkien.

PARTI I: IL-KROAZJA

Nru tas-serje

Kodiċi tan-NM

Subdiviżjoni tat-TARIC

Deskrizzjoni

Volum tal-kwota kull sena

(el)

Rata tad-dazju

09.1588

ex 2204 10 19

91, 99

Inbid ifexfex, barra x-xampanja u barra Asti spumante

Mill-1.1 sal-31.12.2004: 30 000 + żieda ta’ 9 333,33 mill-1.5 sal-31.12.2004

Għal kull sena minn hemm ’il quddiem, mill-1.1 sal-31.12: 44 000  (1)

Eżenti

ex 2204 10 99

91, 99

2204 21 10

 

Inbid ieħor tal-għeneb frisk, f’kontenituri li jesgħu 2 litri jew inqas

ex 2204 21 79

79

80

ex 2204 21 80

79

80

ex 2204 21 83  (2)

10

79

80

ex 2204 21 84  (3)

10

79

80

ex 2204 21 94

10

30 (4)

ex 2204 21 98

10

30 (4)

ex 2204 21 99

10

09.1589

2204 29 10

 

Inbid ieħor tal-għeneb frisk, f’kontenituri li jesgħu [aktar minn] 2 litri

Mill-1.1 sal-31.12.2004: 15 000 + żieda ta’ 9 333,33 mill-1.5 sal-31.12.2004

Għal kull sena minn hemm ’il quddiem mill-1.1 sal-31.12: 29 000

Eżenti

2204 29 65

 

ex 2204 29 75

10

2204 29 83

 

ex 2204 29 84

10

30 (4)

ex 2204 29 94

10

30 (4)

ex 2204 29 98

10

30 (4)

ex 2204 29 99

10


PARTI II: L-EX REPUBBLIKA JUGOŻLAVA TAL-MAĊEDONJA

Nru tas-serje

Kodiċi tan-NM

Subdiviżjoni tat-TARIC

Deskrizzjoni

Volum tal-kwota kull sena

(el)

Rata tad-dazju

09.1558

ex 2204 10 19

91, 99

Inbid ifexfex, barra x-xampanja u barra l-Asti spumante

Mill-1.1 sal-31.12.2004: 27 000 + żieda ta’ 1 333,33 mill-1.5 sal-31.12.2004

Għal kull sena minn hemm ’il quddiem, mill-1.1 sal-31.12: 37 000  (5)

Eżenti

ex 2204 10 99

91, 99

2204 21 10

 

Inbid ieħor tal-għeneb frisk, f’kontenituri li jesgħu 2 litri jew inqas

ex 2204 21 79

79

80

ex 2204 21 80

79

80

ex 2204 21 83  (6)

10

79

80

ex 2204 21 84  (7)

10

79

80

ex 2204 21 94

10

30 (8)

ex 2204 21 98

10

30 (8)

ex 2204 21 99

10

09.1559

2204 29 10

 

Inbid ieħor tal-għeneb frisk, f’kontenituri li jesgħu [aktar minn] 2 litri

Mill-1.1 sal-31.12.2004: 273 000 + żieda ta’ 59 666,66 mill-1.5 sal-31.12.2004

Għal kull sena minn hemm ’il quddiem, mill-1.1 sal-31.12: 354 500  (9)

Eżenti

2204 29 65

 

ex 2204 29 75

10

2204 29 83

 

ex 2204 29 84

10

30 (8)

ex 2204 29 94

10

30 (8)

ex 2204 29 98

10

30 (8)

ex 2204 29 99

10


(1)  Dan il-volum tal-kwoti għandu jiżdied kull sena b’10 000 el, sakemm jintużaw tal-inqas 80% tal-kwantità eliġibbli matul is-sena preċedenti. Iż-żieda annwali għandha tapplika sakemm is-somma tal-kwoti tat-tariffi taħt in-Nri tas-serje 09.1588 u 09.1589 tilħaq massimu ta’ 98 000 el.

(2)  From 1 January 2005 the CN code ex 2204 21 83 will change to ex 2204 21 84 and the TARIC subdivisions 10, 79 and 80 will change to 59 and 70.

(3)  From 1 January 2005 the CN code ex 2204 21 84 will change to ex 2204 21 85 and the TARIC subdivisions 10, 79 and 80 will change to 79 and 80.

(4)  From 1 January 2005 the TARIC subdivisions 10 and 30 will change to 20.

(5)  Mill-1 ta’ Jannar 2006, dan il-volum tal-kwoti għandu jiżdied kull sena b’6 000 el.

(6)  From 1 January 2005 the CN code ex 2204 21 83 will change to ex 2204 21 84 and the TARIC subdivisions 10, 79 and 80 will change to 59 and 70.

(7)  From 1 January 2005 the CN code ex 2204 21 84 will change to ex 2204 21 85 and the TARIC subdivisions 10, 79 and 80 will change to 79 and 80.

(8)  From 1 January 2005 the TARIC subdivisions 10 and 30 will change to 20.

(9)  Mill-1 ta’ Jannar 2006, dan il-volum tal-kwoti għandu jonqos kull sena b’6 000 el.”


Top