Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004R2060

    Regolament tal-kunsill (KE) Nru 2060/2004 tat- 22 ta' Novembru 2004 li jemenda r-Regolament (KE) Nru. 2702/1999 dwar miżuri biex tingħata informazzjoni dwar, u biex jiġu promossi, prodotti agrikoli f'pajjiżi terzi u r-Regolament (KE) Nru. 2826/2000 dwar azzjonijiet ta' informazzjoni u promozzjoni għal prodotti agrikoli fis-suq intern

    ĠU L 357, 2.12.2004, p. 3–8 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 153M, 7.6.2006, p. 209–214 (MT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 11/01/2008; Impliċitament imħassar minn 32008R0003

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/2060/oj

    7.6.2006   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    209


    REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 2060/2004

    tat-22 ta' Novembru 2004

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru. 2702/1999 dwar miżuri biex tingħata informazzjoni dwar, u biex jiġu promossi, prodotti agrikoli f'pajjiżi terzi u r-Regolament (KE) Nru. 2826/2000 dwar azzjonijiet ta' informazzjoni u promozzjoni għal prodotti agrikoli fis-suq intern

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 36 u 37 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni,

    Billi:

    (1)

    Fid-dawl ta' l-esperjenza miksuba fl-implimentazzjoni tar-Regolamenti (KE) Nru. 2702/1999 (3) u Nru. 2826/2000 (4), analizzata fir-rapport preżentat mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill f' April 2004, jixraq li jiġu riveduti ċerti disposizzjonijiet ta' dawk ir-Regolamenti.

    (2)

    L-Armonizzazzjoni tad-disposizzjonijiet dwar il-preżentazzjoni u l-għażla ta' proposti, il-monitoraġġ tal-programmi kif ukoll konsultazzjoni u għajnuna teknika, applikati fil-kuntest tar-Regolamenti (KE) Nru. 2702/1999 u Nru. 2826/2000, għandhom iwasslu għal tmexxija simplifikata taż-żewġ sistemi; b'mod partikolari, organizzazzjonijiet li jagħmlu proposti għandhom jingħataw il-possibiltà li jimplimentaw huma stess ċerti partijiet tal-programmi u li jagħżlu korpi ta' implimentazzjoni iżjed tard fil-proċedura.

    (3)

    Għandu jiġi evitat qsim ta' l-iffinanzjar fi programmi żgħar u mhux effettivi u għandu jiġi żgurat tqassim bilanċjat tar-riżorsi disponibbli tal-budget, billi jiġu provduti limiti effettivi ta' spejjeż massimi u minimi għall-programmi li jiġu preżentati.

    (4)

    Il-possibiltà li l-Kummissjoni tinba miżuri ta' promozzjoni u informazzjoni f'pajjiżi terzi għandha tiġi estiża f'każijiet fejn tali miżuri huma ta' interess għall-Komunità kollha jew fejn ma jkunu ġew preżentati l-ebda miżuri xierqa minn organizzazzjonijiet professjonali jew interprofessjonali. Il-Kummissjoni għandha tingħata wkoll il-possibiltà li tagħti bidu, fis-suq intern, għal miżuri ta' informazzjoni li għandhom x'jaqsmu ma' sistemi Komunitarji dwar il-kwalità u l-ittikketjar ta' prodotti agrikoli u oġġetti ta' l-ikel.

    (5)

    Fid-dawl ta' l-esperjenza miksuba bl-implimentazzjoni tal-kontribut li jonqos minn 60 għal 40 % f'każi ta' programmi pluriennali, id-disposizzjonijiet dwar il-kontribut Komunitarju għal tali programmi għandu jiġi simplifikat, waqt li jinżamm il-livell tal-kontribut Komunitarju ta' 50 % ta' l-ispiża effettiva ta' kull programm.

    (6)

    Is-sehem tal-kontribut ta' l-Istat(i) Membru(i) u ta' l-organizzazzjoni(jiet) li tagħmel/jagħmlu proposti għandhom isiru iżjed flessibbli; madankollu għandu jitħalla sehem minimu ta' finanzjament obbligatorju li għandu jitħallas mill-organizzazzjoni li tagħmel il-proposta.

    (7)

    Hu importanti ħafna li l-materjali li jintużaw fil-kampanji ta' informazzjoni u promozzjoni jiġu verifikati fejn għandha x'taqsam il-konformità tagħhom mal-leġiżlazzjoni Komunitarja. Hu għalhekk meħtieġ li jiġu ċċarati l-obbligi ta' monitoraġġ eżistenti ta' l-Istati Membri f'dak ir-rigward.

    (8)

    Il-kontributi ta' l-Istat(i) Membru(i) għal programmi jsiru f'kuntest ta' proċedura speċifika. Stati Membri għandhom għalhekk ikunu eżenti mill-obbligu li jinnotifikaw tali kontributi nazzjonali bħala għajnuna ta' l-istat biex il-proċeduri amministrattivi konċernati jiġu simplifikati, peress li dawn il-kontributi m'għandhomx jiġu kkunsidrati bħala għajnuna ta' l-istat fis-sens ta' l-Artikoli 87, 88 u 89 tat-Trattat.

    (9)

    Gruppi ta' ħidma “ad hoc” ta' rappreżentanti minn Stati Membri u/jew esperti b'kompetenza partikolari f'materji ta' promozzjoni u riklamar jistgħu jagħtu pariri siewja lill-Kummissjoni fl-iżvilupp ta' l-istrateġija u l-miżuri ta' implimentazzjoni tas-sistema. Għandu għalhekk ikun hemm provvedimenti biex tali gruppi jkunu jistgħu jiġu konsultati.

    (10)

    Ir-Regolament (KE) Nu 2702/1999 għandu jibqa' japplika wara l-31 ta' Diċembru 2004.

    (11)

    Sabiex isiru possibbli l-adattamenti meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-miżuri proposti, dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2005.

    (12)

    Ir-Regolamenti (KE) Nru. 2702/1999 u (KE) Nru. 2826/2000 għandhom għaldaqstant jiġu hekk emendati,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (KE) Nru. 2702/1999 qiegħed hawn jiġi emendat kif ġej:

    1)

    Fl-Artikolu 2, il-punt (ċ) għandu jiġi mibdul b'li ġej:

    “(ċ)

    kampanji ta' informazzjoni, b'mod partikolari dwar is-sistemi Komunitarji li jkopru denominazzjoni protetta ta' oriġini (PDOs), indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (PGIs), speċjalitajiet tradizzjonali garantiti (GTSs), kif ukoll sistemi oħra Komunitarji dwar livelli ta' kwalità u tikketti għal prodotti agrikoli u ikel, u simboli grafiċi stabbiliti fil-leġiżlazzjoni Komunitarja rilevanti;”.

    2)

    L-Artikolu 5 għandu jiġi mibdul b'li ġej:

    “Artikolu 5

    1.   Skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 12(2), kull sentejn il-Kummissjoni għandha tagħmel lista tal-prodotti u swieq imsemmija fl-Artikoli 3 u 4 rispettivament.

    Madankollu, din il-lista tista' tiġi emendata fl-intervall, jekk dan ikun meħtieġ.

    2.   Skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 12(2), il-Kummissjoni tista' tadotta linji gwida li jfissru d-dettalji dwar l-istrateġija li għandha tiġi segwita fil-proposti għal kampanji ta' informazzjoni u promozzjoni għal uħud mill-prodotti jew għall-prodotti kollha msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.”;

    3)

    L-Artikolu 7 għandu jiġi mibdul b'li ġej:

    “Artikolu 7

    1.   Biex iwettqu l-miżuri msemmija fl-Artikolu 2(a), (b), (ċ), (d), u (e) u bla ħsara għall-Artikolu 6, l-organizzazzjoni(jiet) professjonali u/jew interprofessjonali li tirrappreżenta/jirrappreżentaw il-qasam/l-oqsma f'wieħed jew iżjed Stati Membri jew f'livell Komunitarju għandhom ifasslu proposti għal programmi ta' promozzjoni u informazzjoni ta' mhux iżjed minn tliet snin.

    L-Istati Membri għandhom ifasslu speċifikazzjoni li tistabbilixxi l-ħtiġijiet u l-kriterji għall-valutazzjoni tal-programmi.

    2.   L-Istat(i) Membru(i) kkonċernat(i) għandu jeżamina/għandhom jeżaminaw il-konvenjenza ta' kull programm propost u l-konformità tiegħu mad-disposizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, il-linji gwida adottati taħt l-Artikolu 5(2), u l-ispeċifikazzjoni rilevanti. Għandhom ukoll jivverifikaw li l-programm jiswa l-flus li jintefqu fuqu.

    Meta jkun/u eżamina/w l-programm jew programmi, l-Istat(i) Membru(i) għandu jagħmel/għandhom jagħmlu lista ta' programmi fil-limitu tal-finanzi disponibbli u għandu jintrabat/għandhom jintrabtu li jikkontribwixxi(u) għall-iffinanzjar tagħhom.

    3.   L-Istat(i) Membru(i) għandu jibgħat/għandhom jibgħatu lill-Kummissjoni l-lista ta' programmi u kopji tal-programmi.

    Jekk il-Kummissjoni ssib li programm li ġie preżentat, jew ċerti azzjonijiet tiegħu, m'humiex skond id-disposizzjonijiet Komunitarji jew ma jkunx jiswa l-flus li jintefqu fuqu, għandha, f'limitu ta' żmien li jrid jiġi stabbilit skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 12(2), tinnotifika lill-Istat(i) Membru(i) konċernat(i) li l-programm jew parti minnu mhux eliġibbli. Ladarba jinqabeż dak il-limitu, il-programm għandu jitqies eliġibbli.

    L-Istat(i) Membru(i) għandu jqis/għandhom iqisu kull osservazzjoni magħmula mill-Kummissjoni u għandu jibgħat/għandhom jibagħtu l-programmi, riveduti bi ftehim ma' l-organizzazzjoni li tagħmel il-proposta, lill-Kummissjoni, f'perijodu ta' żmien li jrid jiġi stabbilit skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 12(2).

    4.   Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 12(2), liema programmi huma aċċettati u l-budgets korrispondenti. Programmi preżentati minn iżjed minn Stat Membru wieħed jew li jipprovdu għal azzjonijiet f' iżjed minn pajjiż terz wieħed għandhom jingħataw prijorità.

    5.   Wara li toħroġ sejħa għal offerti kompetittivi bil-mezzi kollha xierqa, l-organizzazzjoni li tagħmel proposta għandha tagħżel il-korpi li għandhom jimplimentaw il-programmi. Madankollu, taħt ċerti kondizzjonijiet li jridu jiġu stabbiliti skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 12(2), l-organizzazzjoni li tagħmel proposta tista' tiġi awtorizzata biex timplimenta ċerti partijiet tal-programm.

    6.   Skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 12(2), il-Kummissjoni tista' tistabbilixi limiti effettivi ta' spejjeż massimi u/jew minimi għall-programmi li jridu jiġu preżentati taħt dan l-Artikolu. Dawn il-limiti ta' spejjeż jistgħu jkunu differenzjati skond in-natura tal-programmi konċernati. Kriterji dwar dan jistgħu jiġu definiti skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 12(2).”

    4)

    Għandu jiġi miżjud l-Artikolu li ġej:

    “Artikolu 7a

    Wara li l-Kumitat ta' Tmexxija msemmi fl-Artikolu 12(1) jew, fejn xieraq, il-Kumitati Regolatorji msemmija fir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru. 2092/91 (*), (KEE) Nru.2081/92 (**) jew (KEE) Nru. 2082/92 (***) ikunu ġew infurmati, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar il-miżuri li ġejjin:

    (a)

    miżuri msemmija fl-Artikolu 2 (f) u (g) ta' dan ir-Regolament;

    (b)

    miżuri msemmija fl-Artikolu 2 (a), (b), (ċ), (d) u (e) ta' dan ir-Regolament, fejn tali miżuri għandhom interess għall-Komunità kollha jew fejn ma jkunu ġew preżentati l-ebda proposti xierqa taħt il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 7 ta' dan ir-Regolament;

    (ċ)

    miżuri mwettqa minn organizzazzjoni internazzjonali kif imsemmija fl-Artikolu 6 ta' dan ir-Regolament.”;

    (*)  ĠU L 198, 22.7.1991, p. 1."

    (**)  ĠU L 208, 24.7.1992, p. 1."

    (***)  ĠU L 208, 24.7.1991, p. 9."

    5)

    L-Artikolu 8 għandu jiġi emendat kif ġej:

    (a)

    Fil-paragrafu 1, it-tieni u t-tielet inċiż għandhom jiġu mibdula b'dan li ġej:

    “—

    il-korp jew korpi responsabbli biex jimplimentaw il-miżuri msemmija fl-Artikolu 7a;”

    (b)

    Il-paragrafu 4 għandu jiġi mibdul b'li ġej:

    “4.   L-Istati Membri konċernati għandhom ikunu responsabbli għall-monitoraġġ ta' programmi msemmija fl-Artikolu 7 u għall-pagamenti fir-rigward tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe materjal ta' informazzjoni jew promozzjoni prodott taħt programm aċċettat jikkonforma mal-liġi Komunitarja.”;

    6)

    L-Artikolu 9 għandu jiġi emendat kif ġej:

    (a)

    Il-paragrafi 1, 2 u 3 għandhom jiġu mibdula b'li ġej:

    “1.   Bla preġudizzju għall-paragrafu 4, il-Komunità għandha tiffinanzja l-miżuri msemmija fl-Artikolu 7a fl-intier tagħhom. Il-Komunità għandha wkoll tiffinanzja l-ispejjeż kollha ta' assistenti tekniċi magħżula skond l-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 8(1).

    2.   Il-kontribut tal-Komunità għall-programmi msemmija fl-Artikolu 7 m'għandux jaqbeż il-50 % ta' l-ispejjeż reali tal-programmi. F'każ ta' programmi ta' promozzjoni ta' sentejn jew tlieta, il-kontribut għal kull sena ta' implimentazzjoni m'għandux jaqbeż dak il-limitu massimu.

    3.   L-organizzazzjoni(jiet) li tagħmel/jagħmlu proposta/i għandhom jiffinanzjaw għall-inqas l-20 % ta' l-ispejjeż reali tal-programmi msemmija fl-Artikolu 7, u l-bqija jiġi ffinanzjat mill-Istat(i) Membru(i) konċernat(i), waqt li jittieħed kont tal-kontribut tal-Komunità msemmi fil-paragrafu 2. L-ishma rispettivi ta' l-Istat(i) Membru(i) u l-organizzazzjoni(jiet) li tagħmel/jagħmlu proposta/i għandhom jiġu definiti metal-programm jiġi preżentat lill-Kummissjoni skond l-Artikolu 7 (3). Il-ħlasijiet magħmula mill-Istati Membri u/jew l-organizzazzjonijiet li jagħmlu proposta/i jistgħu jiġu minn piżijiet parafiskali jew kontributi obbligatorji.”;

    (b)

    Il-paragrafu 5 li ġej għandu jiġi miżjud:

    “5.   L-Artikoli 87, 88 u 89 tat-Trattat m' għandhomx japplikaw għal kontributi finanzjarji minn Stati Membri u għal kontributi finanzjarji, li jiġu minn piżijiet parafiskali jew kontributi obbligatorji, provduti minn Stati Membri u/jew organizzazzjonijiet li jagħmlu proposta/i, għall-programmi li huma soġġetti għal sostenn Komunitarju fl-ambitu ta' l-Artikolu 36 tat-Trattat u li l-Kummissjoni ddeċidiet li taċċetta skond l-Artikolu 7(4).”;

    7)

    Għandu jiġi mdaħħal l-Artikolu li ġej:

    “Artikolu 12a

    Qabel ma titfassal il-lista u l-linji gwida msemmija fl-Artikolu 5, jew jiġu aċċettati programmi msemmija fl-Artikolu 7, jew jittieħdu deċiżjonijiet dwar miżuri skond l-Artikolu 7a, jew jiġu adottati miżuri ta' implimentazzjoni skond l-Artikolu 11, il-Kummissjoni tista' tikkonsulta mal-:

    (a)

    Grupp Permanenti dwar il-Promozzjoni ta' Prodotti Agrikoli tal-Kumitat Konsultattiv dwar Saħħa u Sigurtà ta' Prodotti Agrikoli;

    (b)

    gruppi ta' ħidma tekniċi ‘ad hoc’ magħmula minn membri tal-Kumitat ta' Tmexxija msemmija fl-Artikolu 12(1) u/jew esperti b' kompetenza partikolari fil-promozzjoni u r-riklamar.”;

    8)

    Fl-Artikolu 13 id-data ta' “31 ta' Diċembru 2003” għandha tiġi mibdula b'“31 ta' Diċembru 2006”.

    9)

    Fl-Artikolu 15, it-tieni paragrafu għandu jiġi mħassar.

    Artikolu 2

    Ir-Regolament (KE) Nru. 2826/2000 qiegħed hawn jiġi emendat kif ġej:

    1)

    Fl-Artikolu 2, il-punt (ċ) għandu jiġi mibdul b'li ġej:

    “(ċ)

    kampanji ta' informazzjoni, b'mod speċjali dwar sistemi Komunitarji li jkopru denominazzjoni protetta ta' oriġini (PDOs), indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (PGIs), speċjalitajiet tradizzjonali garantiti (GTSs), u produzzjoni organika, kif ukoll sistemi oħra Komunitarji dwar livelli ta' kwalità u tikketti għal prodotti agrikoli u ikel, u s-simboli grafiċi stabbiliti fil-leġiżlazzjoni Komunitarja rilevanti, inkluż is-simbolu grafiku għal reġjuni mbiegħda ħafna;”;

    2)

    Fl-Artikolu 4, il-paragrafu 2 għandu jiġi mħassar;

    3)

    Fl-Artikolu 5, il-paragrafu 2 għandu jiġi mħassar;

    4)

    L-Artikolu 6 għandu jiġi mibdul b'li ġej:

    “Artikolu 6

    1.   Biex iwettqu l-miżuri msemmija fl-Artikolu 2(a), (b), (ċ) u (d) u skond il-linji gwida msemmija fl-Artikolu 5, l-organizzazzjoni(jiet) professjonali u/jew interprofessjonali li tirrappreżenta/jirrappreżentaw il-qasam/l-oqsma fi Stat Membru jew iżjed minn wieħed jew f'livell Komunitarju għandu jfassal/għandhom ifasslu proposti għal programmi ta' promozzjoni u informazzjoni ta' mhux iżjed minn tliet snin.

    Stati Membri għandhom ifasslu speċifikazzjoni li tistabbilixxi l-ħtiġijiet u l-kriterji għall-valutazzjoni tal-programmi.

    2.   L-Istat(i) Membru(i) kkonċernat(i) għandu jeżamina/għandhom jeżaminaw il-konvenjenza ta' kull programm propost u l-konformità tiegħu mad-disposizzjonijet ta' dan ir-Regolament, il-linji gwida msemmija fl-Artikolu 5 u l-ispeċifikazzjoni rilevanti. Għandhom ukoll jivverifikaw li l-programm jiswa l-flus li jintefqu fuqu.

    Meta jkun(u) eżamina(w) l-programm jew programmi, l-Istat(i) Membru(i) għandu jagħmel/għandhom jagħmlu lista ta' programmi fil-limitu tal-finanzi disponibbli u għandu jintrabat/għandhom jintrabtu li jikkontribwixxi(u) għall-iffinanzjar tagħhom.

    3.   L-Istat(i) Membru(i) għandu jibgħat/għandhom jibgħatu lill-Kummissjoni l-lista ta' programmi u kopji tal-programmi.

    Jekk il-Kummissjoni ssib li programm li ġie preżentat, jew ċerti azzjonijiet tiegħu, mhumiex skond id-disposizzjonijiet Komunitarji jew il-linji gwida msemmija fl-Artikolu 5, jew ma jkunx jiswa l-flus li jintefqu fuqu, għandha, f'limitu ta' żmien li jrid jiġi stabbilit skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 13(2), tinnotifika lill-Istat(i) Membru(i) konċernat(i) li l-programm jew parti minnu mhux eliġibbli. Ladarba jinqabeż dak il-limitu ta' żmien, il-programm għandu jitqies eliġibbli.

    L-Istat(i) Membru(i) għandu jqis/għandhom iqisu kull osservazzjoni magħmula mill-Kummissjoni u għandu jibgħat/għandhom jibgħatu l-programmi, riveduti bi ftehim ma' l-organizzazzjoni li tagħmel il-proposta, lill-Kummissjoni, f'perijodu ta' żmien li jrid jiġi stabbilit skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 13(2).

    4.   Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 13 (2), liema programmi huma aċċettati u l-budgets korrispondenti. Programmi preżentati minn iżjed minn Stat Membru wieħed jew li jipprovdu għal azzjonijiet f'iżjed minn Stat Membru wieħed għandhom jingħataw prijorità.

    5.   Wara li toħroġ sejħa għal offerti kompetittivi bil-mezzi kollha xierqa, l-organizzazzjoni li tagħmel proposta għandha tagħżel il-korpi li għandhom jimplimentaw il-programmi. Madankollu, taħt ċerti kondizzjonijiet li jiġu stabbiliti skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 13(2), l-organizzazzjoni li tagħmel proposta tista' tiġi awtorizzata biex timplimenta ċerti partijiet tal-programm.

    6.   Skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 13(2), il-Kummissjoni tista' tistabbilixxi limiti effettivi ta' spejjeż massimi u/jew minimi għall-programmi li jiġu preżentati taħt dan l-Artikolu. Dawn il-limiti ta' spejjeż jistgħu jkunu differenzjati skond in-natura tal-programmi konċernati. Kriterji dwar dan jistgħu jiġu definiti skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 13(2).”.

    5)

    L-Artikolu 7 għandu jiġi emendat kif ġej:

    (a)

    Il-paragrafu 3 għandu jiġi mibdul b'li ġej:

    “3.   Għall-finijiet ta' l-eżami tal-programmi mill-Kummissjoni, għandu japplika l-Artikolu 6(3) u (4).”

    (b)

    Il-paragrafu 4 li ġej għandu jiġi miżjud:

    “4.   Skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 13(2), il-Kummissjoni tista' tistabbilixxi limiti effettivi ta' spejjeż massimi u/jew minimi għall-programmi preżentati taħt dan l-Artikolu. Dawn il-limiti ta' spejjeż jistgħu jkunu differenzjati skond in-natura tal-programmi konċernati. Kriterji dwar dan jistgħu jiġu definiti skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 13(2).”

    6)

    Għandu jiġi miżjud l-Artikolu li ġej:

    “Artikolu 7a

    Wara li l-Kumitat ta' Tmexxija msemmi fl-Artikolu 13(1) jew, fejn xieraq, il-Kumitati Regolatorji msemmija fir-Regolamenti (KEE) Nru. 2092/91 (****), (KEE) Nru. 2081/92 (*****) jew (KEE) Nru. 2082/92 (******) ikunu ġew infurmati, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar il-miżuri li ġejjin:

    (a)

    miżuri msemmija fl-Artikolu 2 (e) ta' dan ir-Regolament;

    (b)

    miżuri msemmija fl-Artikolu 2(b), (ċ) u (d) ta' dan ir-Regolament fejn tali miżuri huma ta' interess għall-Komunità kollha jew fejn ma jkunu ġew preżentati l-ebda proposti xierqa taħt il-proċeduri stabbiliti fl-Artikoli 6 jew 7 ta' dan ir-Regolament.”

    (****)  ĠU L 198, 22.7.1991, p. 1."

    (*****)  ĠU L 208, 24.7.1992, p. 1."

    (******)  ĠU L 208, 24.7.1991, p. 9."

    7)

    L-Artikolu 8 għandu jiġi mibdul b'li ġej:

    “Artikolu 8

    Il-Kummissjoni għandha, abbażi ta' sejħa għal offerti miftuħa jew ristretta, tagħżel:

    (a)

    kwalunkwe għajnuna teknika meħtieġa biex issir valutazzjoni tal-programmi proposti, inklużi l-korpi ta' implimentazzjoni proposti;

    (b)

    il-korp jew korpi responsabbli biex jimplimentaw il-miżuri msemmija fl-Artikolu 7a.”;

    8)

    L-Artikolu 9 għandu jiġi emendat kif ġej:

    (a)

    Il-paragrafi 1, 2 u 3 għandhom jiġu mibdula b'li ġej:

    “1.   Il-Komunità għandha tiffinanzja l-miżuri msemmija fl-Artikolu 7a fl-intier tagħhom. Il-Komunità għandha wkoll tiffinanzja l-ispejjeż kollha ta' assistenti tekniċi magħżula skond l-Artikolu 8(a).

    2.   Il-kontribut Komunitarju għall-programmi msemmija fl-Artikoli 6 u 7 m'għandux jaqbeż il-50 % ta' l-ispejjeż reali tal-programmi. Fil-każ ta' programmi ta' promozzjoni ta' sentejn jew tlieta, il-kontribut għal kull sena ta' implimentazzjoni m'għandux jaqbeż dak il-limitu massimu.

    3.   L-organizzazzjoni(jiet) li tipproponi/jipproponu għandhom jiffinanzjaw għall-inqas 20 % ta' l-ispiża reali tal-programmi msemmija fl-Artikolu 6 u l-bqija jiġi ffinanzjat mill-Istat(i) Membru(i) konċernat(i), waqt li jitqies il-kontribut Komunitarju msemmi fil-paragrafu 2. L-ishma rispettivi ta' l-Istat(i) Membru(i) u ta' l-organizzazzjoni(jiet) li tagħmel/jagħmlu proposta/i għandhom jiġu definiti meta l-programm jiġi preżentat lill-Kummissjoni skond l-Artikolu 6(3). Il-ħlasijiet magħmula mill-Istati Membri u/jew l-organizzazzjonijiet li jagħmlu proposta/i jistgħu jiġu minn piżijiet parafiskali jew kontributi obbligatorji.”;

    (b)

    Il-paragrafu 5 li ġej qed jiġi miżjud:

    “5.   L-Artikoli 87, 88 u 89 tat-Trattat m'għandhomx japplikaw għal kontributi finanzjarji minn Stati Membri u għal kontributi finanzjarji, li jiġu minn piżijiet parafiskali jew kontributi obbligatorji, provduti minn Stati Membri u/jew organizzazzjonijiet li jagħmlu proposta/i, għall-programmi li huma soġġetti għal sostenn Komunitarju fl-ambitu ta' l-Artikolu 36 tat-Trattat u li l-Kummissjoni ddeċidiet li taċċetta skond l-Artikolu 6(4) jew l-Artikolu 7(3).”

    9)

    Fl-Artikolu 10, il-paragrafu 2 andu jiġi mibdul b'li ġej:

    “2.   Grupp ta' monitoraġġ, magħmul minn rappreżentanti tal-Kummissjoni, l-Istati Membri konċernati u l-organizzazzjonijiet li jagħmlu proposta/i konċernati, għandhom jissorveljaw l-iżvolġiment xieraq tal-programmi msemmija fl-Artikoli 6 u 7.

    3.   L-Istati Membri kkonċernati għandhom ikunu responsabbli għall-monitoraġġ ta' programmi msemmi fl-Artikolu 7 u għall-ħlas tiegħu. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe materjal ta' informazzjoni jew promozzjoni prodott taħt programm aċċettat jikkonforma mal-liġi Komunitarja.”;

    10)

    Għandu jiġi mdaħħal l-Artikolu li ġej:

    “Artikolu 13a

    Qabel ma titfassal il-lista msemmija fl-Artikolu 4, jew jiġu stabbiliti l-linji gwida msemmija fl-Artikolu 5, jew jiġu approvati programmi msemmija fl-Artikoli 6 u 7, jew jittieħdu deċiżjonijiet dwar miżuri skond l-Artikolu 7a, jew jittieħdu miżuri ta' implimentazzjoni skond l-Artikolu 12, il-Kummissjoni tista' tikkonsulta mal-:

    (a)

    Grupp Permanenti dwar il-Promozzjoni ta' Prodotti Agrikoli tal-Kumitat Konsultattiv dwar Saħħa u Sigurtà ta' Prodotti Agrikoli;

    (b)

    gruppi ta' ħidma tekniċi ‘ad hoc’ magħmula minn membri tal-Kumitat ta' Tmexxija msemmi fl-Artikolu 13(1) u/jew esperti b'kompetenza partikolari f'materji ta' promozzjoni u riklamar.”

    11)

    L-Artikolu 14 għandu jiġi mibdul b'li ġej:

    “Artikolu 14

    Qabel il-31 ta' Diċembru 2006, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, flimkien ma' kwalunkwe proposta xierqa.”.

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak li fih ikun ġie pubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2005.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, nhar it-22 ta' Novembru 2004.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    C. VEERMAN


    (1)  Opinjoni mogħtija fl-14 ta' Ottubru 2004 (għadha mhux pubblikata fil-ĠU).

    (2)  Opinjoni mogħtija fis-27 ta' Ottubru 2004 (għadha mhux pubblikata fil-ĠU).

    (3)  ĠU L 327, 21.12.1999, p. 7.

    (4)  ĠU L 328, 23.12.2000, p. 2.


    Top