Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004R2041

Regolament tal-Kunsill Nru 2041/2004 (KE) tal- 15 ta' Novembru 2004 dwar l-importazzjoni ta' ċerti prodotti ta' l-azzar li joriġinaw mill-Federazzjoni Russa

ĠU L 354, 30.11.2004, pp. 1–11 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 153M, 7.6.2006, pp. 171–181 (MT)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2004

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/2041/oj

7.6.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

171


REGOLAMENT TAL-KUNSILL Nru 2041/2004 (KE)

tal-15 ta' Novembru 2004

dwar l-importazzjoni ta' ċerti prodotti ta' l-azzar li joriġinaw mill-Federazzjoni Russa

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 133 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Fid-9 ta' Jannar 2002, il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar (KEFA) u l-Gvern tal-Federazzjoni Russa kkonkludew Ftehim dwar il-kummerċ f'ċerti prodotti ta' l-azzar (1) (minn hawn 'il quddiem imsemmi bħala l-Ftehim). Il-miżuri neċessarji ta' implimentazzjoni ġew adottati mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/602/KEFA tat-8 ta' Lulju 2002 dwar l-amministrazzjoni ta' ċerti restrizzjonijiet fuq importazzjonijiet ta' ċerti prodotti ta' l-azzar mill-Federazzjoni Russa (2) . Wara t-tmiem tat-Trattat tal-KEFA, il-Komunità Ewropea ħadet il-kontroll tad-drittijiet u l-obbligi kollha taħt il-Ftehim.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/602/KEFA tiffissa limiti kwantitattivi fuq l-importazzjonijiet fil-Komunità.

(3)

Minħabba ż-żieda importanti fid-domanda ta' ċerti prodotti ta' l-azzar fid-dinja kollha u d-diffikultà komparabbli suċċessiva għal xi utenti Komunitarji sabiex isibu dawk il-prodotti ta' l-azzar fis-suq tal-Komunità, huwa neċessarju li jiġu awtorizzati iktar importazzjonijiet fil-Komunità minn dawk li oriġinarjament kienu miftehma fil-Ftehim. Il-prodotti ta' l-azzar in kwistjoni (hot-rolled coils għal re-rolling) huma klassifikati taħt il-kodiċi TARIC 7208 37 00 10, 7208 38 00 10 u 7208 39 00 10.

(4)

Huwa importanti li l-kwantitajiet addizzjonali ikunu disponibbli mill-iktar fis possibbli. In-negozjati mill-ġdid tal-Ftehim u l-implimentazzjoni sussegwenti tiegħu kif emendat ikollu bżonn wisq żmien. Għalhekk huwa preferibbli li wieħed jirrikorri għal miżura awtonoma.

(5)

Il-kompletament tas-suq intern jeħtieġ li l-formalitajiet li għandhom ikunu sodisfatti mill-importaturi Komunitarji jkunu identiċi kull fejn il-merkanzija tiġi rilaxxata.

(6)

Prodotti mpoġġija f'żona ħielsa jew importati taħt l-arranġamenti li jirregolaw l-imħażen doganali, l-importazzjoni temporanja jew il-perfezzjonament attiv (is-sistema ta' sospensjoni) ma għandhomx jingħaddu kontra l-limiti stabbiliti għall-prodotti in kwistjoni.

(7)

L-applikazzjoni effettiva ta' dan ir-Regolament teħtieġ l-introduzzjoni ta' rekwiżit ta' liċenzja ta' importazzjoni tal-Komunità għad-dħul f'ċirkolazzjoni libera fil-Komunità tal-prodotti in kwistjoni flimkien ma' sistema biex tiġi amministrata l-konċessjoni ta' tali liċenzji ta' importazzjoni tal-Komunità.

(8)

Sabiex jiġi żgurat li l-limiti kwantitattivi stabbiliti minn dan ir-Regolament ma jiġux maqbuża, għandha tiġi segwita proċedura fejn l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri ma joħorġux liċenzji ta' importazzjoni qabel ma jiksbu konferma minn qabel mingħand il-Kummissjoni li jibqgħu disponibbli ammonti adegwati fil-limitu kwantitattiv in kwistjoni,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Mingħajr preġudizzju għad-Deċiżjoni 2002/602/KEFA, l-importazzjoni fil-Komunità ta' kwantitajiet addizzjonali tal-prodotti ta' l-azzar, imsemmija fit-tieni subparagrafu, li joriġinaw mill-Federazzjoni Russa għandha tiġi awtorizzata sa 200 000 tunnellata metrika.

Il-prodotti ta' l-azzar huma klassifikati taħt il-kodiċi TARIC 7208 37 00 10, 7208 38 00 10 u 7208 39 00 10. Il-klassifikazzjoni tal-prodotti hija bbażata fuq it-tariffa u n-nomenklatura statistika tal-Komunità (minn hawn 'il quddiem imsejħa “nomenklatura magħquda”, jew fil-qasir “NM”). L-oriġini tal-prodotti koperti minn dan ir-Regolament għandha tiġi determinata skond ir-regoli fis-seħħ fil-Komunità.

Artikolu 2

1.   Ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera fil-Komunità tal-prodotti ta' l-azzar elenkati fl-Artikolu 1 li joriġinaw mill-Federazzjoni Russa għandhom ikunu suġġetti għall-preżentata ta' liċenzja ta' importazzjoni maħruġa mill-awtoritajiet ta' Istati Membri skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 4.

2.   Sabiex jiġi żgurat li l-kwantitajiet li għalihom il-liċenzji ta' importazzjoni huma maħruġa ma jaqbżux f'ebda mument il-limiti kwantitattivi totali, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri elenkati fl-Anness II għandhom joħorġu biss liċenzji ta' importazzjoni wara l-konferma mill-Kummissjoni li għad hemm kwantitajiet disponibbli skond il-limiti kwantitattivi.

3.   Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament u sa mid-data ta' l-applikazzjoni tiegħu, l-imbarkazzjoni ta' prodotti għandha tiġi kkunsidrata li seħħet fid-data li fiha tgħabbew fuq il-mezz ta' trasport użat għall-esportazzjoni. L-imbarkazzjoni għandha sseħħ mhux iktar tard mill-31 ta' Diċembru 2004.

Artikolu 3

1.   Il-limiti kwantitattivi msemmija fl-Artikolu 1 ma għandhomx japplikaw għal prodotti mpoġġija f'żona ħielsa jew maħżen ħieles jew importati taħt l-arranġamenti li jirregolaw l-imħażen doganali, l-importazzjoni temporanja jew il-perfezzjonament attiv (is-sistema ta' sospensjoni).

2.   Fejn il-prodotti msemmija fil-paragrafu 1 jiġu sussegwentement rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera, kemm jekk fl-istat mhux mibdul jew wara li jsir xogħol fuqhom jew li jiġu pproċessat, għandu japplika l-Artikolu 2(2) u l-prodotti hekk rilaxxati għandhom jingħaddu kontra l-limitu kwantitattiv iffissat fl-Artikolu 1.

Artikolu 4

1.   Għall-finijiet ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 2(2), qabel joħorġu l-liċenzji ta' importazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri elenkati fl-Anness II għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-ammonti tat-talbiet għal-liċenzji ta' importazzjoni li rċevew. B'mod reċiproku, il-Kummissjoni għandha tinnotifika jekk l-ammonti mitluba tal-kwantitajiet humiex disponibbli għall-importazzjoni fl-ordni kronoloġika li fiha kienu riċevuti n-notifiki ta' l-Istati Membri (abbażi tal-prinċipju “min jiġi l-ewwel, jinqeda l-ewwel”). Il-liċenzja ta' importazzjoni għandha sussegwentement tiġi maħruġa fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol mill-konferma pożittiva tal-Kummissjoni.

2.   It-talbiet inklużi fin-notifiki lill-Kummissjoni għandhom ikunu validi jekk jistabilixxu b'mod ċar f'kull każ il-pajjiż li qed jesporta, l-ammonti li għandhom ikunu importati, il-perijodu tal-kwota, l-Istat Membru li fih il-prodotti huma maħsuba li jiġu mpoġġija f'ċirkolazzjoni libera u l-kodiċi speċifiku sabiex jiġu identifikati l-prodotti msemmija fl-Artikolu 1. Il-modalitajiet tekniċi neċessarji għall-amministrazzjoni xierqa ta' dawn il-limiti kwantitattivi għandhom jiġu miftehma fi ħdan il-Kumitat ta' Kollegament ta' l-Azzar.

3.   In-notifiki msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jiġu kkomunikati b'mod elettroniku fin-network integrat stabbilit għal dan il-għan, sakemm minħabba raġunijiet tekniċi ma jkunx neċessarju li jintużaw temporanjament mezzi oħra ta' komunikazzjoni.

4.   Sakemm hu possibbli, il-Kummissjoni għandha tikkonferma lill-awtoritajiet l-ammont sħiħ indikat fit-talbiet notifikati.

5.   Il-liċenzji ta' importazzjoni jew dokumenti ekwivalenti għandhom jiġu maħruġa skond l-Anness I.

6.   Il-liċenzji ta' importazzjoni maħruġa skond dan ir-Regolament għandhom ikunu validi fit-territorju doganali kollu tal-Komunità. Importatur Komunitarju jista' japplika għal-liċenzja ta' importazzjoni ma' kull waħda mill-awtoritajiet kompetenti.

7.   L-applikazzjoni ta' l-importatur għandha tiġi magħmula mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2004 ta' u għandha tinkludi l-elementi li ġejjin:

(a)

l-isem u l-indirizz sħiħ ta' l-applikant (inklużi n-numri tat-telefon u tal-fax, u jekk possibbli n-numru ta' identifikazzjoni użati mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali) u n-numru ta' reġistrazzjoni tal-VAT, jekk suġġett għall-VAT;

(b)

jekk applikabbli, l-isem u l-indirizz sħiħ tad-dikjarant jew rappreżentant ta' l-applikant (numri tat-telefon u tal-fax inklużi);

(ċ)

l-isem sħiħ u l-indirizz ta' l-esportatur;

(d)

id-deskrizzjoni eżatta tal-merkanzija, li tinkludi

l-isem tan-negozju tagħhom,

il-kodi/kodiċi tan-nomenklatura magħquda (NM),

il-pajjiż ta' oriġini,

il-pajjiż tal-kunsinna;

(e)

il-piż nett espress f'kg, u l-kwantità fl-unità preskritta fejn din tkun differenti mill-piż nett, skond it-titolu tan-nomenklatura magħquda;

(f)

il-valur cif tal-merkanzija f'euro attribwit fil-fruntiera tal-Komunità skond it-titolu tan- nomenklatura magħquda;

(g)

jekk il-prodotti kkonċernati għandhomx xi difett jew humiex ta' kwalità inqas; (3)

(h)

il-perjodu propost u l-post tar-rilaxx doganali;

(i)

jekk l-applikazzjoni hijiex ripetizzjoni ta' applikazzjoni preċedenti dwar l-istess kuntratt;

(j)

kopja tal-kuntratt tal-bejgħ jew xiri u tal-fattura pro forma;

(k)

id-dikjarazzjoni li ġejja, datata u ffirmata mill-applikant mat-traskrizzjoni ta' ismu miktub b'ittri kbar:

“Jien, hawn taħt iffirmat, niċċertifika li l-informazzjoni provduta f'din l-applikazzjoni hija vera u mogħtija b'intenzjoni tajba, u li jiena stabbilit fil-Komunità.”

8.   Il-perjodu ta' validità tal-liċenzja ta' importazzjoni huwa b'dan iffissat għal erba' xhur. Fuq talba debitament motivata ta' importatur, l-awtoritajiet kompetetnti ta' Stat Membru jistgħu jestendu t-tul tal-validità għal perjodu ta' xahrejn.

9.   L-awtoritajiet kompetenti nazzjonali jistgħu jippermettu li l-preżentata ta' dikjarazzjonijiet jew talbiet tiġi trasmessa jew stampata b'mezzi elettroniċi, skond il-kondizzjonijiet stabbiliti minnhom. Madanakollu, id-dokumenti kollha u l-evidenza għandhom ikunu disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti nazzjonali.

10.   Il-liċenzja ta' importazzjoni tista' tinħareġ b'mezzi elettroniċi, bil-kondizzjoni li l-uffiċċji doganali involuti jkollhom aċċess għad-dokument permezz ta' computer network..

11.   L-importaturi ma għandhom ikollhom l-ebda obbligu li jimpurtaw f'kunsinna waħda l-kwantità totali msemmija f'liċenzja ta' importazzjoni.

Artikolu 5

1.   Il-konstatazzjoni li l-prezz ta' l-unità li bih it-transazzjoni sseħħ ivarja minn dak indikat fil-liċenzja ta' importazzjoni b'inqas minn 5 % f'direzzjoni jew oħra jew li l-kwantità totali tal-prodotti preżentati għall-importazzjoni taqbeż il-kwantità mniżżla fil-liċenzja ta' importazzjoni b'inqas minn 5 % ma tipprekludix ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera tal-prodotti in kwistjoni.

2.   L-applikazzjonijiet għal-liċenzja ta' importazzjoni u d-dokumenti infushom għandhom ikunu konfidenzjali. Għandhom ikunu ristretti għall-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u l-applikant.

Artikolu 6

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet ġurnata wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika sal-31 ta' Diċembru 2004.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, nhar il-15 ta' Novembru 2004.

Għall-Kunsill

Il-President

M. VAN DER HOEVEN


(1)   ĠU L 195, 24.7.2002, p. 55. Ftehim kif l-aħħar emendat bil-Ftehim bejn il-KE u l-Gvern tal-Federazzjoni Russa (ĠU L 255, 31.7.2004, p. 33).

(2)   ĠU L 195, 24.7.2002, p. 38. Kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1386/2004 (ĠU L 255, 31.7.2004, p. 1).

(3)  Taħt il-kriterji mogħtija fil-ĠU C 180, 11.7.1991, p. 4.


ANNESS I

LIĊENZJA TA' IMPORTAZZJONI TAL-KOMUNITÀ EWROPEA

Image 1

Test ta 'immaġni

Image 2

Test ta 'immaġni

LIĊENZJA TA' IMPORTAZZJONI TAL-KOMUNITÀ EWROPEA

Image 3

Test ta 'immaġni

Image 4

Test ta 'immaġni

ANNESS II

LISTA DE LAS AUTORIDADES NACIONALES COMPETENTES

SEZNAM PŘÍSLUŠNÝCH VNITROSTÁTNÍCH ORGÁNŮ

LISTE OVER KOMPETENTE NATIONALE MYNDIGHEDER

LISTE DER ZUSTÄNDIGEN BEHÖRDEN DER MITGLIEDSTAATEN

PÄDEVATE RIIKLIKE ASUTUSTE NIMEKIRI

ΔΙΕΥΘΥΝΣΕΙΣ ΤΩΝ ΑΡΧΩΝ ΕΚΔΟΣΗΣ ΑΔΕΙΩΝ ΤΩΝ ΚΡΑΤΩΝ ΜΕΛΩΝ

LIST OF THE COMPETENT NATIONAL AUTHORITIES

LISTE DES AUTORITES NATIONALES COMPETENTES

ELENCO DELLE COMPETENTI AUTORITA NAZIONALI

VALSTU KOMPETENTO IESTAŽU SARAKSTS

ATSAKINGŲ NACIONALINIŲ INSTITUCIJŲ SĄRAŠAS

AZ ILLETÉKES NEMZETI HATÓSÁGOK LISTÁJA

LISTA TA' L-AWTORITAJIET KOMPETENTI NAZZJONALI

LIJST VAN BEVOEGDE NATIONALE INSTANTIES

LISTA WLAŒCIWYCH ORGANÓW KRAJOWYCH

LISTA DAS AUTORIDADES NACIONAIS COMPETENTES

ZOZNAM PRÍSLUŠNÝCH ŠTÁTNYCH ORGÁNOV

SEZNAM PRISTOJNIH NACIONALNIH ORGANOV

LUETTELO TOIMIVALTAISISTA KANSALLISISTA VIRANOMAISISTA

FÖRTECKNING ÖVER BEHÖRIGA NATIONELLA MYNDIGHETER

 

BELGIQUE/BELGIË

Service public fédéral économie, PME, Classes

moyennes & énergie

Administration du potentiel économique

Politiques d'accès aux marchés, Services Licences

Rue Général Leman 60

B-1040 Bruxelles

Fax: + 32-2-230 83 22

Federale Overheidsdienst Economie, KMO,

Middenstand & Energie

Bestuur Economisch Potentieel

Markttoegangsbeleid, Dienst Vergunningen

Generaal Lemanstraat 60

B-1040 Brussel

Fax: + 32-2-230 83 22

 

ČESKÁ REPUBLIKA

Ministerstvo průmyslu a obchodu

Licenční správa

Na Františku 32

CZ-110 15 Praha 1

Fax: + 420-22421 21 33

 

DANMARK

Erhvervs- og Boligstyrelsen

Økonomi- og Erhvervsministeriet

Vejlsøvej 29

DK-8600 Silkeborg

Fax: + 45-35-46 64 01

 

DEUTSCHLAND

Bundesamt für Wirtschaft und Ausfuhrkontrolle,

(BAFA)

Frankfurter Strasse 29-35

D-65760 Eschborn 1

Fax: + 49-61-96 9 42 26

 

EESTI

Majandus- ja Kommunikatsiooniministeerium

Harju 11

EE-15072 Tallinn

Fax: + 372-6313 660

 

ΕΛΛΑΣ

Υπουργείο Οικονομίας & Οικονομικών

Διεύθυνση Διεθνών Οικονομικών Ροών

Κορνάρου 1

GR-105 63 Αθήνα

Fax : + 301-328 60 94

 

ESPAÑA

Ministerio de Economía

Secretaría General de Comercio Exterior

Subdirección General de Productos Industriales

Paseo de la Castellana 162

E- 28046 Madrid

Fax: + 34-1-349 38 31

 

FRANCE

SETICE

8, rue de la Tour-des-Dames

F-75436 Paris Cedex 09

Fax: + 33-1-55 07 46 69

 

IRELAND

Department of Enterprise, Trade and Employment

Import/Export Licensing, Block C

Earlsfort Centre

Hatch Street

IE-Dublin 2

Fax: + 353-1-631 25 62

 

ITALIA

Ministero delle Attività Produttive

Direzione generale per la politica commerciale e per la gestione del regime degli scambi

Viale America 341

I-00144 Roma

Fax: + 39-6-59 93 22 35/59 93 26 36

 

KYPROS

Υπουργείο Εμπορίου, Βιομηχανίας και Τουρισμού

Υπηρεσία Εμπορίου

Μονάδα Έκδοσης Αδειών Εισαγωγής/Εξαγωγής

Οδός Ανδρέα Αραούζου Αρ.6

CY-1421 Λευκωσία

Φαξ: + 357-22-37 51 20

 

LATVIJA

Latvijas Republikas Ekonomikas ministrija

Brīvības iela 55

LV – 1519 Rīga

Fax: + 371-728 08 82

 

LIETUVA

Lietuvos Respublikos ūkio ministerija

Prekybos departamentas

Gedimino pr. 38/2

LT- 01104 Vilnius

Fax: + 370-5-26 239 74

 

LUXEMBOURG

Ministère des affaires étrangères

Office des licences

BP 113

L-2011 Luxembourg

Fax: + 352-46 61 38

 

MAGYARORSZÁG

Magyar Kereskedelmi Engedélyezési Hivatal

Margit krt. 85.

HU-1024 Budapest

Fax: + 36-1-336 73 02

 

MALTA

Diviżjoni ghall-Kummerċ

Servizzi Kummerċjali

Lascaris

MT-Valletta CMR02

Fax: + 356-25-69 02 99

 

NEDERLAND

Belastingdienst/Douane centrale dienst voor in- en

uitvoer

Postbus 30003, Engelse Kamp 2

NL-9700 RD Groningen

Fax : + 31-50-523 23 41

 

ÖSTERREICH

Bundesministerium für Wirtschaft und Arbeit

Aussenwirtschaftsadministration

Abteilung C2/2

Stubenring 1

A-1011 Wien

Fax: + 43-1-7 11 00/83 86

 

POLSKA

Ministerstwo Gospodarki, Pracy i Polityki

Społecznej

Plac Trzech Krzyży 3/5

PL- 00-507 Warszawa

Fax: + 48-22-693 40 21/693 40 22

 

PORTUGAL

Ministério das Finanças

Direcção Geral das Alfândegas e dos Impostos

Especiais sobre o Consumo

Rua Terreiro do Trigo, Edifício da Alfândega de

Lisboa

PT- 1140-060 Lisboa

Fax: + 351-218 814 261

 

SLOVENIJA

Ministrstvo za gospodarstvo

Področje ekonomskih odnosov s tujino

Kotnikova 5

SI-1000 Ljubljana

Fax: + 386-1-478 36 11

 

SLOVENSKÁ REPUBLIKA

Ministerstvo hospodárstva SR

Odbor licencií

Mierová 19

SK-827 15 Bratislava 212

Fax: + 421-2-43 42 39 19

 

SVERIGE

Kommerskollegium

Box 6803

S-11386 Stockholm

Fax: + 46-8-30 67 59

 

SUOMI/FINLAND

Tullihallitus

PL 512

FIN-00101 Helsinki

Telekopio/Fax: + 358-20-492 28 52

Tullstyrelsen

PB 512

FIN-00101 Helsingfors

Telekopio/Fax: + 358-20-492 28 52

 

UNITED KINGDOM

Department of Trade and Industry

Import Licensing Branch

Queensway House – West Precinct

Billingham

UK-TS23 2NF

Fax: + 44-1642-36 42 69


Top